31977L0249



Official Journal L 078 , 26/03/1977 P. 0017 - 0018
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0196
Greek special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0249
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0196
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0224
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 1 P. 0224


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tat-22 ta’ Marzu 1977

biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati

(77/249/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 57 u 66 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, skond it-Trattat, kull restrizzjoni fuq il-provvediment tasservizzi li hi bbażata fuq in-nazzjonalità jew fuq kondizzjonijiet ta’ residenza ġiet ipprojbita mill-aħħar tal-perijodu transitorju;

Billi din id-Direttiva tittratta biss miżuri biex jiffaċilitaw it-twettiq effettiv ta’ l-attivitajiet ta’ l-avukati permezz tal-provvediment ta’ servizzi; billi miżuri iktar iddettaljati jkunu neċessarji biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment;

Billi jekk l-avukati għandhom jeżerċitaw effettivament il-libertà li jipprovdu servizzi l-Istati Membri li jospitaw għandhom jirrikonoxxu bħala avukati dawk il-persuni li jipprattikaw il-professjoni fl-Istati Membri varji;

Billi, ladarba din id-Direttiva tikkonċerna biss il-provvediment ta’ servizzi u ma tikkontjenix dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, persuna li għaliha tapplika d-Direttiva għandha tadotta t-titolu professjonali użat fl-Istat Membru li fih hija stabbilita, hawnhekk iżjed ’il quddiem magħruf bħala "l-Istat Membru li minnu tiġi",

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha, għall-attivitajiet ta’ l-avukati mwettqa permezz tal-provvediment tas-servizzi.

Minkejja kollox f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jirriservaw għal kategoriji preskritti ta’ avukati il-preparazzjoni ta’ dokumenti formali għall-otteniment tat-titolu biex jiġu amministrati fondi ta’ persuni mejta, u l-abbozzar ta’ dokumenti formali li joħolqu jew jittrasferixxu interessi fl-art.

il-Belġju: | Avocat — Advocaat |

id-Danimarka: | Advokat |

il-Ġermanja: | Rechtsanwalt |

Franza: | Avocat |

l-Irlanda: | Barrister Solicitor |

l-Italja: | Avvocato |

il-Lussemburgu: | Avocat — avoué |

l-Olanda | Advocaat |

ir-Renju Unit: | Advocate Barrister Solicitor |

2. L-Artikolu 2

Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala avukat għall-iskop tat-twettiq ta’ l-attivitajiet speċifikati fl-Artikolu 1(1) kull persuna elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.

L-Artikolu 3

Persuna msemmija fl-Artikolu 1 għandha tadotta t-titolu professjonali użat fl-Istat Membru li minnu tiġi, espress fil-lingwa jew waħda mill-lingwi, ta’ dak l-Istat, b’indikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni professjonali li biha hi awtorizzata tipprattika jew il-qorti ġudizzjarja li quddiemha hi intitolata tipprattika skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat.

L-Artikolu 4

1. L-attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali jew quddiem l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jitwettqu f’kull Stat Membru li jospita taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-avukati stabbiliti f’dak l-Istat, bl-eċċezzjoni ta’ xi kondizzjonijiet li jeħtieġu residenza, jew reġistrazzjoni ma’ organizzazzjoni professjonali, f’dak l-Istat.

2. Avukat li jwettaq dawn l-attivitajiet għandu josserva r-regoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li jospita, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu fl-Istat Membru li minnu jiġi.

3. Meta dawn l-attivitajiet huma mwettqa fir-Renju Unit, "irregoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li jospita" jfissru r-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli għallprokuraturi legali, meta dawn l-attivitajiet mhumiex riservati għall-barristers u l-avukati. Inkella r-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli għal ta’ l-aħħar għandhom japplikaw. Madanakollu, il-barristers mill-Irlanda għandhom dejjem ikunu soġġetti għar-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli fir-Renju Unit għall-barristers u l-avukati.

Meta dawn l-attivitajiet huma mwettqa fl-Irlanda "ir-regoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li jospita" jfisser, sa fejn huma jirregolaw il-preżentazzjoni verbali ta’ każ fil-qorti, ir-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli għall-barristers. Fil-każijiet l-oħrajn kollha r-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli għall-prokuraturi legali għandhom japplikaw. Madanakollu, il-barristers u l-avukati mir-Renju Unit għandhom dejjem ikunu soġġetti għar-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli fl-Irlanda għall-barristers.

4. Avukat li jwettaq attivitajiet ta’ xort’ oħra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jibqa’ soġġett għall-kondizzjonijiet u r-regoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li minnu jiġi mingħajr preġudizzju għal rispett għar-regoli, ikun x’ikun il-fonti tagħhom, li jirregolaw il-professjoni fl-Istat Membru li jospita, speċjalment dawk li jikkonċernaw l-inkompatibilità ta’ l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ avukat ma’ l-eżerċizzju ta’ attivitajiet oħrajn f’dak l-Istat, is-segretezza professjonali, ir-relazzjonijiet ma’ avukati oħrajn, il-projbizzjoni fuq l-istess avukat li jaġixxi għal partijiet b’interessi li jikkonfliġġu reċiprokament, u l-pubbliċità. Ir-regoli ta’ l-aħħar huma applikabbli biss jekk huma kapaċi li jiġu osservati minn avukat li mhuwiex stabbilit fl-Istat Membru li jospita u sakemm l-osservanza tagħhom hija oġġettivament ġustifikata sabiex jiġi assigurat, f’dak l-Istat, l-eżerċizzju kif suppost ta’ l-attivitajiet ta’ avukat, il-permanenza tal-professjoni u r-rispett għar-regoli li jikkonċernaw l-inkompatibilità.

L-Artikolu 5

Għat-twettiq ta’ l-attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali, Stat Membru jista’ jeħtieġ li avukati li għalihom japplika l-Artikolu 1:

- jiġu introdotti, skond ir-regoli jew id-drawwiet lokali, lillimħallef li jippresjedi u, meta approprjat, lill-President tal-Bar rilevanti fl-Istat Membru li jospita;

- jaħdmu flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem l-awtorità ġudizzjarja inkwistjoni u li, meta neċessarju, ikollu jwieġeb lil dik l-awtorità, jew permezz ta’ "avoué" jew "procuratore" li jipprattika quddiemha.

L-Artikolu 6

Kull Stat Membru jista’ jeskludi avukati li huma fl-impjieg salarjat ta’ impriża pubblika jew privata mit-twettiq ta’ attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ dik l-impriża fi proċeduri legali sa fejn avukati stabbiliti f’dak l-Istat m’għandhomx permess iwettqu dawk l-attivitajiet.

L-Artikolu 7

1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita tista’ titlob lill-persuna li tipprovdi s-servizzi li tistabbilixxi l-kwalifiki tagħha bħala avukat.

2. Fil-każ ta’ non-konformità ma’ l-obbligi msemmija fl-Artikolu 4 u fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita, l-awtorità kompetenti ta’ l-aħħar għandha tiddetermina skond ir-regoli u l-proċeduri proprji tagħha l-konsegwenzi ta’ din in-non-konformità, u għal dan il-għan tista’ tottjeni kull informazzjoni professjonali approprjata li tikkonċerna l-persuna li tipprovdi s-servizzi. Għandha tinnotifika l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li minnu tiġi l-persuna b’kull deċiżjoni meħuda. Dawn l-iskambji m’għandux jaffettwaw in-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni mogħtija.

L-Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri neċessarja biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn minnotifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Marzu 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

Judith Hart

[1] ĠU C 103, tal-5.10.1972, p. 19 u ĠU C 53, tat-8.3.1976, p. 33.

[2] ĠU C 36, tat-28.3.1970, p. 37 u ĠU C 50, ta’ l-4.3.1976, p. 17.

--------------------------------------------------