31977L0799



Official Journal L 336 , 27/12/1977 P. 0015 - 0020
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0064
Greek special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0064
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0094
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0094


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1977

dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta

(77/799/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-prattiċi ta' evażjoni tat-taxxa u evitar tat-taxxa li jestendu matul il-fruntieri ta' l-Istati Membri jwasslu għal telf fil-budget u vjolazzjonijiet tal-prinċipju ta' tassazzjoni ġusta u huma soġġetti li jġibu tgħawwiġ tal-movimenti tal-kapital u tal-kondizzjonijet tal-kompetizzjoni; billi dawn għalhekk jaffettwaw l-operat tas-suq intern;

Billi, għal dawn ir-raġunijiet il-Kunsill adotta fl-10 ta' Frar 1975 riżoluzzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Komunità sabiex tkun miġġielda l-evażjoni u l-evitar internazzjonali tat-taxxa [3];

Billi n-natura internazzjonali tal-problema tfisser li miżuri nazzjonali, li l-effett tagħhom ma jestendix lil hinn minn fruntieri nazzjonali, mhumiex suffiċjenti; billi l-kollaborazzjoni bejn amministrazzjonijiet abbażi ta' ftehim bilaterali hu inkapaċi li jiġġieled forom ġodda ta' evażjoni u evitar ta' taxxa, li qegħdin jikbru fil-karattru multinazzjonali tagħhom;

Billi l-kollaborazzjoni bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa ġewwa l-Komunità għandha għalhekk tissaħħaħ skond il-prinċipji u regoli komuni;

Billi l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jibdlu informazzjoni dwar każijiet partikolari; fejn l-Istat hekk ħtieġlu jagħmel għandu jagħmel it-talbiet meħtieġa biex jikseb dik l-informazzjoni:

Billi l-Istati Membri għandhom jiskambjaw, anke mingħajr ma ssir l-ebda talba, xi informazzjoni li tidher rilevanti għall-istima korretta ta' taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital, b'mod partikolari fejn jidher li jkun hemm trasferiment artifiċjali ta' profitti bejn impriżi fi Stati Membri differenti jew fejn dawk it-transazzjonijiet ikunu magħmula bejn impriżi f'żewġ Stati Membri permezz ta' pajjiż terz sabiex jinkiseb vantaġġ dwar taxxi, jew fejn it-taxxa ġiet jew tista' ma titħallasx jew evitata għal xi raġuni tkun liema tkun;

Billi hu importanti li uffiċjali ta' l-amministrazzjoni tat-taxxa f'xi Stat Membru jitħalla li jkun preżent fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jekk iż-żewġ Stati in kwistjoni jikkunsidraw dan mixtieq;

Billi għandha tingħata attenzjoni biex jiġi assigurat li informazzjoni mogħtija fil-kors ta' dik il-kollaborazzjoni ma tkunx żvelata lil persuni mhux awtorizzati, sabiex id-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini u impriżi jkunu salvagwardati; billi hu għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri li jirċievu dik l-informazzjoni ma jużawhiex, mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Istat Membru li jforniha, minbarra għall-finijiet ta' tassazzjoni jew biex ikunu ffaċilitati proċeduri legali għal nuqqas ta' osservanza tal-liġijiet tat-taxxa; billi hu wkoll meħtieġ li l-Istati li jirċevuha jagħtu lil din l-informazzjoni l-istess grad ta' kunfidenzjalità li din kellha fl-Istat li pprovdiha, jekk dan ta' l-aħħar hekk jitlob;

Billi Stat Membru li jkun mitlub li jagħmel inkjesti jew li jipprovdi informazzjoni għandu jkollu l-jedd li jirrifijuta li jagħmel hekk meta l-liġijiet tiegħu jew prattiċi amministrattivi jipprevjenu l-amministrazzjoni tiegħu tat-taxxa milli jagħmlu dawn l-inkejsti jew milli jiġbru jew jużaw din l-informazzjoni għall-għanijiet tagħha nnifsiha, jew fejn l-għoti ta' dik l-informazzjoni tista' tkun kontra l-politika pubblika jew tista' twassal għal svelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew meta l-Istat Membru li għalih tkun maħsuba l-informazzjoni ma jkunx kapaċi għal raġunijiet prattiċi jew legali li jipprovdi informazzjoni simili;

Billi kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni hi meħtieġa għall-istudju kontinwui ta' proċeduri ta' koperazzjoni u l-ġbir flimkien ta' esperjenzi fl-oqsma kunsidrati, u b'mod partikolari fil-qasam tat-trasferiment artifiċjali ta' profitti fi gruppi ta' impriżi, bil-għan li jitjiebu dawk il-proċeduri u li jippreparaw regoli tal-Komunità xierqa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Disposizzjonijiet ġenerali

1. B'mod koformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jibdlu kull informazzjoni li tista' tippermettilhom li jagħmlu stima korretta ta' taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital.

2. Għandhom ikunu kkunsidrati bħala taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital, irrispettivament mil-mod li bih dawn ikunu mitluba, it-taxxi kollha imposti fuq id-dħul kollu, fuq il-kapital kollu, jew fuq l-elementi ta' dħul jew ta' kapital, inklużi taxxi fuq qliegħ mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti ta' pagi jew salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament tal-kapital.

3. It-taxxi msemmija fil-paragrafu 2 huma fil-preżent, b'mod partikolari:

fil-Belġju:

Impôt des personnes physiques/Personenbelasting

Impôt des sociétés/Vennootschapsbelasting

Impôt des personnes morales/Rechtspersonenbelasting

Impôt des non-résidents/Belasting der niet-verblijfhouders

fid-Danimarka:

Indkomstskaten til staten

Selsskabsskat

Den kommunale indkomstskat

Den amtskommunale indkomstskat

Folkepensionsbidragene

Sømandsskatten

Den særlige indkomstskat

Kirkeskatten

Formueskatten til staten

Bidrag til dagpengefonden

fil-Ġermanja:

Einkommensteuer

Körperschaftsteuer

Vermögensteuer

Gewerbesteuer

Grundsteuer

fi Franza:

Impôt sur le revenu

Impôt sur les sociétés

Taxe professionnelle

Taxe foncière sur les propriétés bâties

Taxe foncière sur les propriétés non bâties

fl-Irlanda:

Taxxa fuq id-dħul

Taxxa Korporattiva

Taxxa fuq il-qligħ tal-kapital

Wealth tax

fl-Italja:

Imposta sul reddito delle persone fisiche

Imposta sul reddito delle persone giuridiche

Imposta locale sui redditi

fil-Lussemburgu:

Impôt sur le revenu des personnes physiques

Impôt sur le revenu des collectivités

Impôt commercial Komunità

Impôt sur la fortune

Impôt foncier

fl-Olanda:

Inkomstenbelasting

Vennootschapsbelasting

Vermogensbelasting

fir-Renju Unit:

Taxxa fuq id-dħul

Corporation tax

Capital gains tax

Taxxa fuq dħul mill-Petroleum

Taxxa fuq żvilupp tal-art

4. Paragrafu 1 japplika wkoll għal kull taxxi identiċi jew simili imposti sussegwentement, kemm jekk biż-żieda ma' jew minflok it-taxxi elenkati fil-paragrafu 3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawk it-taxxi.

5. L-espressjoni "awtorità kompetenti" tfisser:

fil-Belġju:

De minister van financiën jew xi rappreżentant awtorizzat

Le ministre des finances jew xi rappreżentant awtorizzat

fid-Danimarka:

Ministeren for skatter og afgifter jew xi rappreżentant awtorizzat

fil-Ġermanja:

Der Bundesminister der Finanzen or an authorized representative

fi Franza:

Le ministre de l'économie jew xi rappreżentant awtorizzat

fl-Irlanda:

Ir-Revenue Commissioners jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom

fl-Italja:

Il Ministro per le finanze jew xi rappreżentant awtorizzat

fil-Lussemburgu:

Le ministre des finances jew xi rappreżentant awtorizzat

fl-Olanda:

De minister van financiën jew xi rappreżentant awtorizzat

fir-Renju Unit:

Il-Kummissarji tat-Taxxi Interni jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom

Artikolu 2

Bdil fuq talba

1. L-awtorità kompetenti ta' xi Stat Membru tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) f'xi każ partikolari. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat mitlub m'għandhiex għalfejn tikkonforma mat-talba jekk jidher li l-awtorità kompetenti ta' l-Istat li jagħmel it-talba ma tkunx eżawriet is-sorsi tas-soltu tagħha ta' l-informazzjoni, li hi setgħet utilizzat, skond iċ-ċirkostanzi, biex tikseb l-informazzjoni mitluba mingħajr ma tinkorri r-riskju li tipperikola l-ksib tar-riżultat li tkun qed tfittex.

2. Għall-fini li tkun mibgħuta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru mitlub għandha tirranġa t-tmexxija sabiex isiru l-inkjesti meħtieġa biex tinkiseb dik l-informazzjoni.

Artikolu 3

Bdil awtomatiku ta' informazzjoni

Għall-kategoriji ta' każijiet li huma jistabilixxu skond il-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jibdlu b'mod regolari l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) mingħajr ma ssir talba minn qabel.

Artikolu 4

Bdil spontanju ta' informazzjoni

1. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha mingħajr talba minn qabel tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), li dwarha jkollha tagħrif, lill-awtorità kompetenti ta' xi Stat membru ieħor interessat, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed li jkollha raġunijiet li taħseb li jista' jkun hemm telf ta' taxxa fi Stat Membru ieħor;

(b) persuna suġġetta għal taxxa tikseb tnaqqis fi jew eżenzjoni minn taxxa fi Stat Membru wieħed li jista' jwassal għal żieda fit-taxxa jew għal debitu fit-taxxa fi Stat Membru ieħor;

(ċ) trattamenti kummerċjali bejn xi persuna soġġetta li tħallas it-taxxi fi Stat Membru u persuna soġġetta għat-taxxa fi Stat Membru ieħor isiru permezz ta' pajjiż wieħed jew aktar b'tali mod li ffrankar fit-taxxa jista' jirriżulta f'wieħed mill-Istati Membri jew l-ieħor jew fit-tnejn;

(d) l-awtorita kompetenti ta' xi Stat Membru jkollha raġunijiet biex taħseb li frankar fit-taxxa jista' jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali ta' profitti fi gruppi ta' impriżi;

(e) informazzjoni mogħtija lil Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor tkun ippermettiet li tinkiseb l-informazzjoni li tista' tkun rilevanti biex issir stima tad-debitu tat-taxxa fl-Istat Membru ta' l-aħħar.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu, taħt il-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9, jestendu l-bdil ta' informazzjoni provdut fil-paragrafu 1 għal każijiet minbarra dawk speċifikati hemmhekk.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jibagħtu lil xulxin f'kull każ ieħor, mingħajr talba minn qabel, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) li huma jkunu jafu biha.

Artikolu 5

Limitu tal-ħin biex tintbgħat informazzjoni

L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li, skond l-Artikoli preċedenti, tkun mitluba li tagħti informazzjoni, għandha tibgħata kemm jista' jkun malajr possibbli. Jekk din tiltaqa' ma' ostakoli fl-għoti ta' l-informazzjoni jew jekk din tirrifjuta li tagħti l-informazzjoni, din għandha minnufih tinforma lill-awtorità li titlobha b'dan, fejn tindika n-natura tal-ostakoli jew ir-raġunijiet għar-rifjut tagħha.

Artikolu 6

Kollaborazzjoni minn uffiċjali ta' l-Istat interessat

Għall-fini li jkunu applikati d-Disposizzjonijiet preċedenti, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li għalih tkun maħsuba l-informazzjoni jistgħu jiftiehmu, taħt il-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9, li jawtorizzaw il-preżenza fl-ewwel Stat Membru ta' uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-taxxa ta' l-Istat Membru l-ieħor. Id-dettalji biex tkun applikata din id-disposizzjoni għandhom ikunu stabbiliti taħt l-istess proċedura.

Artikolu 7

Disposizzjonijiet dwar segretezza

1. Kull informazzjoni li tkun magħrufa lil xi Stat Membru taħt din id-Direttiva għandha tinżamm sigrieta f'dak l-Istat bl-istess mod bħall-informazzjoni riċevuta taħt il-leġislazzjoni domestika.

F'kull każ, dik l-informazzjoni:

- tista' tkun magħmula disponibbli biss lill-persuni direttament involuti fl-istima tat-taxxa jew fil-kontroll amministrattiv ta' din l-istima,

- tista' wkoll tkun magħrufa biss in konnessjoni ma' proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri amministrattivi li jinvolvu sanzjonijiet magħmula bil-għan li, jew dwar, l-għemil jew reviżjoni ta' stima tat-taxxa u biss lil persuni li jkunu direttament involuti f'dawk il-proċeduri, dik l-informazzjoni tista', iżda, issir magħrufa matul smiegħ pubbliku jew f'deċiżjonijiet jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħti l-informazzjoni ma jkollu l-ebda oġġezzjoni,

- m'għandha fl-ebda ċirkostanza minbarra għall-finijiet ta' tassazzjoni jew in konnessjoni ma' proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri amministrattivi tinvolvi sanzjonijiet magħmula bil-għan li, jew għar-rigward ta', li jsir assessjar għemil jew reviżjoni ta' l-istima tat-taxxa.

2. Paragrafu 1 m'għandux jobbliga xi Stat Membru li l-leġiżlazzjoni jew il-prassi amministrattiva tiegħu tistabbilixxi, għall-finijiet domestiċi, limiti aktar ristretti minn dawk li jinsabu fid-disposizzjonijiet ta' dak il-paragrafu, sabiex tkun mogħtija informazzjoni jekk l-Istat iinteressat ma jobbligax ruħu li jirrispetta dawk il-limiti aktar ristretti.

3. Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħti l-informazzjoni jista' jipperemtti li din tkun użata għal għanijiet oħra fl-Istat li jitlobha, jekk, skond il-leġislazzjoni fl-Istat li jinforma, l-informazzjoni tista', f'ċirkostanzi simili, tkun użata fl-Istat li jinforma għal għanijiet simili.

4. Fejn awtorità kompetenti ta' xi Stat Membru tikkonsidra li l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor x'aktarx li tkun ta' utilità għall-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, din tista' tgħaddiha lill-awtorità kompetenti ta' l-aħħar mal-ftehim ta' l-awtorità kompetenti li tkun tat l-informazzjoni.

Artikolu 8

Limiti għal bdil ta' informazzjoni

1. Din id-Direttiva m'għandha timponi l-ebda obbligazzjoni sabiex isiru inkjesti jew li tingħata informazzjoni jekk l-Istat Membru, li għandu jagħti l-informazzjoni, ikun miżmum mil-liġijiet tiegħu jew mill-prassi amministrattivi milli jagħmel dawn l-inkjesti jew milli jiġbor jew juża din l-informazzjoni għall-għanijiet tiegħu.

2. L-għoti ta' informazzjoni jista' jkun irrifjutat meta dan jista' jwassal għall-iżvelar ta' xi sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' xi proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun kontra l-politika pubblika.

3. L-awtorità kompetenti ta' xi Stat Membru tista' tirrifjuta li tagħti informazzjoni meta l-Istat interessat ma jkunx kapaċi, għal raġunijiet prattiċi jew legali, li jipprovdi informazzjoni simili.

Artikolu 9

Konsultazzjonijiet

1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, konsultazzjonijiet għandhom isiru, jekk meħtieġ fil-Kumitat, bejn:

- l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri iinteressati fuq talba tat-tnejn, għar-rigward ta' kwistjonijiet bilaterali,

- l-awtoritajiet komptenti ta' l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni, fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet tal-Kummissjoni, safejn il-materji involuti mhumiex biss ta' interess bilaterali.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw direttament ma' xulxin. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu permezz ta' ftehim reċiproku jippermettu lill-awtoritajiet nominati minnhom li jikkomunikaw direttament ma' xulxin f'każijiet speċifiċi jew f'ċerti kategoriji ta' każijiet.

3. Billi l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu arranġamenti fuq materji bilaterali koperti b'din id-Direttiva minbarra għar-rigward każijiet individwali, dawn għandhom kemm jista' jkun malajr jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha min-naħa tagħha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 10

Ġbir flimkien ta' l-esperjenzi

L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jissorveljaw kontinwament il-proċedura ta' koperazzjoni li tinsab f'din id-Direttiva u għandhom jaqsmu flimkien l-esperjenza tagħhom, fil-qasam ta' trasferiment ta' prezzijiet ġewwa gruppi ta' impriżi, bil-għan li titjieb dik il-koperazzjoni u, meta jkun xieraq, jistabilixxu entita ta' regoli fl-oqsma in kwistjoni.

Artikolu 11

Applikabbilità ta' disposizzjonijiet ta' għajnuna aktar wiesgħa

Id-disposizzjonijiet t'hawn aktar qabel m'għandhomx jimpedixxu l-osservanza ta' xi obbligazzjonijiet aktar wesgħin biex ikun hemm bdil ta' informazzjoni li tista' toħroġ minn atti legali oħrajn.

Artikolu 12

Disposizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet neċessarji, regolamenti u Disposizzjonijiet amministrattivi sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1979 u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi ta' xi disposizzjonijiet importanti tal-liġi nazzjonali li huma sussegwentement jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 13

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula ġewwa Brussell, fid-19 ta' Diċembru 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Geens

[1] ĠU C 293, tat-13.12.1976, p. 34.

[2] ĠU C 56, tas-7.3.1977, p. 66.

[3] ĠU C 35, ta' l-14.2.1975, p. 1.

--------------------------------------------------