31979L0869

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 1979 dwar il-metodi ta’ kejl u l-frekwenzi ta’ l-analiżi u tat-teħid ta’ kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta’ ilma tax-xorb fl-Istati Membri

Official Journal L 271 , 29/10/1979 P. 0044 - 0053
Greek special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0220
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0146
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 2 P. 0146
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0190
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0190
CS.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127
ET.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127
HU.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127
LT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127
LV.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127
MT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127
PL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127
SK.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127
SL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 118 - 127


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-9 ta’ Ottubru 1979

dwar il-metodi ta’ kejl u l-frekwenzi ta’ l-analiżi u tat-teħid ta’ kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta’ ilma tax-xorb fl-Istati Membri

(79/869/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-programm ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent [4] jistipula l-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tal- metodi ta’ kejl użati, sabiex ir-riżultati ta’ miżuri kontra t-tniġġis fil-Komunitá jkunu komparabbli;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar il-kwalitá ta’ l-ilma tal-wiċċ meħtieġa għall-estrazzjoni ta’ l-ilma tax-xorb fl-Istati Membri [5], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha, tistipula l-adozzjoni ta’ politika tal-Komunitá dwar il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi tal-parametri, kif ukoll metodi ta’ kejl;

Billi kull nuqqas ta’ qbil fid-dispożizzjonijiet diġà applikabbli jew li qegħdin jiġu preparati fid-diversi Stati Membri dwar il-metodi ta’ kejl u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għal kull parametru sabiex tiġi determinata l-kwalitá ta’ l-ilma tal-wiċċ jista’ joħloq kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ugwali u konsegwentament jaffettwa direttament it-tħaddim tas-suq komuni; billi għalhekk huwa neċessarju li l-liġijiet f’dan il-qasam jiġu approssimati, taħt l-Artikolu 100 tat-Trattat;

Billi jidher li huwa neċessarju li din l-approssimazzjoni tkun akkumpanjata minn azzjoni tal-Komunitá intiża sabiex tilħaq wieħed mill-oġġettivi tal-Komunitá fil-qasam tal- ħarsien ta’ l-ambjent u t-titjib tal-kwalitá tal-ħajja permezz ta’ leġiżlazzjoni aktar sħiħa; billi għaldaqstant għandu jkun hemm ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi għal dan il-għan; billi għandu jiġi invokat l-Artikolu 235 tat-Trattat, peress illi s-setgħat meħtieġa għal dan il-għan m’humiex maħsuba fit-Trattat;

Billi, għall-analiżi mwettqa fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti metodi ta’ kejl ta’ referenza komuni sabiex jiddeterminaw il-valuri tal-parametri li jiddefinixxu l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsuba għall-estrazzjoni ta’ l-ilma tax-xorb;

Billi, bl-iskop li tiġi mħarsa l-kwalitá meħtieġa, huwa neċessarju li jittieħed numru minimu regolari ta’ kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ sabiex il-parametri msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE jkunu jistgħu jitkejjlu;

Billi l-frekwenza minima tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għal kull parametru għandha tiżdied fi proporzjon mal-volum ta’ ilma estratt u mal-popolazzjoni moqdija; billi l-frekwenza għandha tiżdied skond il-grad ta’ riskju li jinħoloq bid-deterjorament tal-kwalitá ta’ l-ilma;

Billi l-progress tekniku u xjentifiku jista’ jkun jeħtieġ l-aġġustament ta’ malajr ta’ xi ħtiġijiet definiti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva, sabiex jieħdu in-konsiderazzjoni b’mod partikolari bidliet fil-livelli tal-parametri speċifikati fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE; billi, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji, għandha tiġi stabbilita proċedura sabiex ikun hemm kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva hija dwar il-metodi ta’ kejl ta’ referenza u l-frekwenzi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għall-parametri elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE.

Artikolu 2

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:

- "metodu ta’ kejl referenza" ifisser l-għażla ta’ prinċipju ta’ kejl jew deskrizzjoni distinta ta’ proċedura sabiex jiġu determinati l-valuri tal-parametri elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva,

- "limitu ta’ għarfien" ifisser il-valur minimu tal-parametru eżaminat li huwa possibbli illi jiġi rilevat,

- "preċiżjoni" tfisser il-firxa fejn ikunu jinsabu 95 % tar-riżultati tal-qisien fuq kampjun wieħed, bl-użu ta’ l-istess metodu,

- "eżattezza" tfisser id-differenza bejn il-valur veru tal-parametru eżaminat u l-valur medju sperimentali miksub.

Artikolu 3

1. Analiżi ta’ kampjuni ta’ l-ilma meħuda għandhom ikunu jikkonċernaw dawk il-parametri msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE li għalihom ġew assenjati valuri I u/jew G.

2. L-Istati Membri għandhom kemm jista’ jkun jużaw il-metodi ta’ kejl ta’ referenza msemmija fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

3. Il-valuri għal-limitu ta’ għarfien u għall-preċiżjoni u l-eżattezza tal-metodi ta’ kejl użati sabiex jiġu spezzjonati l-parametri msemmija fl-Anness I ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu rispettati.

Artikolu 4

1. Il-frekwenzi annwali minimi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għal kull parametru jinsabu fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. It-teħid ta’ kampjuni għandu kemm jista’ jkun ikun mifrux matul is-sena sabiex jagħti stampa rappreżentattiva tal-kwalitá ta’ l-ilma.

2. Il-kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ għandhom ikunu jirrappreżentaw l-ilma fil-punt tal-kampjun kif definit fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 75/440/KEE.

Artikolu 5

Il-kontenituri użati għall-kampjuni, l-aġenti jew il-metodi użati sabiex tiġi preservata parti minn kampjun għall-analiżi ta’ parametru, wieħed jew aktar, il-ġarr u l-ħażna tal-kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni għall-analiżi m’għandhiex tkun tali li tikkawża xi bidliet sinifikanti fir-riżultati ta’ l-analiżi.

Artikolu 6

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u ta’ l-analiżi għal kull parametru għal kull punt tal-kampjun.

2. Il-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u ta’ l-analiżi m’għandhomx ikunu inqas mill-frekwenzi annwali minimi stipulati fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 7

1. Fejn stħarriġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta’ l-ilma tax-xorb juri li l-valuri miksuba għal ċerti parametri huma superjuri b’mod konsiderevoli għal dawk stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE, l-Istat Membru ikkonċernat jista’ jnaqqas il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għal dawn il-parametri.

2. Jekk ma jkun hemm l-ebda tniġġis fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u jekk ma jkun hemm l-ebda riskju li l-kwalitá ta’ l-ilma tiddeterjora u jekk l-ilma in kwistjoni huwa superjuri fil-kwalitá għall-indikazzjonijiet mogħtija fil-kolonna A1 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE, l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jiddeċiedu li mhux meħtieġa analiżi regolari.

Artikolu 8

1. Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni relevanti kollha, kull meta jkunu mitluba minnha jagħmlu dan, dwar:

- il-metodi ta’ analiżi użati,

- il-frekwenza ta’ l-analiżi.

2. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport konsolidat ibbażat fuq l-informazzjoni hekk miġbura f’intervalli regolari.

Artikolu 9

Sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni b’mod partikolari bidliet fil-livelli tal-parametri speċifikati fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE, l-emendi meħtieġa skond il-progress tekniku dwar:

- il-metodi ta’ kejl ta’ referenza msemmija fl-Anness I ta’ din id-Direttiva,

- il-limitu ta’ għarfien, il-preċiżjoni u l-eżattezza ta’ dawn il-metodi,

- il-materjali rakkommandati għall-kontenitur

ghal progress tekniku, għandhom isiru skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 10

1. Għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 9, qiegħed hawn jitwaqqaf Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "Il-Kumitat"), li jikkonsisti f’rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u mmexxi minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

Artikolu 11

1. Fejn għandha tkun imħarsa l-proċedura imsemmija f’dan l-Artikolu, l-kwistjoni għandha titwassal lill-Kumitat mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar- rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien limitat stabbilit mill-president fid-dawl ta’ l-urġenza tal-kwistjoni. Dan għandu jaġixxi b’maġġoranza ta’ 41 vot, bil-voti ta’ l-Istati Membri jkunu meqjusa skond kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president m’għandux ikollu vot.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba fejn dawn ikunu konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Fejn il-miżuri maħsuba ma jkunux konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk il-Kumitat ma jkun esprima l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti proposta lill-Kunsill rigward il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu sottomessi l-proposti lilu, il-Kunsill ikun għadu m’għamel xejn, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 12

1. Id-Direttiva 75/440/KEE qegħda hawnhekk tiġi emendata kif ġej:

(a) L-Artikolu 5(2) għandu jitħassar;

(b) fl-Artikolu 5(3) il-kliem "dawk imsemmija fil-paragrafu 2" għandhom jiġu mibdula bil-kliem "il-valuri parametriċi għall-kwalitá ta’ l-ilma in kwistjoni".

2. Il-paragrafu 1 għandu jidħol fis-seħħ fi żmien sentejn min-notifika ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn min-notifika tagħha. Huma għandhom minnufih jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-9 ta’ Ottubru 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

D. O'Malley

[1] ĠU C 208, 1.9.1978, p. 2.

[2] ĠU C 67, 12.3.1979, p. 48.

[3] ĠU C 128, 21.5.1979, p. 4.

[4] ĠU C 112, 20.12.1973, p. 1.

[5] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 34.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Metodu ta’ referenza għall-kejl tal-valuri I u/jew G tal-parametri fid-Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE

| Parametru | Limitu ta’ kxif | Preċiżjoni ± | Eżattezza ± | Metodu ta’ kejl ta’ referenza | Materjali rakkomandati għall-kontenitur |

| |

(A) | (B) | (B) | (C) | (D) | (E) | (F) | (G) |

1 | pH | unità pH | - | 0.1 | 0.2 | —ElettrometrijaIl-kejl isir fuq il-post waqt li jittieħdu l-kampjuni mingħajr ebda trattament tal-kampjun minn qabel | |

2 | Kulur (wara filtrazzjoni sempliċi) | mg Pt/l | 5 | 10 % | 20 % | —Filtrazzjoni minn membran tal-fibri tal-ħġieġMetodu fotometriku bl-użu ta’ skala tal-kobalt tal-platinu | |

3 | Total ta’ solidi sospiżi | mg/l | - | 5 % | 10 % | —Filtrazzjoni minn membran ta’ 0.45 μm, li tinxef f’105 oC u tiżen—Ċentrifugazzjoni (għal mill-inqas 5 minuti b’aċċellerazzjoni medja ta’ 2800 sa 3200 g) li tinxef f’105 oC u tiżen | |

4 | Temperatura | oC | - | 0.5 | 1 | —TermometrijaIl-kejl isir fuq il-post waqt li jittieħdu l-kampjuni mingħajr ebda trattament tal-kampjun minn qabel | |

5 | Konduttivitá f’20 oC | us/ċm | - | 5 % | 10 % | —Elettrometrija | |

6 | Riħa | Fattur ta’ taħlit ta’ l-ilma (dilutions) f’25 oC | - | - | - | —B’taħlit suċċessiv | Ħġieġ |

7 | Nitrati | mg/l NO3, | 2 | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

8 | Fluworuri | mg/l F | 0.05 | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari wara d-distillazzjoni jekk neċessarja—Elettrodi joniċi speċifiċi | |

9 | Total ta’ klorin organiku li jista’ jiġi estratt | mg/l Cl | | | | | |

10 | Ħadid maħlul | mg/l Fe | 0.02 | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku wara filtrazzjoni minn membran (0.45 μm)—Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari wara filtrazzjoni minn membran ta’ 0.45 μm | |

11 | Manganeżju | mg/l Mn | 0.01 [2] | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku | |

0.02 [3] | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku—Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

12 | Ram [10] | mg/l Cu | 0 005 | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku—Polarografija | |

0.02 [4] | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku—Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari—Polarografija | |

13 | Żingu [10] | mg/l Zn | 0.01 [2] | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku | |

0.02 | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku—Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

14 | Boron [10] | mg/l B | 0.1 | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku—Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku | Materjali li ma fihomx boron fi kwantitajiet sinifikanti |

15 | Berillju | mg/l Be | | | | | |

16 | Kobalt | mg/l Co | | | | | |

17 | Nijkil | mg/l Ni | | | | | |

18 | Vanadju | mg/lV | | | | | |

19 | Arseniku [10] | mg/l As | 0 002 [2] | 20 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku | |

0.01 [5] | | | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku—Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

20 | Kadmiju [10] | mg/l cd | 0.0002 | 30 % | 30 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku | |

0 001 [5] | | | —Polarografija | |

21 | Kromju totali [10] | mg/l Cr | 0.01 | 20 % | 30 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku—Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

22 | Ċomb [10] | mg/l Pb | 0.01 | 20 % | 30 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku—Polografija | |

23 | Selenju [10] | mg/l Se | 0 005 | | | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku | |

24 | Merkurju [10] | mg/l Hg | 0.0001 0.0002 [5] | 30 % | 30 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku mingħajr fjamma (vaporizzazzjoni kiesħa) | |

25 | Barju [10] | mg/l Ba | 0.02 | 15 % | 30 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku | |

26 | Ċjanur | mg/l CN | 0.01 | 20 % | 30 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

27 | Sulfati | mg/l So4 | 10 | 10 % | 10 % | —Analiżi gravimetrika—Komplessimetrija EDTA—Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

28 | Kloruri | mg/l Cl | 10 | 10 % | 10 % | —Titrazzjoni (il-metodu Mohr)—Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

29 | Surfactants (li jagħmlu reazzjoni mal-methylene blu) | mg/l (Lauryl Sulfate) | 0.05 | 20 % | | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

30 | Fosfati | mg/l P2O5 | 0.02 | 10 % | 20 % | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

31 | Fenoli (indiċi tal-fenol) | mg/l C6H5OH | 0.0005 | 0.0005 | 0.0005 | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari metodu 4 amnijoantipirina | Ħġieġ |

0.001 [6] | 30 % | 50 % | —Metodu tal-paranitranlina | |

32 | Idrokarbonji maħlulin jew emulsifikati | mg/l | 0.01 | 20 % | 30 % | —Spettrometrija bl-infra-red wara estrazzjoni bit-tetraklorur tal-karbonju | Ħġieġ |

0.04 [3] | | | —Gravimetrija wara estrazzjoni bl-ether tal-petrolju | |

33 | Idrokarbonji aromatiċi poliċikliċi [10] | mg/l | 0.00004 | 50 % | 50 % | —Kejl ta’ florexxenza fl-UV wara kromatografija fuq qoxra rqiqaKejl komparattiv fir-rigward ta’ taħlita ta’ sitt sustanzi ta’ kontoll bl-istess konċentrazzjoni [8] | Ħġieġ jew aluminju |

34 | Pestiċidi totali (parathion, hexacholoro-cyclohexane, dieldrin) [10] | mg/l | 0.0001 | 50 % | 50 % | —Kromatografija f’gass jew likwidu wara estrazzjoni permezz ta’ solventi adattati u purifikazzjoniIdentifikazzjoni tal-kostitwenti tat-taħlita Analiżi kwantitattiva [9] | Ħġieġ |

35 | Domanda ta’ ossiġnu kimiku (DOK) | mg/l O2 | 15 | 20 % | 20 % | —Metodu tad-dikoromat tal-potassju | |

36 | Rata ta’ saturazzjoni ta’ ossiġnu maħlul | % | 5 | 10 % | 10 % | —Metodu ta’ Winkler | Ħġieġ |

| | | —Metodu elettrokimiku | |

37 | Domanda ta’ ossiġnu bijokimiku (DOB5) f’20 oC mingħajr nitrifikazzjoni | mg/l O2 | 2 | 1.5 | 2 | —Determinazzjoni ta’ ossiġnu maħlul qabel u wara ħamest ijiem ta’ inkubazzjoni f’20 oC +/- 1 oC, fi dlam ċappa Żieda ta’ inibitur tan-nitrifikazzjoni | |

38 | Nitroġenu permezz tal-metodu Kjeldahl (barra minn f’NO2 u NO3) | mg/l N | 0.3 | 0.5 | 0.5 | —Mineralizzazzjoni, distillazzjoni bil-metodu Kjeldahl u determinazzjoni ta’ l-ammonju permezz ta’ spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari jew titrazzjoni | |

39 | Ammonju | mg/l NH4 | 0.01 [2] | 0.03 [2] | 0.03 [2] | —Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari | |

| | | 0.1 [3] | 10 % [3] | 20 % [3] | | |

40 | Sustanzi li jistgħu jiġu estratti bil-kloroform | mg/l | [11] | - | - | —Estrazzjoni meta l-valur tal-pH ikun newtrali permezz tal-kloroform purifikat, evaporazzjoni in vacuo f’temperatura ta’ ġewwa, użin tar-residwi | |

41 | Karbonju organiku totali | mg/l C | | | | | |

42 | Karbonju organiku residwu wara l-flokkulazzjoni u filtrazzjoni minn membran (5 μm) | mg/l C | | | | | |

43 | Koliformi totali | /100 ml | 5 [2] 500 [7] | | | —Koltura f’37 oC fuq mezz solidu speċifiku adattat (bħal Tergitol lactose agar, Endo agar, 0.4 % Teepol broth) bil-filtrazzjoni [2] jew mingħajr filtrazzjoni [7] u l-għadd tal-kolonji. Il-kampjuni għandhom jitħalltu ma’ l-ilma jew, fejn xieraq, ikkonċentrati b’tali mod li jkun fihom bejn 10 u 100 kolonja. Jekk tkun neċessarja,identifikazzjoni permezz ta’ gassifikazzjoni. | Ħġieġ sterilizzat |

| | | 5 [2] 500 [7] | | | —Metodu ta’ taħlit ma’ l-ilma bil-fermentazzjoni f’substrati likwidi f’mill-anqas tliet tubi fi tliet taħlitiet. Sotto-koltura tat-tubi pożittivi fuq mezz ta’ konferma. Għodd skond in-NAP (in-numru l-aktar probabbli).Temperatura ta’ inkubazzjoni: 37 oC+- 1 oC. | |

44 | Faecal coliforms | /100 ml | 2 [2] 200 [7] | | | —Koltura f’44 oC fuq mezz solidu speċifiku adattat (bħal Tergitol lactose agar, Endo agar, 0.4 % Teepol broth) bil-filtrazzjoni [2] jew mingħajr filtrazzjoni [7] u l-għadd tal-kolonji. Il-kampjuni għandhom jitħalltu ma’ l-ilma jew, fejn xieraq, ikkonċentrati b’tali mod li jkun fihom bejn 10 u 100 kolonja. Jekk tkun neċessarja, identifikazzjoni permezz ta’ gassifikazzjoni. | Ħġieġ sterilizzat |

| | | 2 [2] 200 [7] | | | —Metodu ta’ taħlit ma’ l-ilma bil-fermentazzjoni f’substrati likwidi f’mill-anqas tliet tubi fi tliet taħlitiet. Sotto-koltura tat-tubi pożittivi fuq mezz ta’ konferma. Għodd skond in-NAP (in-numru l-aktar probabbli). Temperatura ta’ inkubazzjoni: 44 oC+- 0.5 oC. | |

45 | Faecal streptococci | /100 ml | 2 [2] 200 [7] | | | —Kultura f’37 oC fuq mezz solidu adattat u speċifiku (bħal sodium azide) bil-filtrazzjoni [2] jew mingħajr il-filtrazzjoni [7] u kont tal-kolonja. Il-kampjuni għandhom ikunu mħallta jew, fejn xieraq, ikkonċentrati b’tali mod illi jkun fihom bejn 10 u 100 kolonja. | Ħġieġ sterilizzat |

| | | 2 [2] 200 [7] | | | —Metodu ta’ taħlit ma’ l-ilma f’sodium azide broth f’mill-inqas tliet tubi bi tliet taħlitiet. Għodd skond in-NAP (in-numru l-aktar probabbli). | |

46 | Salmonella [12] | | 1/5000 ml 1/1000 ml | | | —Konċentrazzjoni permezz ta’ filtrazzjoni (fuq membran jew filtru xieraq).—Inokulazzjoni f’mezz ta’ tisħiħ minn qabel. Tisħiħ u trasferiment f’gelese ta’ iżolament - Identifikazzjoni. | Ħġieġ sterilizzat |

[1] Kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ meħuda fil-punt ta’ estrazzjoni jiġu analizzati u mkejla wara li jkunu ġew filtrati (passatur tax-xibka tal-wajer) sabiex jiġi mneħħi kull debris li jkun f’wiċċ l-ilma bħall-injam jew il-plastik.

[2] Għall-ilma tal-kategorija A1, valur G

[3] Għall-ilmijiet tal-kategoriji A2 u A3.

[4] Għall-ilmijiet tal-kategorija A3.

[5] Għall-ilmijiet tal-kategoriji A1, A2 u A3, valur 1.

[6] Għall-ilmijiet tal-kategoriji A2, valur 1 u A3.

[7] Għall-ilmijiet tal-kategoriji A2 u A3, valur G.

[8] Taħlita ta’ sitt sustanzi standard kollha ta’ l-istess konċentrazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni: fluoranthene: 3, 4 benzofluoranthene; 11, 12-benzofluoranthene:3, 4-benzopyrer 1, 12-benzoperylene; indano/1,2,3 – cd/pyrene.

[9] Taħlita ta’ tliet sustanzi ta’ l-istess konċentrazzjoni li għandhom jittieħdu in- konsiderazzjoni: parathion, hexachlorocyclohexane, dieldrin.

[10] Jekk il-kampjuni jkun fihom daqshekk materjal sospiż li jirrikjedi trattament preliminari speċjali, il-valuri ta’ eżattezza murija fil-kolonna E f’dan l-Anness jistgħu bħala eċċezzjoni jinqabżu u jkunu meqjusa bħala mira. Dawn il-kampjuni għandhom jiġu trattati sabiex jiġi żgurat li l-analiżi tkopri l-akbar kwantitá ta’ sustanzi li għandhom jiġu mkejjla.

[11] Billi fil-preżent dan il-metodu mhuwiex użat fl-Istati Membri, mhuwiex ċert li l-metodu ta’ għarfien meħtieġ sabiex jiġu spezzjonati l-valuri fid-Direttiva 75/440/KEE jista’ jintlaħaq

[12] Assenza f’5000 ml (A1, G) u assenza f’1000 ml (A2,G)

--------------------------------------------------

ANNESS II

Frekwenza annwali minima tat-teħid tal-kampjuni u ta' l-analiżi għal kull parametru fid-Direttiva 75/440/KEE.

Popolazzjoni moqdija | [1]A1 | [1]A2 | [1]A3 |

I [2] | II [2] | III [2] | I [2] | II [2] | III [2] | I [2] | II [2] | III [2] |

≤ 10000 | [3] | [3] | [3] | [3] | [3] | [3] | 2 | 1 | [3] [4] |

> 10000 sa ≤ 30000 | 1 | 1 | [3] | 2 | 1 | [3] | 3 | 1 | 1 |

> 30000 sa ≤ 100000 | 2 | 1 | [3] | 4 | 2 | 1 | 6 | 2 | 1 |

> 100000 | 3 | 2 | [3] | 8 | 4 | 1 | 12 | 4 | 1 |

KATEGORIJI

I | II | III |

| Parametri | | Parametri | | Parametri |

1 | pH | 10 | Ħadid maħlul | 8 | Fluworidi |

2 | Kulur | 11 | Manganeżju | 14 | Boron |

3 | Total ta' solidi sospiżi | 12 | Ram | 19 | Arseniku |

4 | Temperatura | 13 | Żingu | 20 | Kadmiju |

5 | Konduttivitá | 27 | Sulfati | 21 | Kromju totali |

6 | Riħa | 29 | Surfactants | 22 | Ċomb |

7 | Nitrati | 31 | Fenoli | 23 | Selenju |

28 | Kloruri | 38 | Nitroġenu bil-metodu Kjeldahl | 24 | Merkurju |

30 | Fosfati | 43 | Koliformi totali | 25 | Barju |

35 | Domanda ta' ossiġnu kimiku (DOK) | 44 | Faecal coliforms | 26 | Ċijanur |

36 | Rata ta' saturazzjoni ta' l-ossiġnu maħlul | | | 32 | Idrokarbonji maħlulin jew emulsifikati |

37 | Domanda ta' ossiġnu bijokimiku (DOB) | | | 33 | Idrokarbonji aromatiċi poliċikliċi |

39 | Ammonju | | | 34 | Pestiċidi totali |

| | | | 40 | Sustanzi li jistgħu jiġu estratti bil-kloroform |

| | | | 45 | Faecal Streptococci |

| | | | 46 | Salmonella |

[1] Kwalitá ta' ilmijiet tal-wiċċ, l-Anness II Direttiva 75/440/KEE

[2] Klassifikazzjoni tal-parametri skond il-frekwenza

[3] Frekwenza li għandha tiġi determinata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

--------------------------------------------------