31979R2973



Official Journal L 336 , 29/12/1979 P. 0044 - 0048
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0181
Greek special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0167
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0181
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0072
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0072


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2973/79

tal-21 ta’ Diċembru 1979

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-għoti ta' assistenza għall-esportazzjoni tal-prodotti taċ-ċanga u l-vitella li jistgħu jibbenefikaw minn trattament ta' importazzjoni speċjali f'pajjiż terz

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2916/79 [2], u partikolarment l-Artikolu 15 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/79 ta' l-20 ta' Diċembru 1979 fuq l-għoti ta' assistenza għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li jistgħu jibbenefikaw minn trattament ta' importazzjoni speċjali f' pajjiż terz [3], u partikolarment l-Artikolu 1 (2) tiegħu,

Billi L-Istati Uniti ta' l-Amerika se japplikaw arranġamenti speċjali għall-kwantità annwali ta' 5000 tunellata ta' ċanga u vitella li joriġinaw fil-Komunità u li jilħqu ċerti kondizzjonijiet; billi waħda mill-kondizzjonijiet hija li dan il-laħam għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat ta' identita' maħruġ mill-Istat Membru esportatur;

Billi ċ-ċertifikati ta' identita' għandhom jinħarġu biss għall-5000 tunellata li jikkwalifikaw għall-arranġamenti speċjali; billi huwa għalhekk meħtieġ li jkun provdut li l-Kummissjoni tawtorizza minn qabel il-ħruġ ta' liċenza ta'esportazzjoni għal-laħam konċernat; billi, barra minn hekk, it-tolleranza provdut dwarha fl-Artikolu 2 (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 193/75 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2971/79 [5], ma għandhiex tkun applikata għall-kwantità li taqbeż dik li għaliha inħarġet il-liċenza;

Billi huwa meħtieġ li tkun definita in-natura taċ-ċertifikati ta' identita', u l-proċeduri meħtieġa għall-użu tagħhom;

Billi l-kwantitajiet esportati ma jistgħux ikunu verifikati sewwa mingħajr regoli speċjali rigward evidenza ta' l-importazzjonijiet fil-pajjiż tad-destinazzjoni; billi ir-regoli preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 192/75 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2970/79 [7], huma l-iktar xierqa; billi l-penali għan-nuqqas ta' sottomissjoni ta' tali evidenza għandhom ikollhom effett ta' deterrent ġenwin; billi huwa għalhekk xieraq li tingħata sigurta ogħla għal dawn il-liċenzi ta' esportazzjoni mis-sigurtà preskritta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 571/78 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2974/79 [9];

Billi l-miżuri preskritti għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni rigward esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika ta’ 5000 tunnellata ta' ċanga u vitella kull sena ta' oriġini tal-Komunità, friski, kesħin jew friżati li jikkwalifikaw għal trattament speċjali.

2. Il-laħam imsemmi fil-paragrafu 1 jrid josserva l-kondizzjonijiet tal-protezzjoni tas-saħħa stipulati mill-pajjiż terz importatur u jirrelata għal annimali maqtula mhux iktar minn xahar qabel l-approvazzjoni mid-dwana għall-esportazzjoni.

Artikolu 2

1. Applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jintefgħu biss fi Stat Membru fejn il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-pajjiż importatur jistgħu ikunu milħuqa.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenza ta' esportazzjoni u l-liċenza nnifisha għandu jkollhom l-entrata 'Stati Uniti ta'l-Amerika’ fis-sezzjoni 13. Il-liċenza għandha tistabbilixxi l-obbligu li l-merkanzija tkun esportata minn l-Istat Membru tal-ħruġ lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

3. Fit-tielet jum tax-xogħol ta' kull xahar l-Istati Membri għandhom jibgħatu telex lill-Kummissjoni b'lista ta' applikanti u l-kwantitajiet ta' prodotti konċernati bl-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 li jkunu ntefgħu matul ix-xahar ta' qabel.

4. Il-Kummissjoni tiddeċiedi l-limitu ta' applikazzjonijiet li jkunu ser jiġu aċċettati. Jekk il-kwantitajiet mitluba jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli, il-Kummissjoni tista' tnaqqas l-ammonti mitluba b'percentuali fissa.

5. Il-liċenzi għandhom jinħarġu fil-15-il jum ta' kull xahar.

6. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 571/78, il-liċenzja ta' esportazzjoni għandha tkun valida għal 90 jum mid-data tal-ħruġ. Il-validità tal-liċenza ma għandiex testendi aktar mill-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ tagħha.

7. Il-liċenza għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat rigward il-kwantitajiet iffissati mill-Kummissjoni. Is-sigurtà għall-kwantità li fir-rigward tagħha l-applikazzjoni ma ngħatatx għandha tiġi rilaxxata minnufih.

8. Minkejja l-Artikolu 2 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 193/75, il-kwantitajiet esportati ma għandhomx jeċċedu l-kwantitajiet speċifikati fil-liċenza.

9. Il-liċenza għandu jkollha waħda minn dawn l-approvazzjonijiet fis-sezzjoni 18:

"Fresh, chilled or frozen beef — Agreement between the EEC and the USA. Valid only in … (Member State of issue). Quantity to be exported may not exceed … kg (weight);"

"Fersk, kølet eller frosset oksekød — Aftale mellem EØF og USA. Kun gyldig i … (Member State of issue). Mængden, der skal udføres, må ikke overstige … kg."

Artikolu 3

Meta l-laħam jkun qiegħed jiġi approvat għall-esportazzjoni mid-dwana, iċ-ċertifikat ta’ identità imfisser fl-Artikolu 4 għandu jinħareġ, fuq talba ta' l-applikant, fuq preżentazzjoni tal-liċenza ta' esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 u ċ-ċertifikat veterinarju li juri d-data tal-qtil ta' l-annimali li minnhom ikun ġej il-laħam li dwaru ssir l-applikazzjoni taħt l-Artikolu 2.

Artikolu 4

1. Iċ-ċertifikat ta' identita' għandu jsir, minn ta' l-inqas f'kopja waħda, fuq formula korrispondenti mall-mudell fl-Anness.

Iċ-ċertifikat huwa stampat bl-Ingliż fuq karta bajda ta' qies 210 × 297 mm. Kull ċertifikat għandu ijollu numru tas-serje individwali maħruġ mill-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 5.

L-Istat Membru esportatur jista' jitlob li kull ċertifikat użat fit-territorju tiegħu jkun stampat b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu kif ukoll bl-Ingliż.

2. Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje bħall-oriġinal. Kull dettall imdaħħal fl-oriġinali u fil-kopji għandu jkunu ittajpjat, jew, jekk miktub bl-idejn, stampat b'ittri kbar bil-linka.

Artikolu 5

1. Iċ-ċertifikat ta’ identita' u l-kopji għandhom jinħarġu mill-uffiċċju doganali fejn il-laħam ikun approvat mid-dwana għall-esportazzjoni.

2. L-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 1 għandu japprova ċ-ċertifikat oriġinali fis-sezzjoni xierqa u jittrasmetti ċ-ċertifikat lill-parti interessata, waqt li jżomm kopja.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jispezzjonaw l-oriġini u n-natura tal-prodotti li għalihom jinħarġu ċ-ċertifikati ta' identita'.

Artikolu 7

1. Minkejja l-Artikolu 4 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 571/78, ir-rata ta' sigurta li għandha tintefa' rigward il-liċenzi ta' esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tkun ta' 10 EKU għal kull 100 kg piż nett.

2. Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 (2) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 193/75, is-sigurtà għandha tinħeles biss mal-preżentazzjoni tal-prova msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 192/75.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fl-1 ta' Jannar 1980.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1979.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 26.

[2] ĠU L 329, ta’ l-24.12.1979, p. 15.

[3] ĠU L 334, tat-28.12.1979, p. 8.

[4] ĠU L 25, tal-31.1.1975, p. 10.

[5] Ara l-paġna 34 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 25, tal-31.1.1975, p. 1.

[7] Ara l-paġna 32 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[8] ĠU L 78, tat-22.3.1978, p. 10.

[9] Ara l-paġna 49 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------