31977L0388



Official Journal L 145 , 13/06/1977 P. 0001 - 0040
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0028
Greek special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0049
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0028
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0054
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0054


Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta' Mejju 1977,

fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima

(77/388/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 99 u 100 tat-Trattat,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-Istati Membri kollha adottaw sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud skond l-ewwel u t-tieni Direttivi tal-Kunsill tal-11 ta' April, 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq il-bejgħ [3];

Billi d-Deċiżjoni tal-21 ta' April, 1970, dwar is-sostituzzjoni ta' kontribuzzjonijet finanzjarji mill-Istati Membri b'riżorsi tal-Komunitajiet infushom [4] tipprovdi li l-baġit tal-Komunità, irrispettivament minn dħul ieħor, għandu jkun iffinanzjat kompletament mir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom; billi dawn ir-riżorsi għandhom jinkludu dawk li jidħlu mit-taxxa fuq il-valur miżjud u miksuba bl-applikazzjoni ta' rata komuni ta' taxxa imsejsa fuq stima stabbilita b'mod uniformi skond regoli tal-Komunità;

Billi għandu jsir iktar progress fit-tneħħija effettiva ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment ta' persuni, oġġetti, servizzi u kapital u l-interpenetrazzjoni ta' l-ekonomija nazzjonali;

Billi għandu jitqies l-iskop li titneħħa l- imposizzjoni tat-taxxa fuq l-importazzjoni u l-ħelsien mit-taxxa fuq l-esportazzjoni fil-kummerċ bejn Stati Membri; billi għandu jkun assigurat li s-sistema komuni ta' taxxi fuq il-bejgħ hija non-diskriminatorja għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-oriġini ta' oġġetti u servizzi, sabiex fl-aħħar jintlaħaq suq komuni li jippermetti kompetizzjoni ġusta u li jkun tassew jixbaħ suq intern;

Billi, biex titjieb in-natura non-diskriminatorja tat-taxxa, il-frażi "persuna taxxabbli" għandha tkun iċċarata biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jestenduha biex tolqot persuni li jagħmlu ċerti operazzjonijiet kultant żmien;

Billi l-frażi "operazzjonijiet taxxabbli" wasslet għal diffikultajiet, b'mod partikolari dwar operazzjonijiet meqjusa bħala operazzjonijiet taxxabbli; billi dawn il-kunċetti għandhom ikunu ċċarati;

Billi biex ikun stabbilit il-post minn fejn isiru operazzjonijiet taxxabbli jagħti lok għal ħafna konflitti dwar ġurisdizzjoni bejn Stati Membri, partikolarment dwar provvisti ta' oġġetti li jeħtiġilhom ikunu mmuntati u dwar il-provvista ta' servizzi; billi għalkemm il-post fejn jingħataw servizzi għandu fil-prinċipju jfisser il-post fejn il-persuna li tagħti s-servizzi jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, dak il-post għandu jfisser li hu l-pajjiż tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi, partikolarment fil-każ ta' ċerti servizzi mogħtija bejn persuni taxxabbli fejn l-ispejjeż tas-servizzi huma magħduda fil-prezz ta' l-oġġetti;

Billi l-kunċetti ta' fatt taxxabbli u imposizzjoni ta' taxxa għandhom ikunu armonizzati jekk l-applikazzjoni u kwalunkwe tibdil li jista' jkun hemm tar-rata tal-Komunità għandhom ikunu operattivi fl-istess żmien fl-Istati Membri kollha;

Billi l-bażi taxxabbli għandha tkun armonizzata biex l-applikazzjoni tar-rata tal-Komunità għal operazzjonijiet taxxabbli twassal għal riżultati komparabbli fl-Istati Membri kollha;

Billi r-rati applikati mill-Istati Membri għandhom ikunu b'mod li jħallu t-tnaqqis normali tat-taxxa applikata fl-istadju preċedenti;

Billi għandha ssir lista komuni ta' eżenzjonijiet sabiex ir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom ikunu jistgħu jinġabru b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha;

Billi r-regoli dwar tnaqqis għandhom ikunu armonizzati sa fejn jolqtu l-ammonti attwalment miġbura; billi l-proporzjon deduċibbli għandha tkun ikkalkulata bl-istess mod fl-Istati Membri kollha;

Billi għandu jkun speċifikat liema persuni għandhom iħallsu t-taxxa, partikolarment dwar servizzi mogħtija minn persuna stabbilita f'pajjiż ieħor;

Billi l-obbligi ta' min iħallas it-taxxa għandhom ikunu armonizzati kemm jista' jkun biex ikun assigurat il-ħarsien meħtieġ tal-ġbir tat-taxxi b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha; billi min iħallas it-taxxa għandu, b'mod partikolari, jibgħat kull tant żmien prospett li jkun jiġbor fih l-operazzjonijiet tiegħu kollha, li jkollhom x'jaqsmu kemm għal dħul u kemm għal ħruġ jekk jidher li dan ikun meħtieġ biex tkun stabbilita u sorveljata l-bażi ta' l-istima tar-riżorsi ta' dak li jkun;

Billi Stati Membri għandhom, madankollu, jkunu jistgħu iżommu l-iskemi speċjali tagħhom għal impriżi żgħar, skond disposizzjonijiet komuni, u bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni iktar mill-qrib; billi Stati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li japplikaw skema speċjali li jkollha rebates b'rata fissa fuq dħul mit-taxxa fuq il-valur miżjud għal bdiewa li ma jkunux fi skemi normali; billi għandhom ikunu stabbiliti l-prinċipji ewlenin ta' din l-iskema u għandu jkun adottat metodu komuni biex ikun kalkulat il-valur miżjud ta' dawn il-bdiewa bil-għan li jsir il-ġbir tar-riżorsi tagħhom;

Billi l-applikazzjoni uniformi tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha tkun assigurata; billi għal dan il-għan għandu jkun hemm proċedura ta' konsultazzjoni tal-Komunità; billi t-twaqqif ta' Kumitat tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għandu jgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkoperaw mill-qrib;

Billi Stati Membri għandhom ikunu jistgħu, f'ċerti limiti u soġġetti għal ċerti kondizzjonijet, biex jieħdu jew iżommu miżuri speċjali b'deroga għal din id-Direttiva biex il-ġbir tat-taxxa jiħfief jew biex ma jkunx hemm frodi jew evażjoni mit-taxxa;

Billi jista' jidher xieraq li Stati Membri jkunu awtorizzati jikkonkludu ma' pajjiżi li m'humiex membri jew organizzazzjonijet internazzjonali ftehim li jkollhom derogi għal din id-Direttiva;

Billi jeħtieġ li jkun hemm perjodu transitorju biex liġijiet nazzjonali f'oqsma partikolari jiġu adattati gradwalment,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET PRELIMINARI

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jibdlu is-sistemi preżenti tagħhom tat-taxxa fuq il-valur miżjud skond l-Artikoli li ġejjin.

Huma għandhom jadottaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex is-sistemi kif mibdula jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar, 1978.

TITOLU II

APPLIKAZZJONI

Artikolu 2

Dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud:

1. il-provvista ta' oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;

2. l-importazzjoni ta' oġġetti.

TITOLU III

APPLIKAZZJONI TERRITORJALI

Artikolu 3

1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, l-"intern tal-pajjiż" tfisser iż-żona ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea kif stipulat għal kull Stat Membru fl-Artikolu 227.

2. It-territorji li ġejjin ta' Stati Membri individwali għandhom ikunu esklużi mill-"intern tal-pajjiż":

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja:

il-Gżira ta' Heligoland, it-territorju ta' Büsingen;

Ir-Renju tad-Danimarka:

Greenland;

Ir-Repubblika ta' l-Italja:

Livigno, Campione d'Italia, l-ilmijiet Taljani ta' l-Għadira ta' Lugano.

3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-esklużjonijet imsemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux aktar ġustifikati, partikolarment dwar kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, hi għandha tibgħat proposti xierqa lill-Kunsill.

TITOLU IV

PERSUNI TAXXABBLI

Artikolu 4

1. "Persuna taxxabbli" tfisser kull persuna li b'mod indipendenti twettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2, ikun x'ikun l-iskop jew ir-riżultati ta' dik l-attività.

2. L-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-attivitajiet kollha ta' produtturi, kummerċjanti u persuni li jagħtu, magħduda attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet. L-isfruttament ta' proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skop ta' dħul minnha fuq bażi kontinwa għandu wkoll jitqies bħala attività ekonomika.

3. L-Istati Membri jistgħu wkoll iqisu bħala persuna taxxabbli lil kull min jagħmel attività kultant li jkollha x'taqsam ma' l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u partikolarment waħda minn dawn li ġejjin:

(a) il-provvista ta' immobbli jew parti minn immobbli qabel l-ewwel okkupazzjoni u ta' l-art li jkunu fuqha; Stati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet kif dan il-kriterju għandu jkun applikat għal alterazzjonijiet f'immobbli u fl-art li jkunu fuqha.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji oħra barra dak ta' l-ewwel okkupazzjoni, bħal ma huwa l-perjodu ta' żmien bejn id-data tat-tlestija ta' l-immobbli u d-data ta' l-ewwel provvista jew il-perjodu bejn id-data ta' l-ewwel okkupazzjoni u d-data tal-provvista sussegwenti, iżda li dawn il-perjodi ma jaqbżux il-ħames snin u s-sentejn rispettivament.

"Binja" tfisser kull struttura fissa ma' jew fl-art;

(b) il-provvista ta' art għall-bini.

"Art għall-bini" tfisser kull art mhux żviluppata jew art żviluppata meqjusa hekk mill-Istati Membri.

4. L-użu tal-frażi "b'mod indipendenti" fil-paragrafu 1 għandha teskludi mit-taxxa persuni mpjegati jew persuni oħra sakemm huma jkunu marbutin ma' min jimpjega b'kuntratt ta' impjieg jew b'kull irbit legali ieħor li joħloq ir-relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat dwar kondizzjonijiet ta' xogħol, ħlas u responsabbiltà ta' min jimpjega.

Bla ħsara għall-konsultazzjonijet imsemmija fl-Artikolu 29, kull Stat Membru jista' jqis bħala persuna taxxabbli waħedha persuni stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x'jaqsmu mill-qrib ma' xulxin b'rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.

5. Stati, awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali u korpi oħra regolati bid-dritt pubbliku m'għandhomx jitqiesu bħala persuni taxxabbli fir-rigward ta' l-attivitajiet jew operazzjonijiet li huma jagħmlu bħala awtoritajiet pubbliċi, ukoll meta jiġbru drittijiet, tariffi, kontribuzzjonijet jew ħlasijiet marbuta ma' dawn l-attivitajiet jew operazzjonijiet.

Iżda meta jidħlu biex jagħmlu dawn l-attivitajiet, huma għandhom jitqiesu taxxabbli fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet jew operazzjonijiet, billi jekk jitqiesu bħala persuni mhux taxxabbli dan iwassal għal distorzjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni.

F'kull każ, dawn il-korpi għandhom jitqiesu bħala taxxabbli fir-rigward ta' l-attivitajiet imsemmija fil-lista li hemm fl-Anness D, iżda li l-attivitajiet ma jkunux tant żgħar li ma jkollhomx għalfejn jitqiesu.

Stati Membri jistgħu iqisu attivitajiet ta' dawn il-korpi li jkunu eżenti bl-Artikolu 13 jew 28 bħala attivitajiet li huma jagħmlu bħala awtoritajiet pubbliċi.

TITOLU V

OPERAZZJONIJIET TAXXABBLI

Artikolu 5

Provvista ta' oġġetti

1. "Provvista ta' oġġetti" tfisser it-trasferiment tad-dritt ta' sid li jiddisponi minn proprjetà korporali.

2. Enerġija elettrika, gass, sħana, kesħa u affarijiet simili għandhom jitqiesu bħala proprjetà korporali.

3. Stati Membri jistgħu iqisu dawn l-affarijiet li ġejjin bħala proprjetà korporali:

(a) ċertu interess fi proprjetà immobbli;

(b) drittijiet in rem li jagħtu lit-titulari dritt li juża l-proprjetà immobbli;

(ċ) ishma jew interessi ekwivalenti għall-ishma li jagħtu lit-titulari tagħhom drittijiet de jure jew de facto ta' sid jew pussess fuq il-proprjetà immobbli jew parti minnha.

4. Dawn li ġejjin għandhom ukoll jitqiesu bħala provvisti skond it-tifsira tal-paragrafu 1:

(a) it-trasferiment, bi ħlas ta' kumpens, tad-dritt ta' proprjetà, b'ordni ta' jew f'isem awtorità pubblika jew skond il-liġi;

(b) il-konsenja materjali ta' oġġetti, skond kuntratt għall-kiri ta' oġġetti għal ċertu żmien jew għall-bejgħ ta' l-oġetti bi ħlas akkont, li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont;

(ċ) it-trasferiment ta' oġġetti skond kuntratt li bih titħallas kummissjoni meta jsir xiri jew bejgħ.

5. Stati Membri jistgħu iqisu dan li ġej bħala provvisti skond it-tifsira tal-paragrafu 1:

(a) provvisti b'kuntratt li jsir xogħol bil-materjal tal-klijent, jiġifieri il-konsenja minn kuntrattur lill-klijent tiegħu ta' proprjetà mobbli magħmula jew immontata mill-kuntrattur minn materjali jew oġġetti mogħtija lilu mill-klijent għal dak l-iskop, mingħajr ma jitqies jekk il-kuntrattur ipprovdiex jew le parti mill-materjal użat;

(b) il-konsenja ta' ċerti xogħolijiet ta' kostruzzjoni.

6. L-applikazzjoni minn persuna taxxabbli ta' oġġetti li jifformaw parti mill-assi tan-negozju tagħha għall-użu privat tagħha jew tal-persunal tagħha, jew biex issir it-tneħħija tagħhom mingħajr ħlas, jew b'mod iktar ġenerali, l-applikazzjoni tagħhom għal skopijiet barra dawk tan-negozju tagħha, fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-oġġetti in kwistjoni jew il-partijiet komponenti tagħhom kienet deduċibbli setgħet titnaqqas kollha jew parti minnha, għandhom jitqiesu bħala provvisti bi ħlas. Iżda applikazzjonijet biex jingħataw kampjuni jew rigali ta' valur żgħir għall-iskopijiet tan-negozju tal-persuna taxxabbli m'għandhomx ikunu hekk meqjusa.

7. Stati Membri jistgħu iqisu bħala provvisti bi ħlas:

(a) l-applikazzjoni minn persuna taxxabbli għal skopijiet tan-negozju tagħha ta' oġġetti magħmula, maħduma, estratti, ipproċessati, mixtrija jew importati matul in-negozju, fejn il-valur miżjud fuq dawn l-oġġetti, kieku kienu ġew akkwistati minn persuna oħra taxxabbli, ma tkunx deduċibbli kollha, setgħax jitnaqqas kollu;

(b) l-applikazzjoni ta' oġġetti minn persuna taxxabbli għal skopijiet ta' operazzjoni mhux taxxabbli, fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq dawn l-oġġetti tkun deduċibbli seta' jitnaqqas kollu jew parti minnu meta jsir l-akkwist tagħhom jew meta jkunu applikati skond is-sub-paragrafu (a);

(ċ) bla ħsara għal dawk il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 8, iż-żamma ta' l-oġġetti minn persuna taxxabbli jew l-eredi tagħha, meta hija ma tibqax tagħmel attività ekonomika taxxabbli, fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq dawk l-oġġetti kienet deduċibbli kollha jew parti minnha fuq l-akkwist tagħhom jew fuq l-applikazzjoni tagħhom skond is-sub-paragarafu (a).

8. F'każ ta' trasferiment, bi ħlas jew mingħajr, jew kontribuzzjoni lil kumpannija, ta' l-assi kollha jew parti minnhom, Stati Membri jistgħu iqisu li ma tkunx saret provvista ta' oġġetti, u f'dak il-każ il-benefiċjarju għandu jitqies bħala s-suċċessur ta' min jagħmel it-trasferiment. Fejn jixraq Stati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma ssirx distorzjoni tal-kompetizzjonijet f'każijiet fejn il-benefiċjarju ma jkunx għal kollox suġġett għat-taxxa.

Artikolu 6

Provvista ta' servizzi

1. "Provvista tas-servizzi" tfisser kull operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta' oġġetti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5.

Operazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu inter alia:

- assenjazzjoni ta' proprjetà inkorporali, kemm jekk hija u kemm jekk mhix suġġetta għal att li jikkostitwixxi titolu,

- obbligazzjoni biex ma jsirx jew biex ikun tollerat att jew sitwazzjoni,

- l-eżekuzzjoni ta' servizzi skond ordni magħmula minn jew f'isem awtorità pubblika jew skond il-liġi.

2. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala provvisti ta' servizzi bi ħlas:

(a) l-użu ta' oġġetti li jifformaw parti mill-assi ta' negozju għall-użu privat ta' persuna taxxabbli jew tal-persunal tiegħu jew b'mod iktar ġenerali għal skopijiet oħra barra dawk tan-negozzju tiegħu fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq dawn l-oġġetti hija deduċibbli kollha jew parti minnha;

(b) il-provvista ta' servizzi magħmula mingħajr ħlas minn persuna taxxabbli għall-użu privat tagħha jew għall-persunal tagħha jew b'mod iktar ġenerali għal skopijiet barra dawk tan-negozju tiegħu.

Stati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, iżda li din id-deroga ma twassalx għal distorzjoni tal-kompetizzjoni.

3. Biex ma jħallux li jkun hemm distorzjoni ta' kompetizzjoni u suġġetti għall-konsultazzjonijet imsemmija fl-Artikolu 29, Stati Membri jistgħu iqisu bħala provvista ta' servizzi bi ħlas minn persuna taxxabbli ta' servizz għall-iskopijiet ta' l-impriża tagħha fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq dan is-servizz, kieku ingħata minn persuna oħra taxxabbli, ma kinitx tkun deduċibbli kollha.

4. Fejn persuna taxxabbli li taġixxi f'isimha imma għall-benefiċċju ta' ħadd ieħor tieħu parti fi provvista ta' servizzi, hija għandha titqies li rċeviet u ssupplixxiet dawk is-servizzi hija stess.

5. L-Artikolu 5(8) għandu japplika fl-istess mod għall-provvista ta' servizzi.

Artikolu 7

Importazzjonijiet

"Importazzjoni ta' oġġetti" tfisser id-dħul ta' l-oġġetti fit-territorju tal-pajjiż kif imfisser fl-Artikolu 3.

TITOLU VI

POST TA' OPERAZZJONIJIET TAXXABBLI

Artikolu 8

Provvista ta' oġġetti

1. Il-post tal-provvista ta' l-oġġetti għandu jitqies li hu:

(a) fil-każ ta' oġġetti mibgħuta jew trasportati jew mill-fornitur jew mill-akkwirent jew minn persuna terza: il-post fejn ikunu jinsabu l-oġġetti fil-ħin meta jintbagħtu jew jibda t-trasport għall-akkwirent. Fejn l-oġġetti huma installati jew immontati, bi jew mingħajr prova, minn jew f'isem il-fornitur, il-post tal-provvista għandu jitqies li jkun fejn l-oġġetti jkunu nstallati jew immontati. Fil-każijiet fejn l-installazzjoni jew il-montaġġ isir f'pajjiż li ma jkunx tal-fornitur, l-Istat Membru li fih ikunu mportati l-oġġetti għandu jieħu kull miżura meħtieġa biex jevita taxxa doppja f'dak l-Istat;

(b) fil-każ fejn oġġetti ma jintbagħtux jew ma jkunux trasportati: il-post fejn ikunu jinsabu l-oġġetti meta ssir il-provvista.

2. Permezz ta' deroga għall-paragrafu 1 (a), fejn il-post tat-tluq tal-konsenja jew tat-trasport ta' l-oġġetti jkun f'pajjiż ieħor mill-pajjiż ta' l-importazzjoni ta' dawk l-oġġetti, il-post tal-provvista mill-importatur skond it-tifsira ta' l-Artikolu 21(2) u l-post ta' kull provvista sussegwenti għandhom jitqiesu li jkunu fil-pajjiż ta' l-importazzjoni ta' l-oġġetti.

Artikolu 9

Provvista ta' servizzi

1. Il-post minn fejn jingħata servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn jingħata s-servizz jew, fin-nuqqas ta' post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.

2. Iżda:

(a) il-post tal-provvista ta' servizzi konness ma' proprjetà immobbli, inklużi s-servizzi ta' aġenti tal-proprjetà u esperti, u ta' servizzi għat-tħejjija u l-kordinazzjoni ta' xogħolijiet ta' kostruzzjoni, bħalma huma s-servizzi ta' periti arkitetti u ta' ditti li jipprovdu superviżjoni fuq il-post tax-xogħol, għandhom ikunu l-post fejn tkun tinsab il-proprjetà;

(b) il-post fejn ikun hemm provvista ta' servizzi tat-trasport għandu jkun il-post fejn isir it-trasport, wara li jitqiesu d-distanzi involuti;

(ċ) il-post tal-provvista tas-servizzi li għandhom x'jaqsmu ma':

- attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment jew attivitajiet simili, inklużi l-attivitajiet ta' l-organizzaturi ta' attivitajiet bħal dawn, u fejn jixraq, il-provvista ta' servizzi anċillari,

- attivitajiet ta' trasport anċillari bħal tagħbija, ħatt, maneġġjar u attivitajiet simili,

- valutazzjonijet ta' proprjetà mobbli korporali,

- xogħol fuq proprjetà mobbli korporali,

għandu jkun il-post fejn dawk is-servizzi jingħataw materjalment;

(d) fil-każ ta' kiri ta' proprjetà mobbli korporali, ħlief għal kull xorta ta' trasport, li tkun esportata mill-kerrej minn Stat Membru bil-ħsieb li tkun użata fi Stat Membru ieħor, il-post tal-provvista tas-servizz għandu jkun il-post fejn isir l-użu tagħha;

(e) il-post fejn jingħataw is-servizzi li ġejjin, meta jsiru għal konsumaturi stabbiliti barra l-Komunità jew għal persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità imma mhux fl-istess pajjiż bħal tal-fornitur, għandu jkun il-post fejn il-konsumatur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss li lilu jingħata s-servizz jew, fin-nuqqas ta' post bħal dan, il-post fejn hu ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti:

- trasferimenti u assenjazzjonijiet ta' drittijiet ta' l-awtur, privattivi, liċenzji, trade marks u drittijiet simili,

- servizzi ta' reklamar,

- servizzi ta' konsulenti, enġiniera, uffiċji ta' konsulenza, avukati, accountants u servizzi simili, kif ukoll l-ipproċessar ta' data u l-għoti ta' informazzjoni,

- obbligazzjonijet biex ma tkunx eżerċitata attività kummerċjali, kollha jew parti minnha, jew dritt imsemmi f'dan il-punt (e),

- operazzjonijiet bankarji, finanzjarji u ta' assigurazzjoni li jinkludu ri-assigurazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' kiri ta' kaxxiforti,

- il-provvista ta' persunal,

- is-servizzi ta' aġenti li jaġixxu f'isem u għal ħaddieħor, meta huma jipprokuraw għall-prinċipal tagħhom is-servizzi msemmija f'dan il-punt (e).

3. Biex ikunu evitati taxxa doppja, nuqqas ta' tassazzjoni jew id-distorzjoni ta' kompetizzjoni l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-provvista ta' servizzi msemmija f'2 (e) u l-kiri ta' proprjetà mobbli korporali, iqisu:

(a) il-post tal-provvista ta' servizzi, li taħt dan l-Artikolu jkun jinsab fit-territorju tal-pajjiż, bħala li jkun jinsab barra l-Komunità fejn l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi ssir barra l-Komunità;

(b) il-post tal-provvista tas-servizzi, li taħt dan l-artikolu jkun jinsab barra l-Komunità, bħala li jkun fit-territorju tal-pajjiż fejn l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi ssir fit-territorju tal-pajjiż.

TITOLU VII

FATT TAXXABBLI U INTAXXAR

Artikolu 10

1. (a) "Fatt taxxabbli" tfisser fatt li permezz tiegħu il-kondizzjonijet legali neċessarji biex ikun hemm taxxa jiġu sodisfatti.

(b) Ikun hemm taxxa meta l-awtorità tat-taxxa ssir intitolata bil-liġi f'mument partikolari biex tiġbor it-taxxa mill-persuna suġġetta li tħallasha, għalkemm iż-żmien għall-ħlas jista' jkun pospost.

2. Ikun hemm fatt taxxabbli u jkun hemm taxxa meta l-oġġetti jitwasslu jew is-servizzi jingħataw. Konsenja ta' oġġetti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b), u provvisti ta' servizzi li jwasslu għal prospetti ta' kontijiet jew ħlasijiet suċċessivi għandhom jitqiesu bħala kompluti fiż-żmien meta l-perjodi relattivi għal dawn il-prospetti ta' kontijiet jew ħlasijiet jeskadu.

Iżda meta ħlas isir akkont qabel ma l-oġġetti jitwasslu jew is-servizzi jingħataw, ikun hemm taxxa mal-wasla tal-ħlas u fuq l-ammont riċevut.

Permezz ta' deroga mid-disposizzjonijiet ta' hawn fuq, Stati Membri jistgħu jipprovdu li jkun hemm taxxa għal ċerti operazzjonijiet jew għal ċerti kategoriji ta' persuni taxxabbli, jew:

- mhux iktar tard mill-ħruġ tal-fattura jew tad-dokument li jservi bħala fattura, jew

- mhux iktar tard minn meta jasal il-prezz, jew

- fejn fattura jew dokument li jservi bħala fattura ma jinħarġux, jew jinħarġu tard, f'perjodu speċifikat mid-data tal-fatt taxxabbli.

3. Dwar oġġetti importati, ikun hemm fatt taxabbbli u jkun hemm taxxa fiż-żmien meta l-oġġetti jidħlu fit-territorju tal-pajjiż kif imfisser fl-Artikolu 3.

Meta oġġetti importati huma suġġetti għal dazji tad-dwana, għal-imposti agrikoli jew għall-ħlasijiet li jkollhom effett ekwivalenti stabbilit permezz ta' politika komuni, Stati Membri jistgħu jorbtu l-fatt taxxabbli u d-data meta jibda jkun hemm taxxa ma' dawk stipulati għal dawn id-dazji tal-Komunità.

Fil-każijiet fejn l-oġġetti importati m'humiex soġġetti ta' wieħed minn dawn id-dazji tal-Komunità, Stati Membri jistgħu japplikaw id-disposizzjonijiet li hemm fis-seħħ li jirregolaw d-dazji tad-dwana fir-rigward tal-fatt taxxabbli u d-data fejn it-taxxa trid tinġabar.

Fejn oġġetti huma mpoġġija għall-importazzjoni taħt wieħed mill-arranġamenti pprovduti fl-Artikolu 16(1) A jew taħt arranġamenti għal transitu jew dħul temporanju, l-ġrajja taxxabbli u d-data fejn it-taxxa trid tinġabar għandha ssir biss meta l-oġġetti ma jibqgħux koperti b'dawn l-arranġamenti u huma ddikjarati għall-użu domestiku.

TITOLU VIII

AMMONT TAXXABBLI

Artikolu 11

A. Fit-territorju tal-pajjiż

1. L-ammont taxxabbli għandu jkun:

(a) fir-rigward ta' provvisti ta' oġġetti u servizzi barra dawk msemmija f'(b), (ċ) u (d) isfel, dak kollox li jikkostitwixxi l-konsiderazzjoni li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej, il-klijenti jew it-tielet parti għal dawn il-provvisti inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tat-tali provvisti;

(b) fir-rigward ta' provvisti msemmija fl-Artikolu 5(6) u (7), il-prezz tax-xiri ta' l-oġġetti jew ta' oġġetti simili jew, fl-assenza tal-prezz tax-xiri, il-prezz ta' kemm jiġi, determinat fiż-żmien tal-provvista;

(ċ) fir-rigward ta' provvisti msemmija fl-Artikolu 6(2), l-ispejjeż kollha lill-persuna taxxabbli tal-provvediment tas-servizzi;

(d) fir-rigwad ta' provvisti msemmija fl-Artikolu 6(3), il-valur fis-suq miftuħ tas-servizzi pprovduti.

"Prezz normali" ta' servizz għandu jfisser l-ammont li l-klijent fl-istadju tal-bejgħ li fih issir il-provvista kien ikollu jħallas lill min jissuplixxi b'mod indipendenti fit-territorju tal-pajjiż fil-mument tal-provvista taħt kondizzjonijet ta' kompetizzjoni ġusta biex jikseb is-servizzi in kwistjoni.

2. L-ammont taxxabbli għandu jinkludi:

(a) taxxi, dazji, imposti u ħlasijiet, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud innifisha;

(b) spejjeż inċidentali bħal kummissjoni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta' l-assigurazzjoni mitluba mill-fornitur lix-xerrej jew lill-klijent. Spejjeż koperti minn ftehim separat jista' jkun ikkonsidrat li huma spejjeż inċidentali mill-Istati Membri.

3. L-ammont taxxabbli m'għandux jinkludi:

(a) tnaqqis fil-prezzijiet permezz ta' skont għal pagament kmieni;

(b) roħs fil-prezz u tnaqqis permess lill-klijent u kalkolat għalihom fiż-żmien tal-provvista;

(ċ) l-ammonti rċevuti minn persuna taxxabbli mix-xerrej jew il-klijent bħala ħlas lura għall-ispejjeż mħallsa fl-isem u għall-akkont ta' l-aħħar u li huma mdaħħla fil-kotba tiegħu f'kont ta' bilanċ. Il-persuna taxxabbli trid tissupplixxi prova ta' l-ammont attwali ta' din in-nefqa u ma tistax tnaqqas kwalunkwe taxxa li setgħet inżammet fuq dawn it-transazzjonijiet.

B. Importazzjoni ta' oġġetti

1. L-ammont taxxabbli għandu jkun:

(a) il-prezz mħallas jew li għandu jitħallas mill-importatur, fejn dan il-prezz hu l-uniku konsiderazzjoni definit f'A (1) (a);

(b) il-valur fis-suq miftuħ, fejn l-ebda prezz m'hu imħallas jew fejn il-prezz imħallas jew għandu jitħallas mhux l-uniku konsiderazzjoni għall-oġġetti importati.

"Prezz normali" ta' oġġetti importati għandu jfisser l-ammont li importatur fl-istadju tal-bejgħ meta l-importazzjoni qeghda ssir għandu jħallas lill-fornitur fil-viċin fil-pajjiż minn fejn l-oġġetti huma esportati fiż-żmien meta t-taxxa trid tinġabar taħt il-kondizzjonijet ta' kompetizzjoni ġusta biex jikseb l-oġġetti in kwistjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jaddottaw l-ammont tal-valur definit fir-Regolament (KEE) Nru 803/68 [5].

3. L-ammont taxxabbli għandu jinkludi, sa kemm m'humiex diġa inklużi:

(a) taxxi, dazji, imposti u ħlasijiet oħrajn dovuti barra l-pajjiż ta' l-importazzjoni u dawk dovuti bir-raġuni ta' l-importazzjoni, eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun imposta;

(b) spejjeż inċidentali, bħal kummissjoni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta' l-assigurazzjoni, li saru sa l-ewwel post tad-destinazzjoni fit-territorju tal-pajjiż.

"L-ewwel post tad-destinazzjoni" għandu jfisser il-post msemmi fuq in-nota tal-konsenja jew kwalunkwe dokument ieħor tat-trasport li permezz tiegħu l-oġġetti huma importati fil-pajjiż ta' l-importazzjoni. Fl-assenza tat-tali indikazzjoni, l-ewwel post tad-destinazzjoni għandu jkun ikkonsidrat li hu l-post ta' l-ewwel trasferiment ta' merkanzija f'dak il-pajjiż.

L-Istati Membri jistgħu ugwalment jinkludu fl-ammont taxxabbli, l-ispejjeż inċidentali riferruti fuq fejn huma jirriżultaw mit-trasport għal post ieħor ta' destinazzjoni, jekk ta' l-aħħar hu magħruf fiż-żmien meta l-fatt taxxabbli jseħħ.

4. L-ammont taxxabbli m'għandux jinkludi dawk il-fatturi msemmija f'A (3) (a) u (b).

5. Meta oġġetti huma temporanjament esportati u huma ri-importati wara li ġew msewwija barra, proċessati jew addattati, jew wara li jkunu magħmula jew reġgħu ġew maħduma barra, u r-ri-importazzjoni m'hix eżenti taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1)(f), Stati Membri għandhom jieħdu l-passi biex jassiguraw li t-trattament ta' l-oġġetti għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud hi l-istess f'dik li tkun applikat għall-oġġetti in kwistjoni li kieku l-operazzjonijiet ta' fuq twettqu fit-territorju tal-pajjiż.

Ċ. Disposizzjonijiet diversi

1. Fil-każ ta' kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta' pagament totali jew parzjali, jew fejn il-prezz hu mnaqqas wara li l-provvista tkun saret, l-ammont taxxabbli jiġi ridott b'mod xieraq taħt il-kondizzjonijet li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Madanakollu, fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas totali jew parzjali, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din ir-regola.

2. Fejn informazzjoni għad-determinazzjoni ta' l-ammont taxxabbli hi espressa f'munita għajr dik ta' l-Istat Membru fejn l-istima tkun saret, ir-rata ta' kambju għandha tkun stabbilita b'mod konformi ma' l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 803/68.

3. Fir-rigward ta' spejjeż lura ta' l-ippakkjar, Stati Membri jistgħu:

- jew jeskluduhom mill-ammont taxxabbli u jieħdu l-miżuri neċessarji biex jaraw li dan l-ammont hu aġġustat jekk l-ippakkjar mhux ritornat,

- jew jinkluduhom fl-ammont taxxabbli u jieħdu l-miżuri neċessarji biex jaraw li dan l-ammont hu aġġustat fejn l-ippakjar hu fil-fatt ritornat.

TITOLI IX

RATI

Artikolu 12

1. Ir-rata applikabbli għal transazzjonijiet taxxabbli għandha tkun dik li hemm fis-seħħ fl-istess żmien tal-fatt taxxabbli. Madanakollu:

(a) fil-każijiet li hemm pprovduti fit-tieni u t-tielet sub-paragrafi ta' l-Artikolu 10(2), ir-rata li għandha tkun użata għandha tkun dik meta t-taxxa trid tinġabar;

(b) fil-każijiet li hemm pprovduti fit-tieni u t-tielet sub-paragrafi ta' l-Artikolu 10(3), ir-rata applikabbli għandha tkun dik fis-seħħ fiż-żmien meta l-applikazzjoni issir għall-oġġetti li jkunu rilaxxati għall-użu tad-dar.

2. Fl-eventwalità ta' tibdil fir-rati, l-Istati Membri jistgħu:

- jagħmlu aġġustament fil-każijiet pprovduti fil-paragrafu 1 (a) sabiex jieħdu konsiderazzjoni tar-rata applikabbli fiż-żmien meta l-oġġetti jew is-servizzi kienu fornuti,

- jaddottaw miżuri transizzjonali xierqa.

3. Ir-rata standard tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tkun iffissata minn kull Stat Membru bħala persentaġġ ta' l-ammont taxxabbli u għandha tkun l-istess għall-provvista ta' l-oġġetti u għall-provvista ta' servizzi.

4. F'ċertu każijiet, il-provvista ta' l-oġġetti jew servizzi għandhom isiru soġġetti għal rati miżjuda jew imnaqqsa. Kull rata mnaqqsa għandha tkun hekk iffissata li l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jirriżulta mill-applikazzjoni tagħha jkun tali li b'mod normali jippermetti t-tnaqqis minnha tal-kumplament tat-taxxa fuq il-valur miżjud mnaqqas taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 17.

5. Ir-rata applikabbli fuq l-importazzjoni ta' oġġetti għandha tkun dik applikata għall-provvista ta' oġġetti simili fit-territorju tal-pajjiż.

TITOLU X

EŻENZJONIJIET

Artikolu 13

Eżenzjonijet fit-territorju tal-pajjiż

A. Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku

1. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħrajn tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġejjin taħt kondizzjonijet li huma għandhom jistabilixxu għal skopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta' kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli:

(a) il-provvista bis-servizzi postali pubbliċi ta' servizzi barra t-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, u l-provvista ta' l-oġġetti inċidentali magħhom;

(b) sptar u kura medika u attivitajiet relatati mill-viċin mmexxija minn entitajiet regolati mid-dritt pubbliku jew, taħt kondizzjonijet soċjali komparabbli għal dawk applikati lill-entitajiet regolati mid-dritt pubbliku, mill-isptarijiet, ċentri għat-trattament mediku jew dijanjosi u stabblimenti oħrajn ta, natura simili rikonoxxuti regolarment;

(ċ) id-disposizzjonijiet tal-kura medika fl-eżerċizzju tal-professjonijet mediċi u paramediċi kif definiti mill-Istat Membru konċernat;

(d) provvista ta' organi umani, demm u ħalib;

(e) servizzi fornuti mit-tekniċi dentali fil-kapaċità tal-professjoni tagħhom u prototeżi dentali pprovduti mid-dentisti u tekniċi dentali;

(f) servizzi fornuti minn grupp ta' persuni indipendenti li l-attivitajiet tagħhom huma eżenti minn jew m'humiex soġġetti għat-taxxa tal-valur miżjud, għall-iskopijiet li jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi neċessarji direttament għall-eżerċizzju ta' l-attività tagħhom, fejn dawn il-gruppi kemm jitolbu mill-membri tagħhom ħlas lura eżatt tas-sehem tagħhom ta' l-ispejjeż konġunti, dejjem jekk t-tali eżenzjoni mhux probabbli li twassal għal tfixkil ta' kompetizzjoni;

(g) il-provvediment tas-servizzi u ta' l-oġġetti marbuta mal-komfort u x-xogħol tas-sigurtà soċjali, inklużi dawk fornuti mid-djar ta' l-anzjani, mill-entitajiet regolati mid-dritt pubbliku jew minn organizazzjonijet oħrajn rikonoxxuti bħala tal-karità mill-Istat Membru konċernat;

(h) il-provvista ta' servizzi u ta' oġġetti marbuta mill-qrib mal-protezzjoni tat-tfal u ta' żgħażagħ minn entitajiet regolati bid-dritt pubbliku jew minn organizazzjonijet rikonoxxuti bħala tal-karita mill-Istat Membru konċernat;

(i) edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, skola jew edukazzjoni ta' l-università, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, inklużi l-provvista ta' servizzi u ta' oġġetti li huma relatati mill-qrib magħhom, dejjem jekk l-entitajiet regolati mid-dritt pubbliku li għandhom t-tali għan tagħhom jew minn organizzazzjonijiet definiti mill-Istat Membru konċernat li għandhom oġġetti simili;

(j) tagħlim mogħti privatament minn għalliema u jkopri edukazzjoni ta' l-iskola jew ta' l-università;

(k) ċertu provvisti ta' impjegati minn istituzzjonijet reliġjużi jew filosofiċi għall-iskopijiet ta' sub-paragrafi (b), (g), (h) u (i) ta' dan l-Artikolu u bil-ħsieb tal-konfort spiritwali;

(l) provvista ta' servizzi u oġġetti marbuta mill-viċin għall-benefiċċju tal-membri tagħhom in ritorn ta' sottoskrizzjoni fissata b'mod konformi mar-regoli tagħhom minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt bil-għanijiet politiċi, trejdjunjonistiċi, reliġjużi, patrijottiċi, filosfiċi, filantropiċi jew ta' natura ċivika, dejjem jekk din l-eżenzjoni m'hix probabli li tikkawża tfixkil ta' kompetizzjoni;

(m) ċertu servizzi li marbuta mill-qrib ma' sport u edukazzjoni fiżika fornuti minn organizzazzjoniet li ma jagħmlux profitt għall-persuni li jieħdu parti fl-isport jew fl-edukazzjoni fiżika;

(n) ċertu servizzi kulturali u oġġetti marbuta mill-qrib magħhom fornuti minn entitajiet regolati mid-dritt pubbliku jew minn entitajiet kulturali rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat;

(o) il-provvista ta' servizzi u oġġetti minn organizzazzjonijiet li l-attivitajiet tagħhom huma eżenti taħt id-disposizzjonijiet ta' sub-paragrafi (b), (g), (h), (i), (l), (m) u (n) fuq, in konnessjoni ma' l-attivitajiet ta' ġbir tal-fondi organizzati esklussivament għall-benefiċċji tagħhom dejjem jekk dik l-eżenzjoni x'aktarx ma tikkawżax tfixkil tal-kompetizzjoni. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu kwalunkwe restrizzjonijiet neċessarji b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' ġrajjiet jew l-ammonti ta' rċevuti li jintitolaw għall-eżenzjoni;

(p) il-provvista ta' servizzi ta' trasport għall-morda jew persuni mweġġa' f'vetturi speċjalment iddisinjati għall-iskop minn entitajiet awtorizzati regolarment

(q) attivitajiet ta' radju pubbliku jew entitajiet ta' televiżjoni għajr dawk ta' natura kummerċjali.

2. (a) L-Istati Membri jistagħu jagħmlu l-għoti lill-entitjajiet għajr dawk regolati mid-dritt pubbiku ta' kull eżenzjoni pprovduta f'(1) (b) (g), (h), (i), (l), (m) u (n) ta' dan l-Artikolu soġġett għal kull każ individwali għal wieħed jew iżjed mill-kondizzjonijet li ġejjin:

- huma m'għandhomx sistemikament jimmiraw biex jagħmlu profitt, imma kwalunkwe profitti li mandanakollu jirriżultaw m'għandhomx jiġu mqassma, imma għandhom ikunu assenjati għall-kontinwament u għat-titjib tas-servizzi pprovduti,

- huma għandhom ikunu mmaniġjati jew amministrati fuq bażi essenzjalment volontarja minn persuni li m'għandhomx interess dirett jew indirett, jew huma nfushom jew b'intermedji, fir-riżultati ta' l-attivitajiet konċernati,

- huma għandhom iżommu prezzijiet approvati mill-awtoritajiet pubbliċi jew li ma jeċċedux it-tali prezzijiet approvati jew, fir-rigward ta' dawk is-servizzi li m'humiex soġġetti għall-approvazzjoni, prezzijiet inqas minn dawk miżmuma għal servizzi simili minn enterpriżi kummerċjali soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud,

- eżenzjoni tas-servizzi konċernati m'għandiex toħloq tfixkil ta' kompetizzjoni b'tali mod li tpoġġi fi żvantaġġ l-impriżi kummerċjali responsabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud.

(b) Il-provvista ta' servizzi jew oġġetti m'għandhomx jagħtu eżenzjoni kif pprovduti f'(1) (b), (g), (h), (i), (l), (m) u (n) fuq jekk:

- m'huwiex essenzjali għat-transazzjonijiet eżenti,

- l-iskop bażiku tiegħu hi li tikseb id-dħul addizzjonali għall-organizzazzjoni billi twettaq transazzjonijet li huma b'kompetizzjoni diretta ma' dawk l-impriżi responsabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud.

B. Eżenzjonijet oħrajn

Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħra tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġej taħt il-kondizzjonijiet li huma għandhom jistabilixxu għall-iskopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta' l-eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta' kwalunkwe eżenzjoni possibbli, evitar u abbuż:

(a) assigurazzjoni u transazzjonijet ta' ri-assigurazzjoni mwettqa mill-brokers ta' l-assigurazzjoni u l-aġenti ta' l-assigurazzjoni;

(b) il-kiri jew l-aljenazzjoni ta' proprjeta immobbli esklużi:

1. il-proviżjoni ta' akkomadazzjoni, kif definita fil-liġijiet ta' l-Istati Membri, fis-settur tal-lukandi jew fis-setturi b'funzjoni simili, inklużi l-proviżjoni ta' akkomodazzjoni f'kampijiet tal-vaganzi jew f'siti żviluppati għall-użu bħala siti ta' kkampjar;

2. l-aljenazzjoni ta' fondi u sisi għall-ipparkjar tal-karozzi;

3. l-aljenazzjoni ta' tagħmir u makkinarju installat permanenti;

4. il-kiri ta' kaxxiforti.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw iżjed esklużjonijet għall-iskop ta' din l-eżenzjoni;

(ċ) provvisti ta' oġġetti użati kompletament għal attività eżenti taħt dan l-Artikolu jew taħt l-Artikolu 28(3)(b) meta dawn l-oġġetti ma tawx lok għal dritt ta' tnaqqis, jew ta' oġġetti li l-akkwist jew produzzjoni tagħhom, bis-saħħa ta' l-Artikolu 17(6), it-taxxa fuq il-valur miżjud ma setgħetx titnaqqas;

(d) it-transazzjonijet li ġejjin:

1. l-għoti jew in-negozjar ta' kreditu u l-immaniġġjar tal-kreditu mill-persuna li tagħtih;

2. in-negozju ta' kwalunkwe negozjar f'garanzija ta' kreditu jew ta' kwalunkwe garanzija għall-flus u l-immaniġġjar tal-garanziji tal-kreditu mill-persuna li qed tagħti dan il-kreditu;

3. transazzjonijet, inkluż negozjar, li jikkonċerna d-depożitu u l-kontijiet kurrenti, pagamenti, trasferimenti, debiti, ċekkijiet u strumenti oħrajn negozzjabbli, imma esklużi l-kollezzjoni tad-debitu u l-fattorar;

4. transazzjoniet, inklużi negozjar, li jikkonċerna l-munita, karti tal-flus u muniti użati bħala valuti legali, ħlief bl-eċċezzjoni ta' affarijiet tal-kollezzjoni; "affarijiet tal-kollezzjoni" għandhom ifissru deheb, fidda u muniti tal-metall oħrajn jew karti tal-flus li normalment m'humiex użati bħala valuti legali jew muniti b'interess numismatiku;

5. transazzjonijet, inklużi negozjar, eskluż l-immaniġġjar u l-ħażna assigurata, fl-ishma, interessi f'kumpanniji jew assoċjazzjonijet, debentures u sigurtajiet oħrajn, esklużi:

- dokumenti li jistabilixxu titolu għall-oġġetti,

- id-drittijiet jew sigurtajiet msemmija fl-Artikolu 5(3);

6. maniġġjar ta' fondi speċjali ta' investiment kif definiti mill-Istati Membri;

(e) il-provvista b'valur nominali ta' bolli tal-posta validi għall-użu tas-servizzi postali fit-territorju tal-pajjiż, bolli fiskali, u bolli simili oħrajn;

(f) imħatri, lotteriji u forom oħrajn ta' logħob, soġġetti għall-kondizzjonijiet u għal-limitazzjonijet mfasslin minn kull Stat Membru;

(g) il-provvista ta' bini jew partijiet minnhom, u ta' l-art li fuqha huma qiegħdin, kif deskritti fl-Artikolu 4(3)(a);

(h) il-provvista ta' art li għada ma nbnietx għajr art tal-bini kif deskritta fl-Artikolu 4(3)(b).

Ċ. Għażliet

L-Istati Membri jistgħu iħallu lil min iħallas t-taxxa dritt għal għażla għal tassazzjoni f'każijiet ta':

(a) kiri u aljenazzjoni ta' proprjeta immobbli;

(b) it-transazzjonijet koperti f'B (d) (g) u (h) fuq.

Artikolu 14

Eżenzjonijet fuq l-importazzjoni

1. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħrajn tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġejjin taħt il-kondizzjonijet li huma jfasslu għal dan l-iskop biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara għat-tali eżenzjoni u għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż:

(a) importazzjoni finali ta' oġġetti li l-provvista tagħhom minn persuna taxxabbli għandha fiċ-ċirkustanzi kollha tkun eżenta fil-pajjiż;

(b) importazzjoni ta' l-oġġetti taħt dikjarazzjoni għal arranġamenti tat-transitu;

(ċ) importazzjoni ta' oġġetti dikjarati li jkunu taħt arranġementi ta' importazzjoni temporanja, li hemmehkk jikkwalifikaw għall-eżenzjoni mid-dazji tad-dwana, jew jistgħu hekk jikkwalifikaw jekk huma importati minn pajjiż terz;

(d) importazzjoni finali ta' oġġetti li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni minn dazji tad-dwana għajr kif ipprovduti fit-Tariffa Doganali Komuni jew li għandhom jikkwalifikaw jekk huma kienu importati minn pajjiż terz. Madanakollu, l-Istati Membri għandhom l-għażla li ma jagħtux eżenzjoni fejn din jista' jkollha effett serju fuq il-kondizzjoniet ta' kompetizzjoni fuq is-suq domestiku;

(e) l-importazzjoni mill-ġdid mill-persuna li esportat l-oġġetti f'li stat li huma kienu esportati, fejn huma jikkwalifikaw għall-eżenzjoni minn dazji tad-dwana jew li jikkwalifikaw jekk huma importati minn pajjiż terz;

(f) l-importazzjoni mill-ġdid tal-proprjetà mobbli tanġibbli mill-persuna li esportatha, jew minn persuna oħra akkont tiegħu, fejn dik il-proprjetà waqt li qiegħda fi Stat Membru ieħor sarilha xogħol li ġie intaxxat mingħajr id-dritt ta' tnaqqis jew ta' ħlas lura;

(g) importazzjoni ta' oġġetti:

- taħt arranġamenti diplomatiċi u konsulari, li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni mid-dazji tad-dwana jew li għalhekk jikkwalifikaw jekk huma importati minn pajjiż terz,

- minn organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala tali minn awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż ospitanti, u minn membri tat-tali organizazzjonijet, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijet stabbiliti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li jwaqqfu l-organizzazzjonijiet jew bi ftehim tal-kwartieri ġenerali,

- fit-territorju ta' l-Istati Membri li huma partijiet mat-Trattat ta' l-Atlantiku tan-Nord minn forzi armati ta' Stati oħra li huma partijiet għal dak it-Trattat għall-użu tat-tali forzi u ta' l-impjegati ċivili li jakkompanjawhom jew għall-forniment tal-mensa jew kantini tagħhom fejn it-tali forzi jieħdu parti fl-eżercizju tad-difiża komuni:

(h) importazzjoni fil-portijiet minn impriżi tas-sajd fil-baħar tal-qabdiet tagħhom, mhux proċessati jew wara li ġew ippreservati għall-bejgħ imma qabel ikunu pprovduti;

(i) il-provvista ta' servizzi, in konnessjoni ma' l-importazzjoni ta' l-oġġetti fejn il-valur tat-tali servizzi hu inkluż fl-ammont taxxabbli b'mod konformi ma' l-Artikolu 11 B (3) (b);

(j) importazzjoni tad-deheb mill-Banek Ċentrali.

2. Il-Kummisjoni għandha tissottometti lill-Kunsill mill-iktar fis possibbli proposti maħsuba biex jistabbilixxu regoli tat-tassazzjoni tal-komunità beix jikklarifikaw l-iskop ta' l-eżenzjonijet msemmija fil-paragrafu 1 u regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.

Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli, l-Istati Membri jistgħu:

- iżommu d-disposizzjonijiet nazzjonali tagħhom fis-seħħ fuq materji li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet ta' fuq,

- jaddottaw id-disposizzjonijiet nazzjonali sabiex jimminimizzaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni u b'mod partikolari in-non-imposizzjoni jew l-imposizzjoni doppja tat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-Komunità,

- użu ta' proċeduri amministrattivi huma x'inhuma li huma jikkonsidraw l-iktar xierqa sabiex jakkwistaw eżenzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, li għandha tinforma l-Istati Membri l-oħra, il-miżuri li huma addottaw u qed jaddottaw skond id-disposizzjonijet preċedenti.

Artikolu 15

Eżenzjonijiet ta' l-esportazzjonijet u transazzjonijet simili u trasport internazzjonali

Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħra tal-Komunità l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġejjin taħt il-kondizzjonijet li huma għandhom ifasslu għall-iskop biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijet u jipprevenu kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż:

1. il-provvista ta' oġġetti mibgħuta jew transportati għal destinazzjoni barra t-territorju tal-pajjiż kif definit fl-Artikolu 3 minn jew għan-nom tal-bejjiegħ;

2. il-provvista ta' l-oġġetti mibgħuta jew trasportati għal destinazzjoni barra t-territorju tal-pajjiż kif definita fl-Artikolu 3 minn jew għan-nom ta' xerrej li mhux stabbilit fit-territorju tal-pajjiż, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti trasportati mix-xerrej innifsu għall-armar, l-għoti tal-karburant u l-provviżjoni tad-dgħajjes tad-divertiment u t'ajruplani privati jew kwalunkwe mezz tat-trasport ieħor għall-użu privat;

3. il-proviżjoni ta' servizzi li jikkonsistu f'xogħol fuq proprjetà mobbli miksuba jew importata għall-iskop li jsirilha dak ix-xogħol fit-territorju tal-pajjiż kif definit fl-Artikolu 3, u mibgħuta jew trasportata barra mit-territorju ta' dak il-pajjiż minn persuna li tipprovdi s-servizzi jew mill-klijent tiegħu li m'hux stabbilit fit-territorju tal-pajjiż jew f'isem wieħed jew l-ieħor minnhom;

4. il-provvista ta' oġġetti għall-għoti tal-karburant u l-provedimenti għall-bastimenti:

(a) użati fin-navigazzjoni fl-ibħra miftuħa u jġorru passiġġieri għal ħlas u użati għall-iskop kummerċjali, industrijali jew għall-attivitajiet tas-sajd;

(b) użati għas-salvataġġ u għajnuna fil-baħar, għas-sajd mal-kosta, ħlief bl-eċezzjoni, għal ta' l-aħħar, għall-provvedimenti tal-vapuri;

(ċ) tal-gwerra, kif definiti fis-sub-titolu 89.01 A tat-Tariffa Komuni Doganali, li jħallu l-pajjiż u destinati għall-portijiet barranin jew għall-ankrar.

L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jirrestrinġu l-iskop ta' din l-eżenzjoni sa kemm issir l-implementazzjoni tar-regoli tat-taxxa tal-Komunità f'dan il-qasam;

5. il-provvista, modifikazzjoni, tiswija, manteniment, nolleġġjar u kiri ta' vapuri msemmija fil-paragrafu 4 (a) u (b) tal-provvista, kiri, tiswija u manteniment tat-tagħmir - inkluż it-tagħmir tas-sajd - inkorporat jew użat hemmhekk;

6. il-provvista, modifikazzjoni, tiswija, manteniment, nolleġġjar u kiri ta' ajruplani użati mil-linji ta' l-ajru li joperaw għall-ħlas prinċipalment fuq rottot internazzjonali, u l-provvista, kiri, tiswija u manteniment ta' tagħmir inkorporat u użat hemmhekk;

7. il-provvista ta' oġġetti għall-għoti tal-karburant u l-provviżjoni ta' ajruplan riferut fil-paragrafu 6;

8. il-provvista ta' servizzi barra dawk msemmija fil-paragrafu 5, biex jilħqu l-bżonnijiet diretti tal-vapuri tal-baħar msemmija f'dak il-paragrafu jew tal-merkanzija tagħhom;

9. il-provvista ta' servizzi barra dawk msemmija fil-paragrafu 6, biex jilħqu l-bżonnijet diretti ta' l-ajruplani msemmija f'dak il-paragrafu jew tal-merkanziji tagħhom;

10. provvisti ta'oġġetti u servizzi:

- taħt arranġamenti diplomatiċi jew konsulari,

- lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala tali minn awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż ospitanti, u lill-membri tat-tali organizzazzjonijiet, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijet stabbiliti minn konvenzjonijet internazzjonali li jwaqqfu l-organizzazzjonijiet jew bil-ftehim tal-kwartieri ġenerali,

- effetwati fi Stat Membru li hu parti mat-Trattat ta' l-Atlantiku tan-Nord u intiż għall-użu tal-forzi ta' l-Istati l-oħrajn li huma partijiet ma' dak it-Trattat jew ta' l-impjegati ċivili li jakkompanjawhom, jew għall-forniment tal-mensa jaw tal-kantini tagħhom meta t-tali forzi jieħdu parti fl-eserċizzju tad-difiża komuni.

Din l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijet u l-limitazzjonijet stabbiliti mill-Istati Membri sa kemm ir-regoli tat-taxxa tal-Komunità huma addottati.

L-eżenzjoni tista' tkun implimentata permezz ta' ħlas lura tat-taxxa;

11. provvisti ta' deheb lill-Banek Ċentrali;

12. oġġetti fornuti lill-entitajiet approvati li jesportawhom bħal parti mill-attivitajiet umanitarji, ta' karità jew attivitajiet ta' tagħlim barra l-pajjiż. Din l-eżenzjoni tista' tkun implimentata permezz ta' ħlas lura tat-taxxa;

13. il-provvista ta' servizzi inklużi t-trasport u transazzjonjet anċillari imma esklużi l-provvista ta' servizzi eżenti taħt l-Artikolu 13, meta dawn huma direttament marbuta mat-transitu jew l-esportazzjoni ta' l-oġġetti, jew ma l-importazzjoni ta' l-oġġetti minn disposizzjonijet ta' l-Artikolu 14(1)(b) u (ċ), u 16 (1);

14. servizzi pprovduti minn brokers u intermedjarji oħrajn, li jaġixxu fl-isem jew akkont ta' persuna oħra, fejn huma jifformaw parti mit-transazzjonijet speċifikati f'dan l-Artikolu, jew ta' transazzjonijet mwettqa barra mit-territorju tal-pajjiż kif definit fl-Artikolu 3.

Din l-eżenzjoni m'għandhiex tapplika għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar li jipprovdu fl-isem u akkont tas-servizzi tal-vjaġġatur li huma pprovduti fl-Istati Membri oħrajn.

Artikolu 16

Eżenzjonijet speċjali marbuta mat-traffiku internazzjonali ta' l-oġġetti

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu, soġġetti għall-konsultazzjonjiet pprovduti fl-Artikolu 29, jieħdu l-miżuri speċjali maħsuba biex itaffu mit-taxxa fuq il-valur miżjud t-transazzjonijiet li ġejjin kollha jew xi wħud minnhom, dejjem jekk m'humiex indirizzati għall-użu finali u/jew konsum u l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud miżmuma fid-dħul għall-użu domestiku li tikkorrispondi ma' l-ammont tat-taxxa li għandha tkun miżmuma li kieku kull waħda minn dawn it-transazzjonijiet ġew taxxati fuq l-importazzjoni jew fit-territorju tal-pajjiż:

A. importazzjoni ta' l-oġġetti li huma intiżi li jkunu:

(a) prodotti lid-dwana u, fejn applikabbli, poġġuti f'ħażna temporanja fit-tifsira tad-Direttiva 68/312/KEE [6];

(b) poġġuti taħt arranġamenti ta' żona ħielsa bħal dawk fit-tifsira tad-Direttiva 69/75/KEE [7];

(ċ) poġġuti taħt arranġamenti ta' mħażen doganali fit-tifsira tad-Direttiva 69/74/KEE [8];

(d) aċċettati fl-ilmijiet u fix-xtut msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1496/68 [9];

(e) poġġuti taħt arranġamenti ta' mħażen mhux tad-dwana, jew arranġamenti ta' pproċessar ‘il ġewwa;

B. provvisti ta' oġġetti mibgħuta bil-baħar jew meħuda f'postijiet speċifikati f'A fuq u provvisti ta' servizzi relatati mat-tali provvisti;

Ċ. provvisti ta' oġġetti u servizzi mwettqa f'postijiet mniżżla f'A fuq u xorta soġġetti għall-wieħed mill-arranġamenti speċifikati hemm;

D. provvisti ta' oġġetti li xorta soġġetti għall-arranġamenti in transitu jew għall-importazzjoni temporanja speċifikati fl-Artikolu 14(1)(b) u (ċ) kif ukoll provvisti ta' servizzi relatati mat-tali provvisti.

2. Soġġett għall-konsultazzjoni pprovduta fl-Artikolu 29, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu biex jeżentaw importazzjonijiet għal u provvisti ta' oġġetti għal persuna taxxabbli intiża biex jesportahom kif huma jew wara l-ipproċessar, kif ukoll is-servizzi marbuta man-negozju ta' l-esportazzjoni tiegħu, sa massimu daqs il-valur ta' l-esportazzjonijiet matul it-12-il xahar preċedenti.

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill kmieni kemm jista' jkun proposti li jikkonċernaw l-arranġamenti komuni għall-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal transazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 u 2.

TITOLU XI

TNAQQIS

Artikolu 17

Oriġini u skop tad-dritt li tnaqqas

1. Id-dritt li tnaqqas għandu jqum fl-istess ħin meta t-taxxa mnaqqsa ssir taxxabbli.

2. Sa kemm l-oġġetti u s-servizzi huma użati għall-iskopijiet fuq it-transazzjoni taxxabbli tiegħu, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata biex tnaqqas mit-taxxa li hi responsabbli biex tħallas:

(a) taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew mħallsa fir-rigard ta' oġġetti jew servizzi pprovduti jew li għandhom ikunu pprovduti lilu minn persuna taxxabbli oħra;

(b) taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa fir-rigward ta' oġġetti importati;

(ċ) taxxa fuq il-valur miżjud taħt l-Artikoli 5(7)(a) u 6 (3).

3. Stati Membri għandhom jagħtu wkoll lil kull persuna taxxabbli d-dritt ta' tnaqqis jew ta' ħlas lura tat-taxxa fuq il-valur miżjud riferut fil-paragrafu 2 sa kemm l-oġġetti u s-servizzi huma użati għall-iskopijiet ta':

(a) transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ekonomiċi kif msemmija fl-Artikolu 4(2) mwettqa f'pajjiż ieħor, li jistgħu jkunu eleġibbli għal tnaqqis tat-taxxa jekk huma saru fit-territorju tal-pajjiż;

(b) transazzjonijiet li huma eżenti taħt l-Artikolu 14(1)(i) u taħt l-Artikolu 15 u 16 (1) (B), (Ċ) u (D), u paragrafu 2;

(ċ) kwalunkwe transazzjonijiet eżenti taħt l-Artikolu 13 B (a) u (d), paragrafi 1 sa 5, meta l-klijent huwa stabbilit barra l-Komunità jew meta dawn it-transazzjonijiet huma direttament marbuta ma' l-oġġetti intiżi biex ikunu esportati lejn pajjiż barra l-Komunità.

4. Il-Kunsill għandu jaħseb biex jaddotta qabel il-31 ta' Diċembru 1977, fuq proposta mill-Kummissjoni u jaġixxi b'mod unanimu, regoli tal-Komunità li jfasslu l-arranġamenti li bihom il-ħlasijiet lura għandhom isiru b'mod konformi ma' paragrafu 3 lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju ta' dak il-pajjiż. Sa kemm it-tali arranġamenti tal-Komunità jidħlu fis-seħħ, Stati Membri għandhom huma stess jiddeterminaw il-metodu li bih il-ħlas lura konċernat għandu jsir. Fejn persuna taxxabbli m'hix residenti fit-territorju tal-Komunità, Stati Membri jistgħu jirrifjutaw l-ħlas lura jew jimponu kondizzjonijet supplimentari.

5. Fir-rigward ta' oġġetti u servizzi li għandhom ikunu wżati minn persuna taxxabbli kemm għal transazzjonijiet koperti b'paragrafi 2 u 3, fir-rigward ta' li t-taxxa fuq il-valur miżjud titnaqqas, u għal transazzjonijiet fir-rigward ta' li t-taxxa fuq il-valur miżjud ma titnaqqasx, it-tali proporzjon biss tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandu jkun imnaqqas kif hu attribwit għat-transazzjonijiet ta' qabel.

Dan il-proporzjon għandu jkun determinat, b'mod konformi ma' l-Artikolu 19, għat-transazzjonijiet kollha mwettqa minn persuna taxxabbli.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu:

(a) jawtorizzaw lill-persuna taxxabbli biex tistabbilixxi proporzjon għal kull settur tan-negozju tiegħu, sakemm kontijiet separati huma miżmuma għal kull settur;

(b) iġiegħlu ‘l-persuna taxxabbli biex tiddetermina proporzjon għal kull settur tan-negozju tiegħu u żżomm kontijiet separati għal kull settur;

(ċ) jawtorizzaw jew iġiegħlu l-persuna taxxabbli biex tagħmel it-tnaqqis fuq il-bażi ta' l-użu ta' kollha jew parti mill-oġġetti u s-servizzi;

(d) jawtorizzaw lill-persuna taxxabbli mġiegħla tagħmel it-tnaqqis b'mod konformi mar-regola stabbilita fl-ewwel sub-paragrafu, fir-rigward ta' l-oġġetti u s-servizzi kollha użati għal transazzjonijiet msemmija hemmhekk;

(e) jipprovdu li fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud li m'hix imnaqqsa mill-persuna taxxabbli hi insinifikanti, hi għandha tkun trattata bħala xejn.

6. Qabel perjodu ta' erba' snin ta' l-inqas ikunu għaddew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kunsill, jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi liema nefqa m'għandiex tkun eleġġibli għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud. It-taxxa fuq il-valur miżjud fl-ebda ċirkostanza m'għandha tkun imnaqqsa fuq spejjeż li mhux strettament nefqa tan-negozju, bħal dik fuq il-lussu, pjaċiri jew divertiment.

Sa kemm ir-regoli ta' fuq jidħlu fis-seħħ, Stati Membri jistgħu iżommu l-esklużjonijiet kollha pprovduti taħt il-liġijiet nazzjonali meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

7. Soġġett għall-konsultazzjoni pprovduta fl-Artikolu 29, kull Stat Membru jista' għal raġunijiet ċikliċi ekonomiċi, totalment jew parzjalment jeskludu l-oġġetti kapitali kollha jew xi uħud mis-sistema tat-tnaqqis. Biex iżommu kondizzjonijiet identiċi ta' kompetizzjoni, Stati Membri jistgħu, minflok jirrifjutaw it-tnaqqis, jintaxxaw l-oġġetti fabbrikati mill-persuna taxxabbli nnifisha jew li huwa xtara fil-pajjiż jew importa, b'tali mod li t-taxxa ma teċċedix it-taxxa fuq il-valur miżjud li kellha tinġabar fuq l-akwiżizzjoni ta' oġġetti simili.

Artikolu 18

Regoli li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt li tnaqqas

1. Biex teżerċita d-dritt li tnaqqas, il-persuna taxxabbli trid:

(a) fir-rigward tad-deduzzjonijet taħt l-Artikolu 17(2)(a), iżomm fattura, miktuba b'mod konformi ma' l-Artikolu 22(3);

(b) fir-rigward ta' tnaqqis taħt l-Artikolu 17(2)(b), iżomm dokument ta' importazzjoni, li jispeċifikah bħala destinatarju jew importatur, u jgħid jew jippermetti kalkulazzjoni ta' l-ammont tat-taxxa dovuta;

(ċ) fir-rigward ta' tnaqqis taħt l-Artikolu 17(2)(ċ), tħares il-formalitajiet stabbiliti b'kull Stat Membru;

(d) meta huwa meħtieġ li jħallas bħala klijent jew xerrej fejn japplika l-Artikolu 21(1), jissodisfa l-formalitajiet stabbiliti minn kull Stat Membru.

2. Il-persuna taxxabbli għandha teffetwa t-tnaqqis billi tnaqqas mill-ammont totali tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovut għall-perjodu partikolari ta' taxxa l-ammont totali fir-rigward ta' li, matul l-istess perjodu, id-dritt li tnaqqas irriżulta u jista' jkun eserċitat taħt id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1.

Madanakollu, Stati Membi jistgħu jitolbu li fir-rigward ta' persuni taxxabbli li jwettqu transazzjonijiet okkażjonali kif definiti fl-Artikolu 4(3), id-dritt li tnaqqas għandu jkun eżerċitat biss fil-ħin tal-provvista.

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijet u l-proċeduri fejn persuna taxxabbli tista' tkun awtorizzata biex tagħmel it-tnaqqis li hu m'għamilx b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' paragrafi 1 u 2.

4. Fejn għal perjodu partikolari ta' taxxa l-ammont ta' tnaqqis awtorizzati jeċċedu l-ammont tat-taxxa dovuta, l-Istati Membri jistgħu jew jagħmlu ħlas lura jew imexxu l-eċċess ‘l quddiem għall-perjodu li jmiss skond il-kondizzjonijet li huma għandhom jiddeterminaw.

Madankollu, Stati Membri jistgħu jirrifjutaw iħallsu lura jew imexxu ‘l quddiem jekk l-ammont ta' l-eċċess hu insinifikanti.

Artikolu 19

Kalkulazzjoni tal-proporzjon imnaqqas

1. Il-proporzjon imnaqqas taħt l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 17(5) għandu jkun magħmul minn frazzjoni li jkollha:

- bħala numeratur, l-ammont totali, esklussiv mit-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-bejgħ kull sena attribwit għat-transazzjonijet li fuqhom it-taxxa fuq il-valur miżjud titnaqqas taħt l-Artikolu 17(2) u (3),

- bħala denominatur, l-ammont totali, esklussiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-bejgħ kull sena attribwit lit-transazzjonijiet inklużi fin-numeratur u lit-transazzjonijiet fir-rigward ta' li t-taxxa fuq il-valur miżjud mhux imnaqqas. L-Istati Membri jistgħu ukoll jinkludu fid-denominatur l-ammont ta' sussidji, għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 11 A (1) (a).

Il-proporzjon għandu jkun stabbilit fuq bażi annwali, iffissat bħala persentaġġ u magħmul figura sħiħa li ma teċċedix il-numru li jmiss.

2. Permezz ta' deroga minn disposizzjonijiet ta' paragrafu 1, għandhom ikunu esklużi mill-kalkulazzjoni tal-proporzjon imnaqqas, l-ammonti tal-bejgħ attribwiti lill-provvisti ta' oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-skopijiet tan-negozju tiegħu. Ammonti ta' bejgħ attribwiti għall-transazzjonijet speċifikati fl-Artikolu 13 B (d), sa kemm dawn huma transazzjonijiet inċidentali, u għall-beni immobbli inċidentali u għal transazzjonijiet finanzjarji għandhom ukoll ikunu esklużi. Fejn Stati Membri jeserċitaw l-għażla pprovduta taħt l-Artikolu 20(5) li ma jeħtiġux l-aġġustament fir-rigward ta' oġġetti kapitali, huma jistgħu jinkludu t-tneħħija ta' oġġetti kapitali fil-kalkulazzjoni tal-proporzjon imnaqqas.

3. Il-proporzjon proviżjonali għal sena għandu jkun ikkalkulat fuq bażi tat-transazzjonijiet tas-sena preċedenti. Fl-assenza ta' kwalunkwe tali transazzjonijiet biex tagħmel referenza lejhom, jew fejn huma kien insinifikanti fl-ammont, il-proporzjon imnaqqas għandu jkun stmat proviżorjament, taħt superviżjoni ta' l-awtoritajiet tat-taxxa, mill-persuna taxxabbli jew mit-tbassir personali tiegħu. Madanakollu, Stati Membri jistgħu jżommu r-regoli kurrenti tagħhom.

Deduzzjonijet magħmula fuq il-bażi tat-tali proporzjoni proviżjonali għandhom jkunu aġġustati meta l-proporzjon finali jiġi ffissat matul is-sena li jmiss.

Artikolu 20

Aġġustamenti tat-tnaqqis

1. It-tnaqqis inizzjali għandu jkun aġġustat b'mod konformi mal-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri b'mod partikolari:

(a) fejn it-tnaqqis jkun ogħla jew inqas minn dak li għalih l-persuna taxxabbli hi ntitolata;

(b) fejn wara li jsir il-prospett xi tibdil isir fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, b'mod partikolari fejn ix-xirjiet huma kanċellati jew roħs fil-prezz hu miksub; madanakollu, aġġustamenti m'għandhomx isiru fil-każijiet ta' transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa u distrutti, telf jew serq tal-proprjetà verament ippruvati jew ikkonfermati, lanqas fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-iskopijiet ta' għoti ta' regali ta' valur żgħir u ta' l-għoti ta' kampjuni speċifikati fl-Artikolu 5(6). Madanakollu, Stati Membri jistgħu jeħtieġu aġġustamenti fil-każijiet ta' transazzjonjiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa u ta' serq.

2. Fil-każ ta' oġġetti kapitali, l-aġġustment għandu jkun mifrux fuq ħames snin inkluż dik meta l-oġġetti jkunu akkwistati jew fabbrikati. L-aġġustament annwali għandu jsir biss fir-rigward ta' wieħed minn ħamsa tat-taxxa imposta fuq l-oġġetti. L-aġġustament għandu jsir fuq bażi tal-varjazzjonijet fit-tnaqqis intitolat fis-snin konsekwenti b' relazzjoni għal dik is-sena meta l-oġġetti kienu akkwistati jew fabbrikati.

Permezz ta' deroga mis-sub-paragrafu preċedenti, Stati Membri jistgħu jibbażaw l-aġġustament fuq perjodu ta' ħames snin sħaħ li jibdew miż-żmien meta l-oġġetti huma użati għall-ewwel darba.

Fil-każ ta' proprjetà immobbli akkwistata bħala oġġetti kapitali l-perjodu ta' l-aġġustament jista' jkun estiż sa 10 snin.

3. Fil-każ ta' provvista matul il-perjodu ta' l-aġġustament l-oġġetti kapitali għandhom jkunu meqjusa bħala li huma xorta kienu applikati għall-użu tan-negozju minn persuna taxxabbli sa l-iskadenza tal-perjodu ta' l-aġġustament. It-tali attivitajiet kummerċjali huma preżunti li kienu kompletament intaxxati f'każi meta l-wasla ta' l-imsemmija oġġetti hi ntaxxata; huma huma preżunti li jkunu kompletament eżenti meta l-wasla hi eżentata. L-aġġustament għandu jsir darba biss għall-perjodu sħiħ ta l-aġġustament li għad irid jiġi kopert.

Madanakollu, fil-każ ta'l-aħħar, l-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-ħtieġa għall-aġġustament sa kemm ix-xerrej hu persuna taxxabbli li juża' l-oġġetti kapitali in kwistjoni biss għat-transazzjonijiet li għalihom t-taxxa fuq il-valur miżjud jista' jitnaqqas.

4. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu:

- jiddefinixxu l-kunċett ta' l-oġġetti kapitali,

- jindikaw l-ammont tat-taxxa li trid tittieħed in konsiderazzjoni għall-aġġustament,

- jaddottaw kalunkwe miżuri xierqa bil-ħsieb li jassiguraw li l-aġġustament ma jinvolvix kwalunkwe vantaġġ mhux ġustifikat,

- jippermetti simplifikazzjonijet amministrattivi.

5. Jekk fi kwalunkwe Stat Membru l-effett prattiku ta' l-applikazzjoni ta' paragrafi 2 u 3 jkun insinifikanti, dak l-Istat Membru jista' jkun soġġett għall-konsultazzjoni pprovduta fl-Artikolu 29 jgħaddu mingħajr l-applikazzjoni ta' dawn il-paragrafi wara li kkunsidraw il-bżonn li jevitaw tfixkil fil-kompetizzjoni, l-effett totali tat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat u l-bżonn ta' ekonomija vera fl-amministrazzjoni.

6. Fejn persuna taxxabbli titrasferixxi minflok tkun ttaxxata b'mod normali għal skema speċjali jew viċi-versa, Stati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li l-persuna taxxabbli la tibbenefika u lanqas tiġi ppreġudikata mhux ġustifikament.

TITOLU XII

PERSUNI RESPONSABBLI GĦALL-ĦLAS TAT-TAXXA

Artikolu 21

Persuni responsabbli biex iħallsu t-taxxa lill-awtoritajiet

Li ġejjin għandhom ikunu responsabbli biex iħallsu t-taxxa fuq il-valur miżjud:

1. taħt is-sistema interna:

(a) persuni taxxabbli li jwettqu transazzjonijet taxxabbli barra dawk msemmija fl-Artikolu 9(2)(e) u mwettqa minn persuna residenti barra. Meta t-transazzjoni taxxabbli hi effetwata minn persuna taxxabbli residenti barra Stati Membri jistgħu jaddottaw arranġamenti fejn it-taxxa hi pagabbli minn xi ħadd flok il-persuna taxxabbli li toqgħod barra. Inter alia rappreżentant tat-taxxa jew persuna oħra li għaliha t-transazzjoni taxxabbli tkun twettqet tista' tkun tagħmilha bħala din il-persuna. L-Istati Membri jistgħu ukoll jipprovdu biex xi ħadd ieħor flok il-persuna taxxabbli għandu jkun miżmum responsabbli għall-ħlas tat-taxxa;

(b) persuni għal min is-servizzi koperti minn l-Artikolu 9(2)(e) huma fornuti u mwettqa minn persuna taxxabbli residenti barra. Madanakollu, Stati Membri jistgħu jeħtieġu li l-fornitur tas-servizzi jkun in solidum responsabbli għall-ħlas tat-taxxa;

(ċ) kwalunkwe persuna li ssemmi t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq fattura jew dokument ieħor li jservi bħala fattura;

2. fuq l-importazzjoni: il-persuna jew persuni nominati jew aċċettati li huma responsabbli mill-Istati Membri li fihom l-oġġetti huma importati.

TITOLU XIII

OBBLIGAZZJONIJIET TA' PERSUNI RESPONSABBLI GĦALL-ĦLAS

Artikolu 22

Obbligazzjonijet taħt is-sistema interna

1. Kull persuna taxxabbli għandha tgħid meta l-attivitajiet tagħha bħala persuna taxxabbli jibdew, jinbidlu jew jieqfu.

2. Kull persuna taxxabbli għandha żżomm kontijiet b'dettal suffiċjenti biex tippermetti l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-ispezzjoni mill-awtorita tat-taxxa.

3. (a) Kull persuna taxxabbli għandha toħroġ fattura, jew dokument ieħor li jservi bħala fattura fir-rigward ta' l-oġġetti u s-servizzi fornuti minnu lill-persuna taxxabbli oħra, u għandu jżomm kopja ta' dan.

Kull persuna taxxabbli għandha l-istess toħroġ fattura fir-rigward ta' pagamenti akkont li saru lilu minn persuna taxxabbli oħra qabel il-provvista ta' l-oġġetti u s-servizzi tkun effettwata jew kompluta.

(b) Il-fattura għandha tgħid ċar il-prezz esklussiv tat-taxxa u t-taxxa korrispondenti f'kull rata kif ukoll kwalunkwe eżenzjonijiet.

(ċ) L-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-kriterja biex jaraw jekk dokument iservix bħala fattura.

4. Kull persuna taxxabbli għandha tissottometti prospett f'intervall li għandu jkun stabbilit minn kull Stat Membru. Dan l-intervall ma jistax jeċċedi xahrejn wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' taxxa. Il-perjodu ta' taxxa jista' jkun iffissat mill-Istati Membri bħala xahar, xahrejn, jew tliet xhur. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw perjodi differenti dejjem jekk dawn ma jeċċedux sena.

Il-prospett irid jistabilixxi l-informazzjoni kollha li hemm bżonn biex tiġi kkalkulata t-taxxa li saret taxxabbli u tnaqqis li jrid jsir, inklużi, fejn jixraq, u sa kemm jidher neċessarju għall-istabbiliment tal-bażi tat-taxxa, l-ammont totali tat-transazzjonijiet relattivi għat-tali taxxa u t-tnaqqis, u l-ammont totali tal-provvisti eżentati.

5. Kull persuna taxxabbli għandha tħallas l-ammont net tat-taxxa fuq il-valur miżjud meta jissottometti l-prospett. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jiffissaw data differenti għall-ħlas ta' l-ammont u jistgħu jitolbu ħlas temporanju.

6. L-Istati Membri jistgħu jitolbu persuna taxxabbli tissottometti prospett, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4, u li jikkonċerna t-transazzjonijiet kollha mwettqa mis-sena preċedenti. Dan il-prospett irid jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja għal kwalunkwe aġġustament.

7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li dawk il-persuni li, b'mod konformi ma' l-Artikolu 21(1)(a) u (b), huma kkonsidrati responsabbli biex iħallsu t-taxxa minflok persuna taxxabbli stabbilita f'pajjiż ieħor u huma in solidum responsabbli għall-ħlas, għandhom jissodisfaw l-obbligazzjonijiet ta' fuq li għandhom x'jaqsmu mad-dikjarazzjoni u l-ħlas.

8. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li għandhom ikunu addottati skond l-Artikolu 17(4), l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligazzjonijet oħrajn li huma jqisu neċessarji għall-imposizzjoni ġusta u l-ġbir tat-taxxa u għall-prevenzjoni ta' frodi.

9. L-Istati Membri jistgħu jeħilsu persuni taxxabbli:

- minn ċertu obbligazzjonijiet,

- mill-obbligazzjonijet kollha fejn dawk il-persuni taxxabbli jwettqu biss transazzjonijet eżentati

- mill-ħlas tat-taxxa dovuta fejn l-ammont hu insinifikanti.

Artikolu 23

Obbligazzjonijet fir-rigward ta' l-importazzjoni

Fir-rigward ta' oġġetti importati, Stati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati biex isiru d-dikjarazzjonijet u l-ħlasijiet.

B'mod partikolari, Stati Membri jistgħu jipprovdu li t-taxxa fuq il-valur miżjud pagabbli fuq l-importazzjoni ta' oġġetti minn persuni taxxabbli jew persuni taxxabbli jew ċertu kategoriji ta' dawn it-tnejn m'hemmx għalfejn jitħallsu fil-ħin ta' l-importazzjoni, bil-kondizzjoni li t-taxxa tissemma bħala tali fir-ritorn li għandu jkun sottomess taħt l-Artikolu 22(4).

TITOLU XIV

SKEMI SPEĊJALI

Artikolu 24

Skema speċjali għall-impriżi żgħar

1. L-Istati Membri li jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet fl-applikazzjoni ta' l-iskema tat-taxxa normali għall-impriżi żgħar minħabba l-attivitajiet jew l-istruttura tagħhom għandhom l-għażla, taħt t-tali kondizzjonijiet u fit-tali limiti li huma jistgħu jistabbilixxu imma soġġett għall-konsultazzjoni ppprovduta fl-Artikolu 29, ta' l-applikazzjoni tal-proċeduri simplifikati bħal skemi b'rata fissa għall-intaxxar u l-ġbir tat-taxxa dejjem jekk huma ma jwasslux għal tnaqqis b'dan.

2. Sa data li għandha tkun iffissata mill-Kunsill li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, imma li m'għandiex tkun iktar tard minn dik ta' l-imponiment tat-taxxa fuq l-importazzjoni u r-remissjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri jitneħħew:

(a) L-Istati Membri li għamlu użu mill-għażla taħt l-Artikolu 14 tat-tieni Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 biex jintroduċu eżenzjonijet jew iffrankar ta' taxxa gradwata jistgħu jżommuhom u l-arranġamenti għall-applikazzjoni tagħhom jekk huma jikkonformaw mas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

Dawk l-Istati Membri li japplikaw eżenzjoni mit-taxxa lill-persuni taxxabbli li l-bejgħ annwali tagħhom hu inqas mill-ekwivalenti fil-munita nazzjonalita ' 5000unit tal-munita Ewropea bir-rata tal-kambju tal-ġurnata 'li fiha din id-Direttiva tiġi addottata, jistgħu jżidu din l-eżenzjonisa 5000unit munita Ewropea.

L-Istati Membri li japplikaw eżenzjoni ta' taxxa gradwata la jistgħu iżidu l-limitu ta' l-eżenzjonijiet tat-taxxa gradwata u lanqas iġibu l-kondizzjonijet għall-għoti tagħha iktar favorevoli;

(b) L-Istati Membri li m'għamlux użu minn din l-għażla jistgħu jagħtu eżenzjoni mit-taxxa lill-persuni taxxabbli li l-bejgħ annwali tagħhom fil-massimu jilħaq l-ekwivalenti f'munita nazzjonali ta' 5000 units tal-munita Ewropea bir-rata tal-kambju tal-ġurnata li fiha din id-Direttiva tiġi addottata; fejn jixraq, huma jistgħu jagħtu eżenzjoni ta' taxxa gradwata lill-persuni taxxabbli li l-bejgħ annwali jeċċedi l-limitu ffissat mill-Istati Membri għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjoni;

(ċ) L-Istati Membri li jagħtu eżenzjoni mit-taxxa lill-persuni taxxabbli ta' li l-bejgħ annwali hu daqs jew iktar għoli mill-ekwivalenti f'munita nazzjonali ta' 5000units tal-munita Ewropea bir-rata tal-kambju fil-ġurnata li fiha din id-Direttiva tiġi addottata, jistgħu iżiduha biex iżomm l-valur tagħha f'termini reali.

3. Il-konċetti ta' l-eżenzjoni u l-eżenzjoni tat-taxxa gradwata jistgħu japplikaw għall-provvista ta' oġġetti u servizzi mill-impriżi żgħar.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu ċertu transazzjonijet mill-arranġamenti pprovduti fil-paragrafu 2. Il-proviżjonijet ta' paragrafu 2 m'għandhomx, f'kwalunkwe każ, japplikaw għal transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4(3).

4. Il-bejgħ li għandu jservi bħala referenza għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' paragrafu 2 għandu jikkonsisti fl-ammont, barra mit-taxxa fuq il-valur miżjud, ta' l-oġġetti u s-servizzi pprovduti kif definiti fl-Artikoli 5 u 6, sakemm huma ntaxxati, inklużi transazzjonijiet eżenti bil-ħlas lura tat-taxxa mħallsa qabel b'mod konformi ma' l-Artikolu 28(2), u l-ammont tat-transazzjonijiet skond l-Artikolu 15, l-ammont ta' transazzjonijiet ta' proprjetà reali, it-transazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 13 B (d), u s-servizzi ta' l-assigurazzjoni, sa kemm dawn it-transazzjonijiet huma transazzjonijiet anċillari.

Madanakollu, tneħħija ta' assi kapitali tanġibbli jew intanġibbli ta' impriża m'għandhomx jittieħdu in konsiderazzjoni għall-iskopijiet tal-kalkulazzjoni tad-dħul mill-bejgħ.

5. Persuni taxxabbli eżenti mit-taxxa m'għandhomx ikunu intitolati biex inaqqsu t-taxxa b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 17, u lanqas biex juru fuq il-fatturi tagħhom jew kwalunkwe dokumenti oħrajn li jservu bħala kambjala.

6. Persuni taxxabbli eleġibbli għall-eżenzjoni mit-taxxa jistgħu jagħżlu jew l-iskema tal-valur normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud jew proċeduri simplifikati msemmija fil-paragrafu 1. F'dan il-każ huma għandhom ikunu intitolati għal kwalunkwe eżenzjoni fuq taxxa gradwata li tista' tkun stabbilita mill-leġislazzjoni nazzjonali.

7. Soġġetti għall-applikazzjoni ta' paragrafu 1, persuni taxxabbli li jgawdu l-eżenzjoni fuq it-taxxa gradwata jistgħu ikunu ttrattati bħala persuni taxxabbli soġġetti għall-iskema normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

8. F'intervalli ta' erba' snin, u għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 1982, u wara konsultazzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Kunsill fuq l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Hi għandha sa kemm ikun neċessarju, u tieħu in konsiderazzjoni l-bżonn biex tassigura l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, tehmeż ma' dan ir-rapport proposti għal:

(a) titjib li jrid isir għall-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar;

(b) l-addozzjoni tas-sistemi nazzjonali fir-rigward ta' eżenzjonijiet u eżenzjoni gradwata tat-taxxa fuq il-valur miżjud;

(ċ) l-adozzjoni tal-limitu ta' 5000 units tal-munita Ewropea msemmija fil-paragrafu 2.

9. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fi żmien opportun jekk it-twettiq ta' l-għan riferut fl-Artikolu 4 ta' l-ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 jeħtieġ l-introduzzjoni ta' skema speċjali għall-impriżi żgħar u għandha, jekk xieraq, tiddeċiedi fuq il-limiti u l-implimentazzjoni komuni tal-kondizzjonijiet ta' din l-iskema. Sa l-introduzzjoni tat-tali skema, l-Isati Membri jistgħu jżommu l-iskemi speċjali tagħhom li huma għandhom japplikaw b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u l-atti sussegwenti tal-Kunsill.

Artikolu 25

Skema komuni ta' rata fissa għall-bdiewa

1. Fejn l-applikazzjoni għall-bdiewa għall-iskema normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jew l-iskema simplifikata pprovduta fl-Artikolu 24, twassal għal ċertu diffikultajiet, Stati Membri jistgħu japplikaw għall-iskema ta' rata fissa għall-bdiewa li għandha it-tendenza li tagħmel tajjeb għat-taxxa fuq il-valur miżjud miġbura fuq ix-xiri ta' l-oġġetti u s-servizzi magħmula mill-bdiewa tar-rata fissa skond dan l-Artikolu.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, id-definizjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

- "bidwi": persuna taxxabbli li twettaq l-attività tagħha f'waħda mill-impriżi definiti taħt,

- "impriżi agrikolturali, tal-foresti u tas-sajd": impriża kkonsidrata li tkun tali minn kull Stat Membru fl-istruttura ta' l-attivitajiet tal-produzzjoni mniżżla fl-Anness A,

- "bidwi b'rata fissa": bidwi soġġett għall-iskema tar-rata fissa pprovduta f'paragrafi 3 et seq.,

- "prodotti agrikoli": oġġetti maħduma minn impriża agrikola, forestrija jew sajd f'kull Stat Membru bħal riżultat ta' l-attivitajiet mniżżlin fl-Anness A,

- "servizz agrikolu": Kwalunkwe servizz stabbilit fl-Anness B provdut minn bidwi li juża' x-xogħol tiegħu u/jew permezz ta' tagħmir normalment disponibbli mill-impriża agrikola, forestali jew sajd imħaddma minnu,

- "ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-inputs": l-ammont totali tat-taxxa fuq il-valur miżjud li għandu x'jaqsam ma' l-oġġetti u s-servizzi mixtrija mill-impriżi agrikoli, tal-foresterija u tas-sajd ta' kull Stat Membru soġġett għall-iskema tar-rata fissa li għandha titnaqqas taħt l-Artikolu 17 minn bidwi soġġett għall-iskema normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud,

- "persentaġġi kompensatorji ta' rata fissa": il-persentaġġi ffissati mill-Istati Membri b'mod konformi ma' paragrafu 3 u applikati minnhom fil-każijiet speċifikati fil-paragrafu 5 biex jgħinu lill-bdiewa b'rata fissa jagħmlu tajjeb għar-rata fissa tal-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-inputs,

- "rata fissa kompensatorja": l-ammont li tasal għalih billi tapplika l-persentaġġ kompensatorju tar-rata fissa ppprovduta fil-paragrafu 3 għad-dħul mill-bejgħ tal-bidwi b'rata fissa fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 5.

3. L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-persentaġġi kompensatorji ta' rata fissa, fejn neċessarju, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel japplikawhom. It-tali persentaġġi għandhom ikunu ibbażati fuq l-istatistika makro-ekonomika għall-bdiewa b'rata fissa waħedhom għat-tliet snin preċedenti. Huma jistgħu ma jkunux użati biex jiksbu għall-bdiewa b'rata ċatta ħlas lura ikbar mill-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-inputs. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jnaqqsu t-tali persentaġġi għar-rata ta, xejn. Il-persentaġġ jista' jsir f'ċifra tonda ‘l fuq jew ‘l isfel sa l-eqreb nofs punt.

L-Istati Membri jistgħu jiffissaw il-persentaġġi li jvarjaw tal-kumpenss b'rata fissa għall-foresterija, għal sotto-diviżjonijiet differenti ta' agrikoltura u għas-sajd.

4. L-Istati Membri jistgħu jeħilsu lill-bdiewa b'rata fissa mill-obbligazzjonijiet imposti fuq persuni taxxabbli bl-Artikolu 22.

5. Il-persentaġġi tar-rata fissa li hemm pprovduti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu applikati għall-prezz, esklużi mit-taxxa, tal-prodotti agrikoli u servizzi agrikoli pprovduti mill-bdiewa b'rata fissa lill-persuni taxxabbli għajr bidwi b'rata fissa. Dan il-kumpens għandu jeskludi l-forom l-oħra kollha tat-tnaqqis.

6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kumpens għar-rata fissa li għandu jkun mħallas:

(a) jew minn persuna taxxabbli għal min l-oġġetti jew is-servizzi huma pprovduti. F'dan il-każ, il-persuna taxxabbli għal min l-oġġetti jew is-servizzi huma pprovduti għandhom ikunu awtorizzati, wara proċedura stabbilita mill-Istati Membri, biex tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud għal liema huwa responsabbli, l-ammont ta' kumpens b'rata fissa għandu jkun imħallas lill-bdiewa b'rata fissa;

(b) jew mill-awtoritajiet pubbliċi.

7. L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-disposizzjonijiet neċessarji kollha biex jiċċekkjaw sew l-kumpens tar-rata fissa lill-bdiewa b'rata fissa.

8. Fir-rigward tal-provvisti kollha ta' prodotti agrikoli u servizzi agrikoli għajr dawk koperti b'paragrafu 5, il-kumpens b'rata fissa hu meqjus li hu mħallas mix-xerrej jew mill-klijent.

9. Kull Stat Membru jista' jeskludi mill-iskema ta' rata fissa ċertu kategoriji ta' bdiewa u bdiewa għal minn l-applikazzjoni ta' l-iskema normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jew l-iskema simplifikata prvoduta fl-Artikolu 24(1), ma tirriżultax f'diffikulatjiet amministrattivi.

10. Kull bidwi b'rata fissa jista' jagħżel, soġġett għar-regoli u l-kondizzjonjiet stabbiliti minn kull Stat Membru, għall-applikazzjoni ta' l-iskema normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud jew, kif il-każ jista' jkun, l-iskema simplifikata pprovduta fl-Artikolu 24(1).

11. Il-Kummissjoni għandha, qabel l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tippreżenta lill-Kunsill proposti ġodda li jikkonċernaw l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lit-transazzjonijiet fir-rigward tal-prodotti agrikoli u servizzi.

12. Meta huma jieħdu l-għażla pprovduta f'dan l-Artikolu l-Istati Membri għandhom jiffissaw l-bażi ta' stima uniformi tat-taxxa fuq il-valur miżjud biex japplika l-iskema tar-riżorsi proprji billi juża' l-metodu komuni ta' kalkulazzjoni fl-Anness Ċ.

Artikolu 26

Skema speċjali għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar

1. L-Istati Membri għandhom japplikaw it-taxxa fuq il-valur miżjud għall-operazzjonijiet ta' l-aġenti ta' l-ivjaġġar b'mod konformi mad-disposizzjonijet ta' dan l-Artikolu, fejn l-aġenti ta' l-ivvjaġġar ikollhom x'jaqsmu mal-klijenti f'isimhom u jużaw il-provvisti u s-servizzi ta' persuni taxxabbli oħrajn fid-disposizzjonijiet ta' l-faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar li jaġixxi biss bħala intermedjarji u jieħdu kont tat-taxxa b'mod konformi ma' l-Artikolu 11 A (3) (ċ). F'dan l-Artikolu l-aġenti ta' l-ivvjaġġar jinkludu l-operaturi tal-ġiti.

2. It-transazzjonijet li jsiru mill-aġent ta' l-ivvjaġġar fir-rigward ta' vjaġġ għandhom ikunu ttrattati bħala servizz waħdu pprovdut mill-aġent ta' l-ivvaġġjar. Hu għandu jkun taxxabbli fl-Istat Membru li fih l-aġent ta' l-ivvjaġġar ikun stabilixxa n-negozju tiegħu jew għandu l-istabbiliment fiss minn fejn l-aġent ta' l-ivvjaġġar ipprovda s-servizzi. L-ammont taxxabbli u l-prezz esklussiv tat-taxxa, fit-tifsira ta' l-Artikolu 22(3)(b), fir-rigward ta' dan is-servizz għandu jkun il-marġini ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar, jiġifieri, id-differenza bejn l-ammont totali li għandu jkun imħallas mill-vjaġġatur, esklussiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u l-ispejjeż attwali li l-aġent ta' l-ivvjaġġar tal-provvisti u s-servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli oħrajn fejn dawn it-transazzjonijiet huma għall-benefiċċju dirett tal-vjaġġatur.

3. Jekk it-transazzjonijet mill-aġent ta' l-ivvjaġġar lill-persuni taxxabbli oħrajn huma mwettqa mit-tali persuni barra l-Komunità, is-servizz ta' l-aġent ta' l-ivjaġġar għandu jkun trattat bħala attività eżenti intermedjarja taħt l-Artikolu 15 (14). Fejn dawn it-transazzjonijiet twettqu kemm ġewwa u barra l-Komunità, il-parti biss ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar li għandha x'taqsam ma' transazzjonijiet barra l-Komunità tista' tkun eżentata.

4. Taxxa miġbura mill-aġent ta' l-ivvjaġġar minn persuni taxxabbli oħrajn fuq transazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2 li huma ta' benefiċċju dirett tal-vjaġġatur, m'għandhomx ikunu eleġibbli għat-tnaqqis jew ħlas lura fi kwalunkwe Stat Membru.

TITOLU XV

PROĊEDURI TA' SIMPLIFIKAZZJONI

Artikolu 27

1. Il-Kunsill, jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunwe' Stat Membru biex jintroduċi miżuri speċjali għal deroga mid-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, biex tissimplifika l-proċedura għall-ġbir tat-taxxa jew biex iżommu ċertu tipi ta' evażjoni tat-taxxa jew evitar. Miżuri intiżi biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tat-taxxa, ħlief għal ħaġa negliġibbli, tista' ma taffettwax l-ammont ta' taxxa dovuta fl-istadju finali tat-taxxa.

2. Stat Membru li jixtieq jintroduċi l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandu jinforma l-Kummissjoni bihom u għandu jipprovdi l-Kummissjoni bl-informazzjoni relevanti kollha.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-Istati Membri oħrajn bil-miżuri proposti fi żmien xahar.

4. Id-deċiżjoni tal-Kunsill għandha titqies li tkun addottata jekk, wara xahrejn li l-Istati Membri l-oħra jkunu nformati kif stabbiliti fil-paragrafu ta' qabel, la l-Kummissjoni u lanqas kwalunkwe Stat Membru ma jkun talab li l-affari titqajjem mill-Kunsill.

5. Dawk l-Istati Membri li applikaw fl-1 ta' Jannar 1977 miżuri speċjali tat-tip msemmija fil-paragrafu 1 fuq jistgħu iżommuhom dejjem jekk jinnotifikaw lill-Kummissjoni bihom qabel l-1 ta' Jannar 1978 u jipprovdu li fejn it-tali derogi huma maħsuba biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tat-taxxa huma jikkonformaw mal-ħtieġa stabbilita fil-paragrafu 1 fuq.

TITOLU XVI

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 28

1. Kwalunkwe disposizzjonijiet li ddaħħlu fis-seħħ mill-Istati Membri taħt id-disposizzjonijiet ta' l-ewwel erba' daħliet ta' l-Artikolu 17 tat-tieni Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 waqaf japplika, f'kull Stat Membru, mid-dati rispettivi fuq li d-disposizzjonijiet msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva daħlu fis-seħħ.

2. Rati mnaqqsin u eżenzjonijet bi ħlasijiet lura ta' taxxa mħallsa fl-istadju preċedenti li huma fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1975, u li jissodisfaw il-kondizzjonijet msemmija fl-aħħar daħla ta' l-Artikolu 17 tat-tieni Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967, jistgħu jinżammu sad-data li għandha tkun iffissata mill-Kunsill, jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, imma li m'humiex iktar tard minn dawk fuq il-ġbir tat-taxxa fuq l-importazzjoni u r-remmissjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri jkunu aboliti. L-Istati Membri għandhom jaddottaw il-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-persuni taxxabbli jiddikjaraw id-data meħtieġa biex jiddeterminaw ir-riżorsi proprji li għandhom x'jaqsmu ma' dawn l-operazzjonijiet.

Fuq bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, il-kunsill għandu jirrevedi ir-rati ridotti u l-eżenzjonijiet msemmija fuq kull ħames snin u, jaġixxu b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, għandhom fejn xieraq, jaddottaw miżuri meħtieġa biex jassiguraw it-tneħħija progressiva tagħhom.

3. Matul il-perjodu transizzjonali riferut fil-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu:

(a) ikomplu soġġetti jintaxxaw it-transazzjonjiet eżenti taħt l-Artikolu 13 jew 15 stabbiliti fl-Anness E ma' din id-Direttiva;

(b) ikomplu jeżentaw l-attivitajiet stabbiliti fl-Anness F taħt kondizzjonijet eżistenti fl-Istat Membru konċernat;

(ċ) jagħtu lill-persuni taxxabbli l-għażla għal tassazzjonijiet ta' transazzjonijiet taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness G;

(d) ikomplu japplikaw disposizzjonijiet li jidderogaw mill-prinċipju ta' tnaqqis immedjat stabbilit fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 18(2);

(e) ikomplu japplikaw miżuri li jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(4)(ċ), 6 (4) u 11 A (3) (ċ);

(f) jipprovdu li għall-provvisti ta' bini u art ta' bini mixtrija għall-iskop ta' bejgħ mill-ġdid minn persuna taxxabbli għal min it-taxxa fuq ix-xiri ma kienetx mnaqqsa, l-ammont ta' taxxa għandu jkun id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri;

(g) permezz ta' deroga minn l-Artikoli 17(3) u 26 (3), jkomplu jeżentaw mingħajr ħlas lura t-taxxa ta' l-input is-servizzi ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar msemmija fl-Artikolu 26(3). Din id-deroga għandha tapplika wkoll għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar fl-isem u akkont tal-vjaġġatur.

4. Il-perjodu transizzjonali għandu għall-ewwel idum għal ħames snin mill-1 ta' Jannar 1978. Mill-iktar tard sitt xhur qabel l-aħħar ta' dan il-perjodu, u sussegwentament kif neċessarju, il-Kunsill għandu jirrevedi s-sitwazzjoni fir-rigward tad-derogazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 fuq il-bażi tar-rapport mill-Kummissjoni u għandu b'mod unanimu jiddetermina fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk kwalunkwe jew dawn id-derogazzjonijiet kollha għandhomx ikunu aboliti.

5. Fl-aħħar tal-perjodu transizzjonali trasport tal-passiġġieri għandu jkun intaxxat fil-pajjiż tat-tluq għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fil-Komunità skond ir-regoli dettaljati tal-proċedura li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni.

TITOLU XVII

KUMITAT TAT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD

Artikolu 29

1. Kumitat Konsultattiv fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud, minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", hu hawnhekk stabbilit.

2. Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

Il-president tal-Kumitat għandu jkun ir-rappreżentativ tal-Kummissjoni.

Servizzi segretarjali għall-Kumitat għandhom ikunu pprovduti mill-Kummissjoni.

3. Il-Kumitat għandu jaddotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

4. B'żieda mal-punti soġġetti għall-konsultazzjoni pprovduta taħt din id-Direttiva, il-Kumitat għandu jeżamina l-mistoqsijiet mqajjma mill-president tiegħu, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta' l-Istat Membru, li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Komunità fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud.

TITOLU XVIII

MIXXELANJI

Artikolu 30

Ftehim Internazzjonali

Il-Kunsill, jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunke' Stat Membru jikkonkludi ma' pajjiż li m'hux membru jew organizzazzjoni internazzjonali ftehim li jista' jkollu derogazzjonijet minn din id-Direttiva. Stat li jixtieq jikkonkludi t-tali ftehim għandu jġib il-kwistjoni għan-notifikazzjoni tal-Kummissjoni u jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja għaliha biex tkun ikkonsidrata. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien xahar.

Id-deċiżjoni tal-Kunsill għandha tkun meqjusa li ġiet addottata jekk, fi żmien xahrejn li l-Istati Membri l-oħrajn jkunu informati kif stabbilit mill-paragrafu ta' qabel, il-kwistjoni ma ġietx imqajjma quddiem il-Kunsill.

Artikolu 31

Unità ta' kont

1. L-unità ta' kont użat f'din id-Direttiva għandu jkun il-Unit Ewropew ta' akkont (UEA) definut b'deċiżjoni 75/250/KEE [10].

2. Meta tikkonverti din l-unità ta' kont f'munita nazzjonali, l-Istati Membri għandhom l-għażla li jġibu f'ċifra tonda l-ammonti li jirriżultaw minn din il-konverżjoni jew ‘l fuq jew ‘l isfel sa 10 %.

Artikolu 32

Oġġetti second-hand

Il-Kunsill, jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jaddotta qabel il-31 ta' Diċembru 1977 sistema ta' tassazzjoni tal-Komunità li għandha tkun applikata għall-oġġetti użati, xogħolijiet ta' arti, antikitijiet u affarijiet tal-kollezzjonisti.

Sakemm din is-sistema tal-Komunità issir applikabbli, l-Istati Membri japplikaw sistema speċjali għal dawn l-affarijiet fiż-żmien li din id-direttiva tidħol fis-seħħ jistgħu jżommu dik is-sistema.

Artikolu 33

Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra tal-Komunità, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx iżommu Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi taxxi fuq kuntratti ta' assigurazzjoni, taxxi fuq imħatri u logħob, dazju tas-sisa u, iktar ġeneralment, kwalunwe taxxi, dazji jew obbligi li ma jistgħux ikunu karatterizzati bħala taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ.

TITOLU XIX

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

Għall-ewwel darba mill-1 ta' Jannar 1982 u wara kull sentejn, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta ma' l-Istati Membri, tibgħat lill-Kunsill rapport fuq l-applikazzjoni tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fl-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jkun trasmess mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 35

Fi żmien xieraq il-Kunsill jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li rċieva l-opinjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u b'mod konformi ma' l-interessi tas-suq komuni, għandu jaddotta iżjed Direttivi fuq is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, b'mod partikolari biex jirrestrinġi progressivament jew biex iħassar ċertu miżuri meħuda mill-Istati Membri permezz ta' deroga mis-sistema, biex jakkwistaw parallelliżmu komplet tas-sistemi nazzjonali fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud u għalhekk jippermettu l-kisba ta' l-oġġettiv msemmi fl-Artikolu 4 ta' l-ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967.

Artikolu 36

Ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 2 u l-Artikolu 5 ta' l-ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 huwa abbrogat.

Artikolu 37

It-tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tieqaf milli jkollha effett f'kull Stat Membru mid-dati rispettivi fuq meta id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jinġiebu fis-seħħ.

Artikolu 38

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-17 ta' Mejju 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Silkin

[1] ĠU C 40, tat-8.4.1974, p. 25.

[2] ĠU C 139, tat-12.11.1974, p. 15.

[3] ĠU C 71, ta' l-14.4.1967, p. 1301/67.

[4] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 19.

[5] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 6.

[6] ĠU L 194, tas-6.8.1968, p. 13.

[7] ĠU L 58, tat-8.3.1969, p. 11.

[8] ĠU L 58, tat-8.3.1969, p. 7.

[9] ĠU L 238, tat-28.9.1968, p. 1.

[10] ĠU L 104, ta' l-24.4.1975, p. 35.

--------------------------------------------------

ANNESS A

LISTA TA' ATTIVITAJIET TA' PRODUZZJONI AGRIKOLA

I. PRODUZZJONI TA' ĦXEJJEX

1. Agrikoltura ġenerali, inkluża l-vitikultura

2. Tkabbir ta' frott (inkluż iż-żebbuġ) u tal-ħaxix, fjuri u pjanti ornamentali, kemm fil-miftuħ kif ukoll taħt il-ħġieġ

3. Produzzjoni ta' fungi, ħwawar, żrieragħ u materjal propagat; xtieli

II. TROBBIJA TA' BHEJJEM FLIMKIEN MA' KULTIVAZZJONI

1. Trobbija ġenerali ta' bhejjem

2. Trobbija tat-tiġieġ

3. Trobbija tal-fniek

4. Żamma tan-naħal

5. Trobbija tad-dudu tal-ħarir

6. Trobbija tal-bebbux

III. FORESTERIJA

IV. SAJD

1. Sajd fl-ilma ħelu

2. Trobbija tal-ħut

3. Tkabbir ta' muskoli, ojsters u muskoli oħrajn u krostaċi

4. Trobbija taż-żrinġijiet

V. Fejn bidwi jipproċessa, billi juża mezzi normalment użati fl-impriżi ta' agrikultura, ta' foresterija jew ta' sajd prodotti li jiġu essenzjalment il-produzzjoni agrikola tiegħu, tali proċessar għandu jkun meqjus bħala produzzjoni agrikola

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA' SERVIZZI AGRIKOLI

Provvisti ta' servizzi agrikoli li normalment jagħmlu parti mill-produzzjoni agrikola għandhom jkunu kkonsidrati il-provvista ta' servizzi agrikoli, u jinkludu li ġejjin b'mod partikolari:

- xogħol ta' l-għalqa, ħsad u ħart, driż, tagħmel f'qatet, ġbir, ħsad, żrigħ u taħwil

- ippakkjar u preparazzjoni għas-suq, per eżempju tinxif, tindif, tifrik, disinfettar u siġillar ta' prodotti agrikoli

- ħażna ta' prodotti agrikoli

- indukrar tal-bhejjem, trobbija u simna

- il-kiri, għal skopijiet agrikoli, ta' tagħmir normalment użat f'impriżi agrikoli, tal-foresti u tas-sajd

- għajnuna teknika

- distruzzjoni ta' ħaxix u dud, trab u bexx tal-ħaxix u ta' l-art

- operazzjoni ta' irrigazzjoni u tagħmir ta' drenaġġ

- lopjar, qtugħ ta' siġar u servizzi oħrajn ta' foresterija

--------------------------------------------------

ANNESS Ċ [1]

METODU KOMUNI TA' KALKULAZZJONI

I. Għall-skopijiet ta' kalkulazzjoni tal-valur miżjud fuq l-impriżi kollha ta' l-agrikoltura, foresterija u sajd, li ġej għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni esklussivament mit-taxxa fuq il-valur miżjud:

1. il-valur tal-produzzjoni finali inkluża l-konsumazzjoni tal-bdiewa nfushom tal-klassijiet "prodotti agrikoli u logħob" u "injam fis-salvaġġ" kif stabbiliti f'punti IV u V taħt, flimkien ma' l-output ta' l-attivitajiet ta' l-ipproċessar msemmija f'punt V ta' l-Anness A;

2. il-valur ta' l-inputs totali maħsuba biex jiksbu l-produzzjoni riferruta f'(1);

3. il-valur tal-formazzjoni ta' l-assi fissi grossi in konnessjoni ma' l-attivitajiet fl-Annessi A u B.

II. Biex jiddetermina d-dħul u l-ħruġ taxxabbli imnaqqsa tal-bdiewa b'rata fissa, id-dħul u l-ħruġ tal-bdiewa taxxati taħt l-iskema tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom ikunu mnaqqsa mill-kontijiet nazzjonali, billi jieħdu in konsiderazzjoni l-istess fatturi bħal dawk fil-paragrafu I.

III. Il-valur miżjud għall-bdiewa b'rata fissa hu daqs id-differenza bejn il-valur totali tal-produzzjoni finali, esklussiva tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif riferruta f'punt I (1), u l-valur totali tad-dħul f'punt I (2) flimkien mal-formazzjoni ta' l-assi fissi grossi kif riferrut f'punt I (3). Dawn il-fatturi kollha għandhom x'jaqsmu mal-bdiewa b'rata fissa biss.

IV. PRODOTTI AGRIKOLI U ANNIMALI

| Numru ta' kodiċi SOEC |

| |

Ċereali (eskluż ir-ross)

Qamħ u farru | 10.01.11 | 1 |

| 10.01.19 | 1 |

Qamħ tax-xitwa u farru | — |

Qamħ tar-rebbiegħa | — |

Qamħ durum | 10.01.51 |

| 10.01.59 |

Qamħ tax-xitwa | — |

Qamħ tar-rebbiegħa | — |

Ħmira u meslin |

Ħmira | 10.02.00 |

Ħmira tax-xitwa | — |

Ħmira tar-rebbiegħa | — |

Meslin | 10.01.11 | 2 |

| 10.01.19 | 2 |

Xgħir | 10.03.10 |

| 10.03.90 |

Xgħir tar-rebbiegħa | — |

Xgħir tax-xitwa | — |

Xgħir u meslin tas-sajf |

Xgħi | r 10.04.10 |

| 10.04.90 |

Meslin tas-sajf | — |

Qamħirrun | 10.05.10 |

| 10.05.92 |

Ċereali oħrajn (eskluż ir-ross) |

Qamħ | 10.07.01 |

Millet | 10.07.91 |

Qamħ sorghum | 10.07.95 |

Canary seed | 10.07.96 |

Ċereali, li m'humiex speċifilati x'imkien ieħor(eskluż ir-ross) | 10.07.99 |

Ross (fil-qoxra jew paddy) | 10.06.11 |

Legumi

Piżelli niexfa jew piżelli għall-ġwież | 07.05.11 |

Piżelli niexfa (barra dawk ghall-ġwież) | — |

Piżelli niexfa (eskluża ċ-ċiċri) | — |

Ċiċri | — |

Piżelli tal-ġwież | — |

Fażola bajda niexfa, fażola kbira u ta' l-għalqa |

Fażola bajda niexfa | 07.05.15 |

Fażola kbira u ta' l-għalqa | 07.05.95 |

Legumi oħrajn |

Għazz | 07.05.91 |

Favvetta | 12.03.31 | 2 |

Lupinji | 12.03.49 | 2 |

Legumi niexfin li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor, legumi mħalltin u ċereali u legumi mħallti | n 07.05.97 |

Għeruq (grupp brassika għall-ġwież)

Patata |

Patata (esklużi ż-żerriegħa tal-patata) |

Patata ġdida | 07.01.13 |

| 07.01.15 |

Patata prinċipali | 07.01.17 |

| 07.01.19 |

Żerriegħa tal-patata | 07.01.11 |

Pitravi | 12.04.11 |

Mangolds u xitla tal-fodder; Swedes, karrotti tal-fodder u ġidra tal-fodder; u għeruq oħrajn u fodder brassicas |

Mangolds u xitla tal-fodder | 12.10.10 |

Swedes, karrotti tal-fodder, ġidra tal-fodder |

Swedes |

Karrotti tal-fodder, u ġidra tal-fodder |

Kaboċċi tal-fodder u kales | 12.10.99 | 2 |

Għeruq oħrajn u fodder brassicas |

Artiċoks ta' Ġerusalem | 07.06.10 |

Patata Ħelwa | 07.06.50 |

Għeruq u fodder brassicas li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor | 07.06.30 |

| 12.10.99 | 3 |

Ħaxix industrijali

Żerriegħa taż-żejt u frott oleaġinuż (esklużi ż-żebbuġ) |

Kolza u żerriegħa tar-rape | 12.01.91 |

Kolza tax-xitwa | — |

Kolza tas-sajf | — |

Rape | — |

Żerriegħa tal-fjura tax-xemx | 12.01.95 |

Fażola tas-Soya | 12.01.40 |

Żerriegħa Kastor | 12.01.50 |

Żerriegħa tal-linosa | 12.01.61 |

| 12.01.69 |

Sesame, qanneb, mustarda u żerriegħa tal-pepprina |

Żerriegħa sesame | 12.01.97 |

Żerriegħa tal-qanneb | 12.01.94 |

Żerriegħa tal-mustarda | 12.01.92 |

Żejt tal-pepprina u żerriegħa tal-pepprina | 12.01.93 |

Pjanti tal-fibre |

Kittien | 54.01.10 |

Qanneb | 57.01.10 |

Tabakk mhux fabbrikat (inkluż tabakk niexef) | 24.01.10 |

| 24.01.90 |

Ħops | 12.06.00 |

Uċuħ industrijali oħrajn |

Għeruq taċ-ċikwejra | 12.05.00 |

Pjanti mediċinali, aromatiċi, spices u pjanti għall-estrazzjoni tal-fwieħa |

Żafran | 09.10.31 |

Kemmun | 07.01.82 |

Pjanti mediċinali, aromatiċi, ħwawar u pjanti għall-estrazzjoni tal-fwieħa li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor | 09.09 (11-13-15-17-18) 09.10 (11-20-51-55-71) 12.07 (10-20-30-40-50-60-70-80-91-99) |

Ħaxix frisk

Kaboċċi għall-konsum uman |

Pastarda | 07.01.21 |

| 07.01.22 |

Kaboċċi oħrajn |

Nebbiet ta' Brussel | 07.01.26 |

Kaboċċi bojod | 07.01.23 |

Kaboċċi ħomor |

Kaboċċi ta' Savoy | 07.01.27 | 1 |

Kaboċċi ħodor |

Koboċċi li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor |

Weraq u ħaxix taz-zokk għajr kaboċċi |

Ċeleri u ċelerjak | 07.01.51 |

| 07.01.53 |

| 07.01.97 | 2 |

Kurrat | 07.01.68 |

Ħass ikkaboċċjat | 07.01.31 |

| 07.01.33 |

Indivja | 07.01.36 | 1 |

Spinaċi | 07.01.29 |

Asparagu | 07.01.71 |

Ċikwejra ta' Witloof | 07.01.34 |

Qaqoċċ | 07.01.73 |

Ħxejjex oħrajn tal-weraq jew taz-zokk |

Insalata tal-qamħirrun | 07.01.36 | 2 |

Zkuk u ħaxix iniggeż li jittikel | 07.01.37 |

Bużbież | 07.01.91 |

Rabarbru | 07.01.97 | 1 |

Kress |

Tursin |

Brokkoli |

Ħxejjex tal-weraq taz-zokk li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor |

Ħxejjex imkabbrin għall-frott |

Tadam | 07.01.75 |

| 07.01.77 |

Ħjar u gherkins | 07.01.83 |

| 07.01.85 |

Bettiegħ | 08.09.10 |

Brunġiel, qarabali u qara' aħmar, courgettes | 07.01.95 |

Capsicum ħelu | 07.01.93 |

Ħxejjex oħrajn mkabbra għall-frott | 07.01.97 | 3 |

Uċuħ ta' l-għeruq u tat-tuberi |

Kohlrabi | 07.01.27 | 2 |

Ġdur | 07.01.54 |

Karrotti |

Tewm | 07.01.67 |

Basal u xallotti | 07.01 (62-63-66) |

Pitravi (pitravi ħomor) | 07.01.56 07.01.59 |

Salsify u scorzonera |

Għeruq oħrajn u uċuh tat-tuberi(chives, ravanell, ġdur Franċiżi,ravenell taż-żwiemel) |

Ħaxix tal-qoxra | 07.01.41 |

Piżelli ħodor | 07.01.43 |

Ful | 07.01.45 |

| 07.01.47 |

Ħaxix ieħor tal-qoxra | 07.01.49 |

Fungi kultivati | 07.01.87 |

Frott frisk, inkluż frott taċ-ċitru (eskluż l-għeneb u ż-żebbuġ)

Tuffieħ u lanġas tad-deżerta |

Tuffieħ tad-deżerta | 08.06 (13-15-17) |

Lanġas tad-deżerta | 08.06 (36-38) |

Tuffieħ tas-sidru u lanġas perry |

Tuffieħ tas-sidru | 08.06.11 |

Lanġas perry | 08.06.32 |

Frott ta'l-għadma |

Ħawħ | 08.07.32 |

Għajnbaqar | 08.07.10 |

Ċirasa | 08.07 (51-55) |

Berquq (inklużi greengages,mirabelles u quetsches) | 08.07 (71-75) |

Frott ieħor ta' l-għadma | 08.07.90 |

Lewż |

Ġewż | 08.05.31 |

Ġellewż | 08.05.91 |

Lewż | 08.05.11 |

| 08.05.19 |

Qastan | 08.05.50 |

Lewż ieħor (eskluż lews tropikali) |

Pistaċċi | 08.05.70 |

Lewż li mhux speċifikat x'imkien ieħor | 08.05.97 | 1 |

Frott ieħor tas-siġar |

Bajtar | 08.03.10 |

Kotonji | 08.06.50 |

Frott ieħor tas-siġar, li mhux speċifikat x'imkien ieħor(eskluż frott tropikali) | 08.09.90 | 1 |

Frawli | 08.08 (11-15) |

Berries |

Żbib iswed u żbib aħmar |

Żbib iswed | 08.08.41 |

Żbib aħmar | 08.08.49 | 1 |

Ċawsli |

Gooseberries | 08.08.90 | 1 |

Berries oħrajn (eż. berries suwed ikkultivati) | 08.09.90 | 2 |

Frott ċitru |

Larinġ | 08.02 (21-22-24-27) |

Mandolin u klementini | 08.02 (32-36) |

Lumi | 08.02.50 |

Lumilarinġ | 08.02.70 |

Frott ieħor taċ-ċitru | 08.02.90 |

Ċitroni | — |

Limi | — |

Bergamott | — |

Frott ieħor taċ-ċitru li m'hux speċifikat x'imkien ieħor | — |

Għeneb u żebbuġ

Għeneb |

Għeneb tal-mejda | 08.04 (21-23) |

Għeneb ieħor (għall-għasir ta' l-inbid, produzzjoni tal-meraq tal-frott u proċessar fi żbib) | 08.04 (25-27) |

Żebbuġ |

Żebbuġ tal-mejda | 07.01.78 |

Żebbuġ ieħor (għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa) | 07.01.79 |

| 07.03.13 |

Prodotti ta' uċuħ oħrajn

Uċuħ tal-ġwież [2] | 12.10.99 | 1 |

Prodotti ta' xtieli |

Siġar tal-frott u arbuxelli | 06.02 (19-40-51-55) |

Zkuk ta' l-għeneb | 06.02 (10-30) |

Siġar ormentali u xeblieki | 06.02 (71-75-79-98) |

Xtieli tal-foresti u biċċiet żgħar | 06.02.60 |

Materjal tal-ħaxix użat għall-brim tal-malji |

Osier, rushes, rattans | 14.01 (11-19-51-59) |

Qasab, bamboos | 14.01 (31-39) |

Materjal tal-ħaxix ieħor użat għall-brim tal-malji | 14.01.90 |

Fjuri, pjanti ornamentali u siġar tal-Milied |

Basal tal-fjuri corms u tubi | 06.01.10 |

Pjanti ornamentali | 06.01 (31-39) 06.03 (11-15-90) 06.04 (20-40-50) 06.04.90 |

Fjur maqtugħ, friegħi u weraq |

Siġar tal-Milied |

Pjanti perennali | 06.02.92 |

Żrieragħ |

Żrieragħ agrikoli [3] | 06.02.95 |

| 12.03 (11-19-35-39-44-46-84-86-89) |

| 12.03.31 | 1 |

| 12.03.49 | 1 |

Żrieragħ tal-fjuri | 12.03.81 |

Prodotti miġburin mis-selvaġġ [4] | 07.01 (88-89) |

| 08.05.97 | 2 |

| 08.08.31 |

| 08.08.35 |

| 08.08.49 | 2 |

| 08.08.90 | 2 |

| 23.06.10 | 1 |

12.08 (10-31) 12.08.90 12.09.00 13.03.12 14.02 (10.21-23-25-29) 14.03.00 14.04.00 14.05 (11-19) 15.16.10 |

23.06.10 | 2 |

23.06.30 13.01.00 |

|

Ċereali (eskluż ir-ross) |

Ross |

Legumi |

Uċuh ta' l-għeruq |

Uċuh industrijali |

Ħaxix frisk |

Frott u frott taċ-ċitru |

Għeneb u żebbuġ |

Uċuħ oħrajn |

Uċuħ oħrajn li mhumiex speċifikati x'imkien ieħor |

Must ta' l-għeneb u inbid

Must ta' l-għeneb | 22.04.00 |

Inbid | 22.05 (21-25-31-35-41-44-45-47-51-57-59-61-69) |

Prodotti li joħorġu mill-produzzjoni ta' l-inbid [6] | 23.05.00 |

Żejt taż-żebbuġa

Żejt taż-żebbuġa pur [7] | 15.07.06 |

Żejt taż-żebbuġa, raffinat [7] | 15.07 (07-08) |

Prodotti li joħorġu mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa [8] | 23.04.05 |

Baqar

Baqar domestiċi | 01.02 (11-13-14-15-17) |

Vitelli | — |

Baqar oħrajn, ta' iżgħar minn sena | — |

Erħiet | — |

Baqar | — |

Annimali maskili ta' tgħammir |

Li għandhom minn sena sa sentejn | — |

Iktar minn sentejn | — |

Baqar għall-qatla u għas-simna |

Li għandhom minn sena sa sentejn | — |

Iżjed minn sentejn | — |

Majjali

Majjali domestiċi | 01.03 (11-15-17) |

Majjali għadhom jitwieldu | — |

Majjali żgħar | — |

Majjali għas-simna | — |

Il-majjala u majjala nisa zgħar għat-tnissil | — |

Fejn inisslu | — |

Ekwini

Żwiemel | 01.01 (11-15-19) |

Ħmir | 01.01.31 |

Bgħula u hinnies | 01.01.50 |

Nagħaġ u mogħoż

Nagħaġ domestiku | 01.04 (11-13) |

Mogħoż domestiku | 01.04.15 |

Tjur, fniek, ħamiem u annimali oħrajn

Tiġieġ, sriedak, kappuċċelli, pulletti, flieles | 01.05 (10-91) |

Papri | 01.05.93 |

Wiżż | 01.05.95 |

Dundjani | 01.05.97 |

Tjur tal-Ginea | 01.05.98 |

Fniek domestiċi | 01.06.10 |

Ħamiem domestiċi | 01.06.30 |

Annimali oħrajn |

Naħal | — |

Dud tal-ħarir | — |

Annimali mkabbra għas-suf | — |

Bebbux (eskluż il-bebbux tal-baħar) | 03.03.66 |

Aninmali li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor | 01.06.99 |

| 02.04.99 | 1 |

Kaċċa u laħam tal-kaċċa

Kaċċa [9] | 01.01.39 |

| 01.02.90 |

| 01.03.90 |

| 01.04.90 |

| 01.06.91 |

Laħam tal-kaċċa | 02.04.30 |

Ħalib mhux ittrattat

Ħalib tal-baqar | — |

Ħalib tan-nagħaġ | — |

Ħalib tal-mogħoż | — |

Ħalib tal-buffalo | — |

Bajd

Bajd tat-tiġieġ |

Bajd ta' tfaqqis | 04.05.12 | 1 |

Oħrajn | 04.05.14 |

Bajd ieħor |

Bajd tat-tfaqqis | 04.05.12 | 2 |

Oħrajn | 04.05.16 |

| 04.05.18 |

Prodotti ta' annimali oħrajn

Suf mhux maħdum (inkluż pil ta' l-annimali ) [10] | 53.01 (10-20) |

| 53.02 (93-95) |

Għasel | 04.06.00 |

Fsiedaq tad-dudu tal-ħarir | 50.01.00 |

Prodotti li joħorġu mill-produzzjoni ta' l-annimali [11] | 15.15.10 43.01 (10.20.30.90) 53.02.97 |

Prodotti ta' l-annimali li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor |

Servizzi agrikoli [12] | | |

Prodotti agrikoli kważi importati esklussivament

Żejt taż-żrieragħ tropikali u frott oleaġinuż | | |

Karawett | 12.01.11 | |

| 12.01.15 | |

Kopra | 12.01.20 | |

Lewż tal-palm u l-qlub tal-lewż | 12.01.30 | |

Żerriegħa tal-qotton | 12.01.96 | |

Żrieragħ taż-żejt u frott oleaġinuż li mhux speċifikat x'imkien ieħor | 12.01.99 | |

Pjanti tal-fibre tropikali | | |

Qoton | 55.01.00 | |

Pjanti tal-fibre oħrajn | | |

Qanneb ta' Manila | 57.02.00 | |

Fibra | 57.03.10 | |

Sisal | 57.04.10 | |

Coir | 57.04.30 | |

Ramie | 54.02.00 | |

Pjanti tal-fibre, li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor | 57.04.50 | |

Pjanti tropikali oħrajn għall-użu industrijali | | |

Kafe' | 09.01.11 | |

Kokkodina | 18.01.00 | |

Qasba taz-zokkor | 12.04.30 | |

Frott tropikali | | |

Lewż tropikali | | |

Kowkownats | 08.01.75 | |

Lewż tal-Kexju | 08.01.77 | |

Lewż tal-Brażil | 08.01.80 | |

Pekani | 08.05.80 | |

Frott tropikali ieħor | | |

Tamal | 08.01.10 | |

Banana | 08.01 (31-35) |

Ananassi | 08.01.50 | |

Papaws | 08.08.50 | |

Frott tropikali, li mhux speċifikat x'imkien ieħor | 08.01 (60-99) |

Ivorju, mhux illustrat | 05.10.00 | |

V. INJAM MHUX MAĦDUM

Injam tal-koniferi għall-użu industrijali

Injam twil koniferuż

- 1 twavel

(1) fir, spruce, douglas

(2) pine, larch

- 2 injam tal-mine

(1) fir, spruce, douglas

(2) pine, larch

- 3 injam twil ieħor

(1) fir, spruce, douglas

(2) pine, larch

Plywood koniferuż

- 1 fir, spruce, douglas

- 2 pine, larch

Injam koniferuż għall-ħruq

Fir, spruce, douglas

Pine, larch

Injam tal-weraq għall-użu industrijali

Injam twil (weraq ta' l-injam)

- 1 twavel

(1) balluta

(2) fagu

(3) luq

(4) oħrajn

- 2 injam tal-mine

(1) balluta

(2) oħrajn

- 3 injam twil ieħor

(1) balluta

(2) fagu

(3) luq

(4) oħrajn

Plywood (weraq)

- 1 balluta

- 2 fagu

- 3 luq

- 4 oħrajn

Injam għall-ħruq (weraq)

balluta

fagu

luq

oħrajn

Servizzi ta' foresterija [13]

Prodotti oħrajn (eż. qoxra taz-zkuk, sufra, raża)

[1] Il-klassifikazzjoni wżata f'dan l-Anness hi wżata fil-Kontijiet Ekonomiċi ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika Agrikola tal-Komunitajiet Ewropej (USKE).

[2] E.ż. tiben, silla (eskluż brassikas).

[3] Esklużi żerriegħa ċereali, żrieragħ tar-ross u żerriegħa tal-patata

[4] E.ż. fungi slavaġġ, cranberries, bilberries, blackberries, ċawsli salvaġġ, eċċ.

[5] E.ż. tiben, pitravi u uċuħ tal-kabboċċi, piżelli u qxur tal-ful.

[6] E.ż. sediment ta' l-inbid, argol eċċ.

[7] Id-distinzjoni bejn dawn iż-żewġ prodotti hi bbażata fuq il-metodu ta' proċessar milli dak fuq stadji differenti tal-produzzjoni.

[8] E.ż. kejkijiet taż-żejt taż-żebbuġa u prodotti tal-fdalijiet oħrajn ta' l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.

[9] Annimali ħajjin inklużi biss annimali mkabbra ħajjin u anninali miżmuma fil-kaptività.

[10] Jekk inhu prodott prinċipali.

[11] E.ż. ġilda u pil ta' l-annimali u ġlud ta' annimali maqtula, xema, demel, u demel likwidu.

[12] I.e. servizzi li huma normalment pprovduti mill-impriżi agrikolturali infushom, eż. ħrit, qtugħ u ħsad, dħin,, tnixxif tat-tabakk, ġiżż tan-ngħaġ, kura ta' l-annimali

[13] I.e. servizzi li huma normalment użati mill-impriżi tal-foresti nfushom (eż. qtugħ ta’ l-injam).

--------------------------------------------------

ANNESS D

LISTA TA' ATTIVITAJIET MSEMMIJA FIT-TIELET PARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 4(5)

1. Telekomunikazzjonijiet

2. Il-provvista ta' ilma, gass, elettriku u stim

3. It-trasport ta' l-oġġetti

4. Servizzi tal-port u l-ajruport

5. Trasport tal-passiġġieri

6. Provvista ta' oġġetti ġodda fabbrikati għall-bejgħ

7. It-transazzjonijiet ta' aġenziji ta' intervenzjoni agrikola fir-rigward ta' prodotti agrikoli mwettqa skond ir-Regolamenti fl-organizzazzjoni komuni tas-suq f'dawn il-prodotti

8. It-tmexxija ta' fieri tal-kummerċ u eżebizzjonijiet

9. Magazzinaġġ

10. L-attivitajiet ta' entitajiet pubbliċi kummerċjali

11. L-attivitajiet ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar

12. It-tmexxija tal-ħwienet ta' l-impjegati, koperattivi u kantini industrijali u istituzzjonijiet simili

13. Transazzjonijiet oħra barra dawk speċifikti fl-Artikolu 13 A (1) (q), ta' entitajiet tar-radju u tat-televiżjoni

--------------------------------------------------

ANNESS E

TRANSAZZJONIJIET MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 28(3)(A)

1. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 A (1) (a) sa kemm huma għandhom x'jaqsmu mas-servizzi postali

2. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 A (1) (e)

3. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 A (1) (f) barra dawk ta' gruppi ta' natura medika jew paramedika

4. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 A (1) (m)

5. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 A (1) (n)

6. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 A (1) (p)

7. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 A (1) (q)

8. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 B (d) (2) sa kemm huma għandhom x'jaqsmu mas-servizzi intermedjarji

9. Transazzjonijet msemmija fl-Artikolu 13 B (d) (5) sa kemm huma għandhom x'jaqsmu mas-servizzi intermedjarji

10. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 B (d) (6)

11. Provvisti koperti bl-Artikolu 13 B (g) sa kemm huma magħmulin minn persuni taxxabbli li huma intitolati għal tnaqqis tat-taxxa tad-dħul fuq il-bini konċernat

12. Provvisti ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 15(2)

13. Transazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 15(6) u (9)

14. Provvisti msemmija fl-Artikolu 15 (12)

15. Is-servizzi ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar msemmija fl-Artikolu 26, u dawk l-aġenti ta' l-ivvjaġġar li jaġixxu fl-isem u akkont tal-vjaġġatur, għall-vjaġġi barra l-Komunità

--------------------------------------------------

ANNESS F

TRANSAZZJONIJIET MSEMMIJA FL-ARTIKLU 28 (3) (B)

1. Entratura għall-ġrajjiet sportivi

2. Servizzi pprovduti mill-awturi, artisti,atturi, avukati u membri oħrajn tal-professjonijiet ħielsa, barra dawk il-professjonijiet mediċi u paramediċi, sa kemm dawn m'humiex servizzi speċifikati fl-Anness B mat-tieni Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967

3. Provvista ta' servizzi permezz ta' makkinarju agrikolu għall-individwi jew impriżi ta' assoċjazzjonijiet agrikoli

4. Provvista ta' greyhounds u żwiemel thoroughbred

5. Servizzi ta' telekomunikazzjonijiet fornuti mis-servizz postali pubbliku u provvisti ta' oġġetti inċidentali għalihom

6. Servizzi pprovduti mid-deffiena u servizzi krematorji, flimkien ma' l-oġġetti relatati magħhom

7. Transazzjonijiet mwettqa minn persuni għomja jew ħwienet tax-xogħol għall-għomja dejjem jekk dawn l-eżenzjonijiet ma jwasslux għal tfixkil sinjifikanti ta' kompetizzjoni

8. Il-provvista ta' oġġetti u servizzi lill-entitajiet uffiċjali responsabbli għall-kostruzzjoni, twaqqif u manteniment ta' ċimiterji, oqbra u monumenti li jikkomemoraw il-mejtin tal-gwerra

9. Trattament ta' annimali minn kirurgi veterinarji

10. Transazzjonijiet ta' sptarijiet li m'humiex koperti minn l-Artikolu 13 A (1) (b)

11. Servizzi ta' esperti in konnessjoni ma' stimi ta' talbiet ta' l-assigurazzjoni

12. Il-provvista ta' l-ilma mill-awtoritajiet pubbliċi

13. Immaniġġjar ta' kreditu u garanziji ta' kreditu minn persuna jew entità barra dik il-waħda li tagħti l-kreditu

14. Kollezzjoni tad-dejn

15. Is-salvagwardja u l-immaniġġjar ta' l-ishma, interessi fil-kumpanniji u assoċjazzjonijiet, debentures u sigurtajiet oħrajn jew strumenti negozjabbli, eskluż id-dokumenti li jistabilixxi titlu għall-oġġetti u garanziji msemmija fl-Artikolu 5(3)

16. Provvisti ta' dawk il-bini u l-art deskritti fl-Artikolu 4(3)

17. Trasport tal-passiġġieri

It-trasport ta' l-oġġetti bħal bagalji u karozzi li jakkompanjaw passiġġieri u l-provvista tas-servizzi li għandhom x'jaqsmu mat-trasport tal-passiġġieri, m'għandhomx ikunu eżenti sa kemm it-trasport tal-passiġġieri nfushom huwa eżenti

18. Il-provvista, modifikazzjoni, tiswija, manteniment, chartering u kiri ta' bastimeni f'kanali ta' l-ilma kummerċjali u l-provvista, kiri, tiswija u manteniment ta' tagħmir inkorporat jew użat għalhekk

19. Provvisti ta' xi oġġetti kapitali wara l-iskadenza tal-perjodu ta' l-aġġustament għal tnaqqis

20. Provvisti ta' materjal rekuperabbli u skart frisk industrijali

21. Oġġetti għall-għoti tal-karburant u l-provvediment ta' dgħajjes privati, li jipproċedu barra it-territorju nazzjonali

22. Oġġetti għall-għoti tal-karburant u provvediment ta' ajruplani għall-użu privat li jipproċedu barra t-territorju nazzjonali

23. Il-provvista, modifikazzjoni, tiswija, manteniment, charterting u kiri ta' ajruplani, inkluż tagħmir inkorportat jew użat għal hekk, minn istituzzjonijiet ta' l-Istat

24. It-trasport ta' l-oġġetti fuq ir-Rhine u l-kanali tal-Moselle, u transazzjonijiet marbuta magħhom

25. Il-provvista, modifikazzjoni, tiswija, manteniment, chartering u kiri ta' vapuri tal-gwerra

26. Transazzjonijiet li jikkonċernaw id-deheb barra deheb għall-użu industrijali

27. Is-servizzi ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar msemmija fl-Artikolu 26, u dawk l-aġenti ta' l-ivvjaġġar li jaġixxu fl-isem u akkont tal-vjaġġatur, għall-vjaġġi fil-Komunità

--------------------------------------------------

ANNESS G

DRITT TA' GĦAŻLA

1. Id-dritt ta' għażla riferut fl-Artikolu 28(3)(ċ) jista' jingħata f'dawn iċ-ċirkustanzi:

(a) fil-każ ta' transazzjonijiet speċifikati fl-Anness E:

L-Istati Membri li diġà jeżentaw dawn il-provvisti imma jagħtu wkoll l-għażla għal tassazzjoni, jistgħu jżommu dan id-dritt ta' għażla

(b) fil-każ ta' transazzjonijiet speċifikati fl-Anness F:

L-Istati Membri li proviżorjament iżommu d-dritt biex jeżentaw t-tali provvisti jistgħu jagħtu lill-persuni taxxabbli d-dritt għall-għażla għat-tassazzjoni

2. L-Istati Membri li diġà jagħtu dritt ta' għażla għal tassazzjoni li m'hix koperta bid-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 fuq jistgħu jħallu l-kontribwenti jeżerċitawha u jżommuha sa kemm mhux aktar tard mit-tmiem ta' tliet snin mid-data meta d-Direttiva tidħol fis-seħħ.

--------------------------------------------------