31978R3076



Official Journal L 367 , 28/12/1978 P. 0017 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0143
Greek special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0223
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0143
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0087
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 15 P. 0087


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78

tal-21 ta’ Diċembru 1978

dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi li mhumiex membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħops [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1170/77 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 18 tiegħu,

Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru1696/71 jipprovdi biex il-ħops u l-prodotti tal-ħops minn pajjiżi mhux membri jkunu jistgħu jiġu impurtati biss jekk l-istandards tal-kwalità tagħhom huma ta’ mill-inqas ekwivalenti għal-limiti minimi tal-bejgħ adottati għall-prodotti simili maħsuda fil-Komunità jew id-derivattivi tagħhom; billi dan jipprovdi, b’dana kollu, li dawn il-prodotti jitqiesu li laħqu l-istandard imsemmi hawn fuq jekk ikollhom magħhom ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-oriġni u meqjus bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat meħtieġ għall-bejgħ tal-ħops u l-prodotti tal-ħops li ġejjin mill-Komunità;

Billi r-regoli dettaljati biex ikunu spezzjonati dawn il-ħtiġiet, it-tiswir taċ-ċertifikati u l-għarfien ta’ l-ekwivalenza marbuta huma stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1646/78 [3] u (KEE) Nru 2397/78 [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2709/78 [5];

Billi l-esperjenza miksuba minn meta daħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti turi li hu meħtieġ li jkunu miżjuda u, biex teħfief l-amministrazzjoni, jinġabru f’Regolament wieħed il-provedimenti kollha li jolqtu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ħops u d-derivattivi tagħhom mill-pajjiżi li mhumiex membri u biex jaħkmu b’mod separat fuq l-ekwivalenza ta’ taċ-ċertifikati maħruġa mill-pajjiżi mhumiex membri;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru1784/77 tad-19 ta’ Lulju 1977 dwar il-verifika tal-ħops [6] jistabbilixxi ħtiġiet ta’ bejgħ stretti ħafna għall-prodotti tal-ħops, u taħlitiet b’mod partikulari; billi bħalissa m’hemm l-ebda metodu effettiv ta’ kif ikunu ikkontrollati fuq il-fruntieri li dawn il-ħtiġiet jintlaħqu; billi l-unika sostituzzjoni possibbli biex dak il-kontroll iseħħ hija ħidma min-naħa tal-pajjiżi esportaturi biex ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ bejgħ tal-Komunità għal dawn il-prodotti; billi huwa għalhekk meħtieġ li dawk il-prodotti jkollhom magħhom ċertifikat kif speċifikat fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru1696/71;

Billi l-inqas ammont ta’ ħtiġiet tal-bejgħ għall-ħops kienu stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 890/78 tat-28 ta’April 1978 li stabbilixxa regoli dettaljati għall-verifika tal-ħops [7]; billi huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex ikunu spezzjonati dawn il-ħtiġiet fejn il-ħops huwa impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri mingħajr ċertifikat meqjus bħala ekwivalenti;

Billi, sabiex il-kontroll mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkun aktar faċli, jeħtieġ li tkun preskritta l-forma u, fejn hemm bżonn, il-kontenut taċ--ċertifikat u r-regoli għall-użu tiegħu;

Billi, sabiex ikunu meqjusa l-prattiċi tal-kummerċ, l-awtoritajiet kompetenti trid tingħatalhom is-setgħa, jekk xi kunsinna tinqasam, biex ikun ippreparaw taħt il-ħarsien tagħhom silta miċ-ċertifikat għal kull kunsinna ġdida li tirriżulta mill-qsim;

Billi, b’paragun mas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-Komunità, ċerti prodotti jridu jkunu eżentati minħabba l-użu tagħhom mill-verifika jew it-turija taċ-ċertifikati maħsuba għalihom f’dan ir-Regolament;

Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħops ma wassalx l-opinjoni tiegħu fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dħul ħieles fiċ-ċirkolazzjoni tal-Komunità tal-prodotti mill-pajjiżi li mhumiex membri msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għandhom jiddependi milli jingħataw provi li l-ħtiġiet speċifikati fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament ikunu ntlaħqu.

2. Il-prova msemmija fil-paragrafu 1 trid tingħata:

(a) fil-każ tal-koni tal-ħops li jaqgħu taħt l-intestatura Nru12.06 tat-Tariffa Komuni Doganali, permezz ta’ turija ta’:

- jew iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, hawn wara magħruf bħala "ċertifikat ta’ l-ekwivalenza",

- jew iċ-ċertifikat ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament preżenti;

(b) fil-każ tal-prodotti l-oħra apparti milli l-koni tal-ħops u għall-meraq u l-estratti tal-ħops li jaqgħu taħt l-intestatura Nru12.06 u s-sub-intestatura 13.03 A VI rispettivament tat-Tariffa Komuni Doganali, permezz ta’ turija taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza.

3. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, "kunsinna" tfisser ammont ta’ prodott li jkollu l-istess karatteristiċi u jkun mibgħut mill-istess konsenjatur fl-istess żmien lill-istess xerrej.

Artikolu 2

1. Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza msemmi fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(2)(a) u fl-Artikolu 1(2)(b) għandu jkun imħejji għal kull kunsinna u għandu jikkonsisti minn oriġinal u żewġ kopji li jridu jsiru fuq il-formola li taqbel mal-mudell muri fl-Anness I t’hawnhekk skond l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness IV t’hawnhekk.

2. Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jkun validu biss jekk jimtela fil-ħin u jkun awtentikat minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz ta’ l-oriġni.

3. Iċ-ċertifikat li jkun awtentikat fil-ħin huwa wieħed li juri d-data u l-post tal-ħruġ u li jkun ġie ffirmat u għandu t-timbru ta’ l-awtorità li ħarġitu.

Artikolu 3

1. Kull unità tal-ippakkjar koperta minn ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jrid ikollha fuqha dawn id-dettalji li ġejjin b’waħda mil-lingwi tal-Komunità:

- id-deskrizzjoni tal-prodott,

- il-varjetà jew il-varjetajiet,

- il-pajjiż ta’ l-oriġni,

- il-marki u n-numri indikati fis-sezzjoni 9 taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt minnu.

2. Id-dettalji jridu jidhru b’mod li jinqara, b’tipi li ma jitħassrux ta’ daqs egwali fuq in-naħa ta’ barra tal-pakkett.

Artikolu 4

1. Iċ-ċertifikat ta’ kontroll riferut fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1(2)(a) irid jinħareġ fir-rigward ta’ kull kunsinna mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri wara li ssir spezzjoni dwar il-konformità mal-ħtiġiet minimi ta’ marketing stabiliti fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 890/78 skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament imsemmi.

2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz ta’ l-awtoritajiet riferiti fil-paragrafu 1, flimkien ma’ kampjuni tat-timbri uffiċjali u, fejn jixraq, it-timbri li jissiġillaw, ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

3. Iċ-ċertifikati ta’ kontroll għandhom jissawru f’oriġinal wieħed u żewġ kopji fuq formola li taqbel mal-mudell fl-Anness III t’hawn taħt u skond l-istruzzjonijiet fl-Anness IV ta’ dan.

Artikolu 5

1. F’każ li kunsinna koperta miċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza hi maqsuma u mibgħuta mill-ġdid qabel ma jsir id-dħul ħieles tagħha, parti miċ-ċertifikat irid jissawwar għal kull kunsinna ġdida li tirriżulta mil-qsim. Iċ-ċertifikat għandu jkun mibdul bin-numru meħtieġ ta’ estratti miċ-ċertifikat. Kull estratt għandu jissawwar mill-parti konċernata f’oriġinal wieħed u żewġ kopji fuq formola li taqbel mal-mudell mogħti fl-Anness II ta’ dan u skond id-disposizzjonijiet relatati maċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza stabbilit fl-Artikolu 2(1).

2. L-awtoritajiet doganali għandhom jiffirmaw kif meħtieġ l-oriġinal u ż-żewġ kopji taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, u jerġgħu jiffirmaw l-oriġinal u ż-żewġ kopji ta’ kull estratt. Huma għandhom iżommu l-oriġinal taċ-ċertifikat, jibagħtu ż-żewġ kopji lill-korp uffiċjali responsabbli biex jassigura l-konformità mas-sistema taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (KEE) Nru1784/77 u jibgħat lura l-oriġinal u ż-żewġ kopji ta’ kull estratt lill-persuna kkonċernata.

Artikolu 6

Meta jintemmu l-formalitajiet doganali meħtieġa għad-dħul f’ċirkolazzjoni fil-Komunità tal-prodott li għalih iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, l-estratt jew iċ-ċertifikat ta’ kontroll, l-oriġinal u żewġ kopji jridu jingħataw lill-awtoritajiet doganali li jerġgħu jiffirmawhom, u jżommu l-oriġinal. L-awtoritajiet doganali jridu jgħaddu kopja waħda lill-korp uffiċjali inkarigat mis-sorveljanza tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni, kif riferut fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (KEE) Nru 1784/77, tal-Istat Membru li fih il-prodott ikun jista jidħol f’ċirkolazzjoni ħielsa. It-tieni kopja trid tasal lura għand l-importatur, li jrid iżommha għall-inqas għal tliet snin.

Artikolu 7

Jekk il-prodott jerġa’ jinbiegħ wara li jkun tqiegħed għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, irid ikollu miegħu irċevuta jew dokument ieħor kummerċjali li jkun magħmul mill-bejjiegħ, li jagħti n-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, estratt minnu jew iċ-ċertifikat ta’ kontroll, flimkien mal-isem ta’ l-awtorità li tkun ħarġithom u l-informazzjoni li ġejja kkupjata fuqu:

1. miċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt minnu:

(a) għall-ħops:

- id-deskrizzjoni tal-prodott,

- il-piż gross,

- il-post tal-produzzjoni,

- is-sena ta’ ħsad,

- il-varjetà,

- il-pajjiż ta’ l-oriġni,

- il-marki u n-numri ta’ l-identifikazzjoni mogħtija fis-sezzjoni 9 taċ-ċertifikat;

(b) għall-prodotti magħmula mill-ħops, flimkien mad-dettalji msemmija taħt (1) (a): il-post u d-data ta’ l-ipproċessar;

2. miċ-ċertifikat tal-kontroll:

- deskrizzjoni tal-prodott,

- il-piż gross,

- il-marki u n-numri fuq il-pakketti.

Artikolu 8

Bħala deroga minn dan ir-Regolament, la t-turija tad-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 1(2) lanqas il-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 m’huma meħtieġa għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ħops u l-prodotti tal-ħops segwenti meta l-piż għal kull pakkett individwali ma jeċċedix il-500 g fil-każ tal-koni tal-ħops u t-trab tal-ħops u 150 g fil-każ ta’ l-estratti tal-ħops:

(a) pakketti żgħar għall-bejgħ lill-individwi privati għall-użu personali tagħhom;

(b) għal esperimenti xjentifiċi u tekniċi;

(ċ) għall-fieri koperti mill-ftehim doganali speċjali għall-fieri.

Id-deskrizzjoni, l-piż u l-użu aħħari tal-prodott irid jidher fuq il-pakkett.

Artikolu 9

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1646/78 u (KEE) Nru 2397/78 huma hawnhekk imħassra.

B’dana kollu, il-formola kif tidher fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2397/78 u l-formola taċ-ċertifikat tal-kontroll kif riferut fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru1646/78 maħruġ mill-Istati Membri għandhom jibqgħu validi sa l-1 ta’ Jannar 1981.

Artikolu 10

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1979.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1978.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

[2] ĠU L 137, tat-3.6.1977, p. 7.

[3] ĠU L 191, ta’ l-14.7.1978, p. 25.

[4] ĠU L 289, ta’ l-14.10.1978, p. 1.

[5] ĠU L 327, tat-22.11.1978, p. 8.

[6] ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 1.

[7] ĠU L 117, tad-29.4.1978, p. 43.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNEX III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

REGOLI LI JIRREGOLAW IL-FORMOLI MEĦTIEĠA MINN DAN IR-REGOLAMENT

I. IL-KARTA

Il-karta li trid tintuża’ hi karta bajda li tiżen mill-inqas 40 g/m2.

II. DAQS

Id-daqs huwa:

- 210 × 297 mm għall-ċertifikat ta’ ekwivalenza u partijiet minnu.

- 210 × 148 mm għall-ċertifikat tal-kontroll.

III. LINGWI

A. Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza għandu jkun stampat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità; tdan jista’ jkun stampata wkoll bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tal-ħruġ.

B. L-estratt miċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza u ċ-ċertifikat tal-kontroll għandu jkun stampat f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità nnominata mill-awtoritajiet responsabbli tal-Istat Membru li joħroġhom.

IV. MILI TAL-FORMOLI

A. Il-formoli għandhom jimtlew bit-typing jew bl-idejn; fil-każ ta’ l-aħħar, iridu jimtlew bil-linka b’mod li jinqara u bl-ittri ċari kbar.

B. Kull formola hi individwalizzata b’numru mogħti mill-awtorità li toħroġhom, dan in-numru jkun l-istess għall-oriġinal u ż-żewġ kopji tiegħu.

C. Fil-każ taċ-ċertifikat ta’ ekwivalenza u partijiet minnu:

1. is-sezzjoni 5 ma tridx timtela għall-prodotti tal-ħops magħmula mit-taħlitiet ta’ ħops;

2. is-sezzjonijiet 7 u 8 għandhom jimtlew għall-prodotti kollha magħmula mill-ħops;

3. id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a) "ħops mhux ippreparat": i.e. ħops li għadda biss minn tnixxif u ppakkjar preliminari,

(b) "ħops ippreparat": i.e. ħops li għadda minn tnixxif u ppakkjar finali,

(ċ) "trab tal-ħops" (li għandu jinkludi gerbubi tal-ħops u trab tal-ħops imqawwi),

(d) "estratt tal-ħops isomerizzat": i.e. estratt li fih l-aċidi alpha jkunu ġew isomerizzati kważi totalment,

(e) "estratti tal-ħops": i.e. estratti l-oħrajn apparti milli l-estratt isomerizzat tal-ħops,

(f) "prodotti tal-ħops imħallta": i.e. taħlita tal-prodotti msemmija taħt (c), (d) u (e) hawn fuq, esklużi l-ħops;

4. id-deskrizzjoni "ħops mhux preparat" jew "ħops ippreparat" għandhom ikun segwit bil-kliem "mingħajr żerriegħa" jekk il-kontenut taż-żerriegħa huwa inqas minn 2 % tal-piż tal-ħops, u bil-kelma "biż-żerriegħa" fil-każi l-oħrajn;

5. fil-każi meta l-prodotti magħmula mill-ħops huma miksuba minn ħops ta’ varjetajiet differenti u/jew postijiet differenti ta’ produzzjoni, dawn il-varjetajiet u/jew il-postijiet ta’ produzzjoni differenti għandhom jissemmew fis-sezzjoni 9, flimkien mal-persentaġġ bil-piż ta’ kull varjeta minn kull żona tal-produzzjoni li tikkontribwixxi għat-taħlita.

--------------------------------------------------