31978R3077



Official Journal L 367 , 28/12/1978 P. 0028 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0150
Greek special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0234
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0150
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0098
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 15 P. 0098


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3077/78

tal-21 ta’ Diċembru 1978

dwar l-ekwivalenza maċ-ċertifikati ta’ attestazzjoni tal-Komunità li jakkumpanjaw il-ħops impurtat minn pajjiżi li mhumiex membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jisstabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħops [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1170/77 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi huwa speċifikat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru1696/71 li l-ħops u l-prodotti tal-ħops minn pajjiżi m’humiex membri jistgħu jkunu impurtati biss jekk il-livelli ta’ kwalita tagħhom huma ta’ l-inqas ekwivalenti għal-limiti minimi tal-marketing adottati għall-ħops jew prodotti tal-ħops jew id-derivattivi tagħhom maħsuda fil-Komunità; billi iżda hu speċifikat li dawn il-prodotti għandhom jitqiesu li laħqu l-istandard imsemmi hawn fuq jekk ikollhom magħhom ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-oriġni li jkun rikonoxxut bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat meħtieġ għall-bejgħ tal-ħops u prodotti tal-ħops ta’ oriġini mill-Komunità;

Billi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi mhux membri [3] kienu adottati disposizzjonijiet li magħhom iċ-ċertifikati riferuti hawn fuq għandhom ikunu konformi;

Billi l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Polonja, il-Bulgarija, il-Jugoslavja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iċ-Ċekoslovakja u l-Awstrija aċċettaw li jkunu konformi mal-ħtiġiet preskritti għall-marketing tal-ħops u l-prodotti tal-ħops u awtorizzaw ċerti aġenziji biex joħorġu ċertifikati ta’ l-ekwivalenza; billi dawn iċ-ċertifikati għandhom għalhekk ikunu meqjusa bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati tal-Komunità u l-prodotti koperti minnhom mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa;

Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħops.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati li jakkumpanjaw il-ħops u l-prodotti tal-ħops impurtati minn pajjiżi li m’humiex membri maħruġa b’konformità tar-Regolament (KEE) Nru 3076/78 minn aġenzija li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha titqies bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat preskritt fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1979.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1978.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

[2] ĠU L 137, tat-3.6.1977, p. 7.

[3] Ara l-paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-Pajjiż ta' l-oriġini | L-organizzazzjoni awtorizzata li toħroġ iċ-ċertifikati | Prodotti | Intestatura CCT Nru |

USA | Inspection Division, Federal Grain Inspection Service Idaho Department of Agriculture, Boise, IdahoCalifornia Department of Agriculture, Sacramento, CaliforniaOregon Department of Agriculture, Salem, OregonWashington Department of Agriculture, Yakima, Washington | Koni tal-ħops Trabijiet tal-ħops Sugu u estratti tal-ħops | Ex 12.06 Ex 12.06 13.03 A VI. |

IL-POLONJA | Ministère du commerce extérieur de l'économie maritime Service de contrôle de la qualité des produits alimentaries Varsovie | Koni tal-ħops Trabijiet tal-ħops Sugu u estratti tal-ħops | Ex 12.06 Ex 12.06 13.03 A VI. |

IL-BULGARIJA | Laboratoire du contrôle et des arbitrages près de l'union économique d'état 'Bulgarsko TIVO' Sophia, Goroubliane, Bulgarie | Koni tal-ħops Trabijiet tal-ħops Sugu u estratti tal-ħops | Ex 12.06 Ex 12.06 13.03 A VI. |

IL-JUGOSLAVJA | 1.Institut za Hmaljarstvo in Pivovarstvo, Zalec2.Poljoprivredni Fakultet Novi Sad — Institut za Ratarstvo I Povrtarstvo — Zavos za Hmelj I Sirak, Backi Pertovac | Koni tal-ħops Trabijiet tal-ħops Sugu u estratti tal-ħops | Ex 12.06 Ex 12.06 13.03 A VI. |

IR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA | Tientsin Commodity Inspection Bureau | Koni tal-ħops Trabijiet tal-ħops Sugu u estratti tal-ħops | Ex 12.06 Ex 12.06 13.03 A VI. |

IĊ-ĊEKOSLOVAKKJA | Udstredni Kontrolni a zkusebni ustav zemedelsky Pobocka — Zatec | Koni tal-ħops Trabijiet tal-ħops Sugu u estratti tal-ħops | Ex 12.06 Ex 12.06 13.03 A VI. |

L-AWSTRALJA | Department of Agriculture, Hobart, Tasmania Department of Agriculture, Melbourne, Victoria | Koni tal-ħops Trabijiet tal-ħops Sugu u estratti tal-ħops | Ex 12.06 Ex 12.06 13.03 A VI. |

--------------------------------------------------