31976L0891



Official Journal L 336 , 04/12/1976 P. 0030 - 0048
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0232
Greek special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0226
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0232
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0240
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0240


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-4 ta’ Novembru 1976

fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ meters ta’ l-enerġija elettrika

(76/891/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [2],

Billi, fl-Istati Membri, kemm il-kostruzzjoni ta' u l-metodu ta' ttestjar ta’ meters ta’ l-enerġija elettrika huma suġġetti għal regolamenti stretti li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor u, konsegwentement, dan ifixkel il-kummerċ f’dawn il-meters; billi, huwa għalhekk neċessarju li dawn ir-regolamenti jiġu approssimati;

Billi, id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ disposizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl kif ukoll għal metodi ta’ kontroll metroloġiku [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 72/427/KEE [4], stabbiliet il-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE u l-verifika inizjali tal-KEE; billi, skond dik id-Direttiva, huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-ħtiġiet tekniċi għad-disinn u l-funzjoni ta' meters ta’ l-enerġija elettrika,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal meters induttivi ġodda mqabbda direttament, b’tariffa unika jew multipla, iddisinjati biex ikejlu l-enerġija attiva ta’ kurrent b’fażi waħda jew b’fażijiet multipli ta’ frekwenza ta’ 50Hz..

Artikolu 2

Il-meters ta’ enerġija elettrika li jistgħu jieħdu l-marki u s-sinjali tal-KEE huma deskritti fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Huma għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE u għandhom ikunu sottomessi għall-verifika inizjali tal-KEE.

Artikolu 3

L-Istati Membri ma jistgħux jipprevjenu, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqiegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta' meters ta’ enerġija elettrika jekk dawn il-meters jġibu s-sinjal ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew il-marka ta’ verifika inizjali tal-KEE.

L-Istati Membri li jużaw żbalji massimi permissibbli iżgħar minn dawk stabbiliti fid-Direttiva għall-verifika inizjali, jistgħu jkomplu jużaw dawn l-iżbalji massimi permissibbli għal perjodu ta’ ħames snin u nofs min-notifika ta’ din id-Direttiva.

Fid-dawl ta' l-esperjenzi miksuba f’dan il-perjodu ta’ deroga u tar-riżultati miksuba minn korpi internazzjonali, għandhom jittieħdu l-miżuri adatti qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ ħames snin u nofs, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 71/316/KEE.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar tan-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva ikun ikkomunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-4 ta’ Novembru 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. E. Westerterp

[1] ĠU C 23, 8.3.1974, pġ, 51.

[2] ĠU C 101, 23.11.1973, pġ.6.

[3] ĠU L 202, 6.9.1971, pġ.1

[4] ĠU L 291, 28.12.1972, pġ. 156.

--------------------------------------------------

ANNESS

KAPITOLU 1 – DEFINIZZJONIJIET

1. DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI TERMINI UŻATI F'DAN L-ANNESS

1.1. Kwantità jew fattur ta' influwenza

Kull kwantità jew kull fattur li mhux il-kwantità mkejla, l-effetti ta’ liema jistgħu jimmodifikaw ir-riżultat tal-kejl.

1.2. Varjazzjoni ta’ żball bħala riżultat fuq kwanità ta’ influwenza

Id-differenza bejn l-iżbalji tal-meter meta kwantità ta’ influwenza unika tassumi żewġ valuri speċifikati wieħed wara l-ieħor.

1.3. Valur ta’ referenza għal kwantità ta’ influwenza

Il-valur ta’ din il-kwantità fuq il-bażi ta’ liema jkunu ffissati ċerti karatteristiċi tal-meter.

1.4. Kurrent bażiku (Ib)

Il-valur tal-kurrent skond liema tkun iffissata l-eżekuzzjoni relevanti tal-meter.

1.5. Kurrent massimu (Imax)

Il-valur massimu tal-kurrent li fih il-meter għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

1.6. Fattur ta’ distorsjoni

Il-proporzjon tal-valur effettiv tal-kontenut armoniku meħud mit-tnaqqis tal-fattur fundamentali minn kwantità li talterna li mhix sinusojdali għall-valur effettiv tal-kwantità li mhux sinusojdali. Il-fattur ta’ distorsjoni huwa ġeneralment espress bħala persentaġġ.

1.7. Veloċità bażika

Il-veloċità nominali ta’ rotazzjoni tar-rotor espressa f’revoluzzjonijiet fil-minuta meta l-meter ikun taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza u jġorr il-kurrent bażiku fil-fattur ta’ enerġija unitarju.

1.8. torquebażiku

Il-valur nominali tat-torque fuq ir-rotor biex dan jinżamm wieqaf meta l-meter ikun taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza u jġorr il-kurrent bażiku fil-fattur ta’ enerġija unitarju.

1.9. Tip

Espressjoni użata biex tiddefinixxi l-meters kollha b’tariffa unika jew multipla, iffabbrikati mill-istess fabbrikant, li għalih jikkorrispondu:

- karatteristiċi metroloġiċi simili,

- uniformità ta’ kostruzzjoni tal-partijiet li jiddeterminaw dawn il-kwalitajiet,

- l-istess numru ta’ tidwiriet amper tal-koljaturi tal-kurrent għall-kurrent bażiku u l-istess numru ta’ tidwiriet għal kull volt tal-koljaturi tal-vultaġġ għall-vultaġġ ta’ referenza,

- l-istess proporzjon bejn il-kurrent massimu u l-kurrent bażiku.

It-tip jista’ jinkludi valuri differenti tal-kurrent bażiku u tal-vultaġġ ta’ referenza.

Kummenti

(a) Dawn il-meters għandhom jiġu ddisinnjati, mill-fabbrikant, bi grupp wieħed jew aktar ta' jew ittri jew numri, jew ta' assoċjazzjoni ta' ittri u numri. Kull tip għandu jkollu isem wieħed biss.

(b) It-tip għandu jiġi rrappreżentat minn tliet kampjuni ta’ meters li jkunu maħsuba għat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip, li l-karatteristiċi tagħhom (kurrent bażiku u vultaġġ ta' referenza) għandhom ikunu magħżula, mis-servizz metroloġiku kkonċernat, minn dawk li jidhru fit-tabelli li jkun ippropona l-fabbrikant (klawsola 6.1.1).

(ċ) Fil każ ta’ produzzjonijiet speċjali ta' l-istess tip, ir-riżultat tan-numru ta’ tidwiriet tal-koljaturi bil-valur tal-kurrent bażiku, jista’ jkun differenti minn dak tal-meters li jirrappreżentaw it-tip. L-eqreb valur tar-riżultat li jkun immedjatament aktar jew inqas għandu jkun magħżul sabiex ikun hemm numru sħiħ ta' tidwiriet.

Għal din ir-raġuni biss, in-numru ta’ tidwiriet tal-koljaturi tal-vultaġġ għal kull volt jista' jkun differenti b'mhux iktar minn 20 % ta' dak tal-meters kampjuni li jirrappreżentaw it-tip.

(d) Il-proporzjon ta’ bejn il-veloċità bażika l-iktar għolja u l-iktar baxxa ta’ rotazzjoni tar-rotor għal kull meter ta’ l-istess tip ma jistax jaqbeż il-1:5.

KAPITOLU II – SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET MEKKANIĊI

2.1. Ġenerali

Il-meters għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li, tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ perikli waqt l-użu normali tagħhom u taħt kondizzjonijiet normali, sabiex jiġu garantiti b'mod speċjali:

- is-sigurtà personali kontra xokk elettriku;

- is-sigurtà personali kontra l-effetti ta’ temperatura eċċessiva;

- is-sigurtà kontra l-firxa ta’ nar.

Il-partijiet kollha li huma suġġetti għall-korrużjoni taħt kondizzjonijiet normali ta’ xogħol għandhom jiġu prottetti b’mod effettiv. Kull kisi protettiv m'għandux ikollu t-tendenza li ssirlu ħsara meta dan jinżamm b'mod ordinarju jew jiġi affetwat b'mod offensiv bl-esposizzjoni tiegħu għall-arja, jew taħt kondizzjonijiet ordinarji ta' użu.

Il-meter għandu jkollu s-saħħa mekkanika adegwata u għandu jkun jista' jiflaħ għal temperatura għolja li għandha tendenza titla' f'kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni.

Il-komponenti għandhom ikunu marbuta b’mod ta' min jafdah u li jassigura li ma jinħallux waqt trasport jew waqt l-użu normali.

Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li jimpedixxu kull ftuħ taċ-ċirkuwitu, kif ukoll jinkludu l-kondizzjonijiet ta’ xi tagħbija żejda ta’ kurrent kif speċifikat f’din id-Direttiva.

Il-kostruzzjoni tal-meter għandha tkun tali li timminimizza r-riskji ta’ ċirkuwitu qasir ta’ l-iżolament ta’ bejn il-partijiet ħajjin u l-partijiet konduttivi aċċessibbli, minħabba li jkunu nħallu jew infetħu xi koljaturi, viti, eċċ, aċċidentalment.

2.2. Kaxxa

Il-kaxxa tal-meter għandha tkun virtwalment mingħajr trab u għandha tkun tista' tiġi ssiġillata b'tali mod li l-partijiet interni tagħha jkunu aċċessibli biss ladarba jinkiser is-siġill.

L-għatu m'għandux ikun jista' jitneħħa mingħajr l-użu ta' għodda, ta' munita jew ta’ strument simili.

Il-kaxxa għandha tkun mibnija u rranġata b’tali mod li, kull deformazzjoni li ma tkunx permanenti ma tipprojbixxix lill-meter li jopera b’mod sodisfaċenti.

Il-meters maħsuba biex jiġu mqabbda mal-mejns, li l-vultaġġ tagħhom b’relazzjoni ma' l-earth, ikun aktar minn 250 V, u li l-kaxxa tagħhom ikollha partijiet tal-metall li jkunu aċċessibbli, għandu jkollhom terminal ta' l-earth protettiv.

Għal-meters maħsuba biex jiġu kkonettjati mal-mejns, li l-vultaġġ ta' referenza tagħhom b’relazzjoni ma' l-earth, ikun ta' 250 V jew inqas, u li jkollhom kaxxa magħmula kollha jew parzjalment mill-metall, għandhom jittieħdu disposizzjonijiet adattati biex il-kaxxa titqabbad ma' l-earth.

2.3. Twieqi

Jekk l-għatu tal-meter ma jkunx trasparenti, dan għandu jkollu tieqa waħda jew iktar sabiex jippermetti l-qari tar-reġistru u l-osservazzjoni tal-moviment tar-rotor. It-twieqi għandhom ikunu mgħottija bi plakki ta’ materjal trasparenti li ma jkunux jistgħu jitneħħew sakemm ma jitkissirx is-siġill.

2.4. Terminali – blokki tat-terminali

It-terminali għandhom jinġabru flimkien f'wieħed jew aktar blokki tat-terminali, li jkollhom saħħa mekkanika suffiċjenti li jippermettu li jkunu jistgħu jitwaħħlu magħhom kondutturi u kejbils riġidi.

It-terminali tal-vultaġġ għandhom ikunu jistgħu jiġu skonnettjati mit-terminali tad-dħul tal-kurrent mingħajr diffikultà.

Il-konnessjoni tal-kondutturi mat-terminali għandha ssir b’tali mod li tassigura kuntatt suffiċjenti u durabbli, sabiex ma jkun hemm l-ebda riskju li dawn jinħallu jew li jkun hemm sħana eċċessiva. It-toqob, li huma estenzjoni tat-toqob tat-terminali fil-materjal iżolatur, għandhom ikunu kbar biżżejjed li jippermettu li l-iżolazzjoni tal-kondutturi tiġi mdaħħla faċilment.

Nota

Il-materjal li tkun magħmula minnu l-plakka tat-terminali għandu jissodisfa t-test imniżżel fir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-ISO R75 (1958), sezzjoni 6, għal temperatura ta' 135oC.

2.5. L-għatu tat-terminali

It-terminali tal-meter għandhom ikunu mgħottija b’għatu tat-terminali li jkun jista’ jiġi ssiġillat independentement mill-għatu tal-meter. Meta l-meter ikun immuntat fuq it-tavla tiegħu, wieħed m'għandux ikun jista' jilħaq it-terminali mingħajr ma jkisser is-siġilli fuq l-għatu tat-terminali. L-għatu tat-terminali għandu għaldaqstant jgħatti l-plakka tat-terminali, il-viti li jorbtu lill-kondutturi ta’ ġot-terminali u, jekk hemm bżonn, tul suffiċjenti tal-kondutturi li jaqbdu u l-iżolament tagħhom.

2.6. Reġistru (mekkaniżmu ta’ għadd)

Ir-reġistri jistgħu jkunu tat-tip taċ-ċilindru jew tat-tip ta' l-indikatur.

L-unità tar-reġistru għandha tkun il-kilowott fis-siegħa.

Fir-reġistri tat-tip taċ-ċilindru, l-unità għandha tiġi mmarkata qrib is-sett ta’ ċilindri

Fir-reġistri tat-tip ta’ l-indikatur, il-kwadranti (barra l-kwadranti li juru l-inqas valur) għandhom jiġu mifruda f'għaxar diviżjonijiet ugwali u nnumerati miż-żero sad-disgħa. L-unitajiet tal-kwadrant għandhom jiġu maqsuma f’diviżjonijiet ta’ 1 d ≅ kWh u ħdejn kull wieħed mill-kwadranti l-oħra għandu jiġi mmarkat in-numru ta' siegħat ta’ kilowatt li jikkorrispondu ma’ diviżjoni waħda ta’ dak il-kwadrant, jiġifieri, 10, 100, 1000, 10000.

Il-kwadrant ta’ reġistri tat-tip ta’ l-indikatur, jew ta' reġistri tat-tip taċ-ċilindru, li jindika wieħed minn għaxra ta' l-unità tal-qari, għandu jkun ikkulurit fix-xiefer, jew ikkulurit.

Barra minn hekk, il-kwadrant, jew iċ-ċilindru li jdur kontinwament, li jindika l-inqas valuri, għandu jindika skala ta’ 100 diviżjonijiet ugwali jew kull arranġament ieħor li jagħti preċiżjoni simili fil-qari.

Ir-reġistru għandu jkun jista’ jirrekordja, miż-żero u għal minimu ta' 1500 siegħa, l-enerġija li tikkorrispondi mal-kurrent massimu fil-vultaġġ ta' referenza u l-fattur ta’enerġija unitarja.

L-indikazzjonijiet kollha li jidhru fuq ir-reġistru għandhom ikunu indelibbli u leġġibli b’mod faċli.

2.7. Id-direzzjoni ta’ rotazzjoni tar-rotoru l-immarkar tar-rotor

Ix-xifer tar-rotor, li jkun l-iktar qrib ta' osservatur li jkun qed iħares lejn il-meter minn quddiem, għandu jiċċaqlaq mix-xellug għal-lemin. Id-direzzjoni tar-rotazzjoni għandha tkun immarkata bi vleġġa li tkun viżibbli b'mod ċar u indelibbli.

Ix-xifer jew ix-xifer u l-wiċċ tan-naħa ta’ fuq tad-disk għandu jġorr il-marka prinċipali, b’wisa’ ta’ bejn 1 minn għoxrin u wieħed minn tletin taċ-ċirkonfernza tad-disk biex jiffaċilita l-għadd tan-numru ta’ rivoluzzjonijiet.

Id-disk jista’ wkoll iġorr il-marki li jippermettu li jsiru testijiet stroboskopiċi jew oħrajn. Dawn il-marki m'għandhomx jimpedixxu l-użu tal-marka prinċipali meta din tkun użata fl-għadd fotoelettriku tan-numri ta’ revoluzzjonijiet tad-disk.

3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ELETTRIĊI

3.1. Telfiet ta’ enerġija

3.1.1. Ċirkuwiti ta’ vultaġġ

It-telf f’kull ċirkuwitu ta’ vultaġġ f’vultaġġ ta’ referenza, fi frekwenza ta’ referenza u f’temperatura ta’ referenza m'għandhomx jaqbżu 2W u 8VA għall-meters b’fażi waħda u 2W u 10VA għall-meters b'fażijiet multipli

3.1.2. Ċirkuwiti ta’ kurrent

Għall-meters li jkollhom kurrent bażiku inqas minn 30A, l-enerġija li tidher li ġiet meħuda minn kull ċirkuwitu f’kurrent bażiku, fi frekwenza ta' referenza u f'temperatura ta’ referenza m'għandhiex taqbeż il- 2.5 VA. Għal kurrenti bażiċi iktar għoljin, din m'għandhiex taqbeż il- 5 VA.

3.2. Tisħin

F’kondizzjonijiet normali ta’ użu, il-koljaturi u l-iżolazzjoni m’għandhomx jilħqu temperatura li tista' taffettwa b'mod offensiv it-tħaddim tal-meter.

Meta ċ-ċirkwit ikollu l-massimu tal-kurrent u kull vultaġġ taċ-ċirkwit (kif ukoll ċirkwiti awżljarji użati għal iżjed ħin milli suppost) ikollhom vultaġġ ta’ 1.2 drabi iktar mir-riferenza tal-vultaġġ, u l-għoli tat-temperatura tad-diversi partijiet ma għandiex taqbeż l-40 grad Ċelsius.

Il-meter għadu jkun eżminat għal mhux iżjed minn sagħtejn, u ma għandux ikun espost għad-dawl tax-xemx.

Partijiet tal-meter | Δf’oC |

Koljaturi | 60 |

Wiċċ estern tal-kaxxa | 25 |

Barra minn hekk, wara t-test, il-meter m'għandux ikollu xi ħsara u għandu jissodisfa t-test tal-vultaġġ AC tal-klawsola 3.3.3.

It-temperatura tat-koljaturi għandha tiġi determinata bil-metodu tal-varjazzjoni tar-reżistenza (ara l-Pubblikazzjoni 28 ta’ l-IEC, "Speċifikazzjonijiet Internazzjonali għall-ittemprar tat-tip tar-ram").

Meta wieħed ikun qed ikejjel ir-reżistenza taċ-ċirkuwitu, il-konnessjonijiet ta' l-alimentazzjoni tal-meter għandhom ikunu ta’ l-anqas 100ċm twal u jkollhom sezzjoni trasversali tali li d-densità tal-kurrent tkun inqas minn 4 A/mm2. Il-kejl tal-varjazzjoni tar-reżistenza għandu jsir fil-konnessjonijiet tal-kaxxa tat-terminali.

3.3. Karatteristiċi dielettriċi

Il-meter u, jekk ikun hemm, l-istrumenti awżiljari inkorporati, għandhom ikunu tali li jżommu l-kwalitajiet dielettriċi adegwati f'kondizzjonijiet normali ta' użu, meta wieħed jikkonsidra l-influwenzi atmosferiċi u l-vultaġġi differenti li huma suġġetti għalihom iċ-ċirkuwiti tagħhom f'kondizzjonijiet normali ta' użu.

Konsegwentement, il-meter għandu jkun jista' jiflaħ mingħajr ma ssirlu ħsara għat-testijiet ta’ prova tad-dielettriċita, mogħtija fid-dettall fil-klawsoli 3.3.2 u 3.3.3.

It-testijiet għandhom isiru biss fuq meter li huwa kompletament ġdid, bl-għatu tiegħu (barra fejn hu indikat hawn taħt) u bl-għatu tat-terminali f'posthom, bil-viti tal-kondutturi marbuta mal-konduttur applikabbli massimu mqiegħed fit-terminali.

Dawn it-testijiet għandhom isiru darba biss fuq kull meter, u l-proċedura għandha tkun skond il-Pubblikazzjoni 60 ta’ l-IEC: "Testijiet ta’ vultaġġ għoli (1962)".

Nota:

Meta l-arranġamenti tat-terminali ta’ meter ikunu differenti minn dawk tal-meter li jkun oriġinarjament soġġett għall-approvazzjoni tat-tip, għandhom isiru t-testijiet kollha tal-karatteristika tad-dielettriċita għall-arranġamenti terminali differenti.

Għall-fini ta’ dawn it-testijiet, it-terminu "earth" ifisser kif ġej:

(a) meta l-kaxxa tal-meter tkun magħmula kollha minn metal, l-earth tkun il-kaxxa nnifisha mpoġġijja fuq superfiċi ċatta konduttriċi;

(b) meta l-kaxxa tal-meter jew parti minnha tkun magħmula minn materjal iżolanti, l-earth ikun fojl konduttiv mqabbad mas-superfiċi ċatta konduttriċi li fuqha jitpoġġa l-meter.

Meta l-għatu tat-terminali jippermetti dan, għandha titħalla distanza ta’ approssimament 2cm bejn il-fojl u t- toqob għall-kondutturi fil-kaxxa tat-terminali.

Matul it-testijiet ta’ l-impuls u tal-vultaġġ a.c., iċ-ċirkuwiti li ma jsirilhomx it-test għandhom jiġu mqabbda jew mal-frejm jew ma’ l-earth kif huwa indikat hawn taħt.

L-ewwel għandu jsir it-test ta’ l-impuls, imbagħad isir it-test tal-vultaġġ ta’ l-a.c.

Matul dawn it-testijiet, m'għandu jkun hemm l-ebda flashover, l-ebda ħruġ ta’ ċarġ elettriku jew ta' arja li jisfrattaw it-testijiet.

Wara dawn it-testijiet, m'għandu jkun hemm l-ebda bidla fil-persentaġġ ta' żball tal-meter li jkun ikbar mill-inċertezza ta' l-istrument.

F’din is-sezzjoni, l-espressjoni "it-terminali kollha" tfisser is-sett kollu ta’ terminali taċ-ċirkuwiti kurrenti, taċ-ċirkuwiti tal-vultaġġ, u, jekk ikun hemm, ta’ ċirkuwiti awżiljari li jkollhom vultaġġ ta’ referenza ’l fuq minn 40V.

3.3.1. Kondizzjonijiet ġenerali għal testijiet ta' kwalità dielettrika

Dawn it-testijiet għandhom ikunu magħmula f’kondizzjonijiet normali ta’ użu. Matul it-test, il-kwalità ta’ l-iżolament m'għandhiex tkun imħassra bit-trab u b’umdità anormali.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-kondizzjonijiet normali għat-testijiet ta’ iżolament huma:

- temperatura tal-post minn 15oC sa 25oC

- umidità relattiva minn 45 % sa 75 %

- pressjoni atmosferika minn 86.103 sa 106. 103 Pa

( minn 860 mbar sa 1060 mbar)

3.3.2. Test ta’ vultaġġ ta’ impuls

It-test tal-vultaġġ ta' impuls huwa maħsub biex jiddetermina l-kapaċità tal-meter li jiflaħ għal perjodi qsar ta’ valuri għolja ta' vultaġġ eċċessiv, mingħajr ma jkun hemm ħsara.

Nota:

L-għan ta’ dawn it-testijiet, skond il-klawsola 3.3.2.1, huwa essenzjalment li jassigura, minn naħa, il-kwalità ta' l-iżolament tal-koljaturi tal-vultaġġ bejn tidwiriet u bejn saffi u, minn naħa l-oħra, l-iżolament bejn ċirkuwiti differenti tal-meter li f'użu normali huma mqabbda ma' kondutturi ta' fażijiet differenti tal-mejns li bejnhom jista' jkun hemm vultaġġ eċċessiv.

It-test ipprovdut fil-klawsola 3.3.2.2 huwa maħsub biex jipprovdi verifika ġenerali ta' l-imġieba ta' l-iżolament taċ-ċirkuwiti elettriċi kollha fil-meter relattiv ma’ l-earth. Dan l-iżolament jirrapreżenta fattur essenzjali ta’ sigurtà għan-nies fil-każ li jkun hemm vultaġġ eċċessiv fuq il-mejns.

L-enerġija tal-ġeneratur użat f’dawn it-testijiet għandha tkun skond il-kondizzjonijiet relevanti tal-Pubblikazzjoni 60 ta' l-IEC. Il-forma tal-mewġa ta' l-impuls hija dik standardizzata 1.2/50 u l-valur tal-quċċata tagħha huwa 6kV. Għal kull test, il-vultaġġ ta’ impuls huwa applikat għal għaxar darbiet bl-istess polarità.

3.3.2.1. Test ta’ iżolament ta’ ċirkuwiti ta’ vultaġġ u ta’ iżolament bejn iċ-ċirkuwiti

It-test għandu jsir b'mod indipendenti fuq kull ċirkuwitu (jew assemblea ta' ċirkuwiti) li, f'użu normali, huma iżolati miċ-ċirkuwiti l-oħra tal-meter. It-terminali taċ-ċirkuwiti li mhumiex suġġetti għal vultaġġ ta' l-impuls għandhom ikunu mqabbda ma’ l-earth.

Għaldaqstant, meta f’użu normali, il-vultaġġ u ċ-ċirkuwiti tal-kurrent ta’ element mexxej huma mqabbda flimkien, it-test għandu jsir fuq it-totalità. It-tarf l-ieħor taċ-ċirkuwitu tal-vultaġġ għandu jkun imqabbad ma' l-earth u l-vultaġġ ta' l-impuls għandu jkun applikat bejn it-terminali ta’ ċirkuwitu tal-kurrenti u l-earth.

Meta diversi ċirkuwiti ta’ vultaġġ ta’ meter ikollhom punt komuni, dan il-punt għandu jitqabbad ma' l-earth u l-vultaġġ ta' l-impuls ikun applikat suċċessivament bejn kull wieħed mit-trufijiet indipendenti (jew iċ-ċirkuwitu tal-kurrent imqabbad miegħu) u l-earth.

Iċ-ċirkuwiti awżiljari li huma maħsuba biex jaqbdu direttament il-mejns u li jkollhom vultaġġ ta' referenza 'l fuq minn 40V, għandhom ikunu suġġetti għat-test tal-vultaġġ ta' l-impuls fl-istess kondizzjonijiet li diġà ġew mogħtija għaċ-ċirkuwiti ta’ vultaġġ. Iċ-ċirkuwiti awżiljari l-oħra m’għandhomx jiġu ttestjati.

3.3.2.2. Test ta’ iżolament ta’ ċirkuwiti elettriċi relattivi ma' l-earth.

It-terminali kollha taċ-ċirkuwiti tal-meter, barra dawk taċ-ċirkuwiti awżiljari li għandhom vultaġġ ta' referenza li mhux ikbar minn 40 V, għandhom jiġu mqabbda flimkien.

Iċ-ċirkuwiti awżiljari li għandhom vultaġġ ta’ referenza li mhux aktar minn 40 V, għandhom jiġu mqabbda ma' l-earth.

Il-vultaġġ ta' l-impuls għandu jiġi applikat bejn iċ-ċirkuwiti kollha tal-meter u l-earth.

3.3.3. Test tal-vultaġġ A.C.

It-testijiet tal-vultaġġ a.c. għandhom isiru skond it-tabella ta' hawn taħt.

Il-vultaġġ tat-test għandu jkun sostanzjalment sinusojdali, u jkollu frekwenza ta’ 50Hz applikata għal minuta. L-għajn ta’ enerġija għandha tkun tiflaħ ta' l-anqas 500 VA.

Matul it-testijiet A u B fit-tabella hawn taħt, iċ-ċirkuwiti li ma jkunux ġew ippreżentati għat-test ta' vultaġġ għandhom ikunu mqabbda mal-frejm.

Matul it-testijiet relattivi ma’ l-earth (Ċ fit-tabella li ġejja) iċ-ċirkuwiti awżiljari li l-vultaġġ ta' referenza tagħhom ma jkunx aktar minn 40V għandhom jiġu mqabbda ma' l-earth.

Valur tal-vultaġġ tat-test r.m.s. | Punti fejn jiġi applikat il-vultaġġ tat-test |

A.Testijiet li jistgħu isiru mingħajr l-għatu u mingħajr l-għatu tat-terminali

| —bejn il-frejm u: |

2 kV | (a)kull assemblaġġ ta’ koljaturi ta’ vultaġġ tal-kurrent ta’ l-istess element wieħed li jmexxi, li f’użu normali, ikunu mqabbda flimkien, imma li jkunu separati u iżolati b'mod xieraq miċ-ċirkuwiti l-oħra; |

2 kV | (b)Kull ċirkuwitu awżiljaru jew set ta’ċirkuwiti awżiljari li għandhom punt komuni, fejn il-vultaġġ ta’ referenza huwa aktar minn 40V; |

500 V | (ċ)Kull ċirkuwitu awżiljari li għandu vultaġġ ta’ referenza li mhux akbar minn 40V. |

600V jew id-doppju tal-vultaġġ applikat lill-koljaturi tal-vultaġġ taħt kondizzjonijiet ta’ referenza, fejn il-vultaġġ ta' referenza huwa akbar minn 300V (għandha tapplika l-ogħla figura) | B.Testijiet li jistgħu jsiru bl-għatu tat-terminali mneħħi imma bl-għatu f'postu meta dan ikun magħmul mill-metall |

—bejn iċ-ċirkuwitu tal-kurrent u ċ-ċirkuwitu tal-vultaġġ ta’ kull element li jmexxi, normalment mqabbdin flimkien, fejn din il-konessjoni tiġi temporanjament miksura matul it-test |

C.Test li għandu jsir bil-kaxxa magħluqa, bl-għatu u l-għatu tat-teminali f'posthom

2 kV | —bejn iċ-ċirkuwiti tal-kurrenti u tal-vultaġġ kollha, kif ukoll iċ-ċirkuwiti awżiljari li l-vultaġġ ta' referenza tagħhom huwa aktar minn 40 V imqabbda flimkien u ma’ l-earth tal-meter. |

4. DETTALJI LI GĦANDHOM JIDHRU FUQ IL-METERS

4.1. Plakka ta’ klassifika

Kull meter għandu jġorr plakka ta' klassifika li għandha tkun jew il-kwadrant tar-reġistru jew plakka mwaħħla ġol-meter.

Id-dettalji li ġejjin, għandhom jiġu mogħtija hemmhekk b’mod indelibbli, leġibbli b’mod ċar u viżibbli:

(a) il-marka ta’ identifikazzjoni tal-fabbrikant jew l-isem kummerċjali tiegħu;

(b) l-isem tat-tip;

(ċ) is-sinjal li jiċċertifika li l-meter għandu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE;

(d) id-deskrizzjoni tan-numru u l-arranġament ta' l-elementi mexxejja, jew fil-forma: b’fażi unika żewġ wajers, bi tliet fażijiet erba’ wajers, eċċ, jew bl-użu ta’ simboli li jikkonformaw ma' l-istandard armonizzat fuq livell Komunitarju;

(e) il-vultaġġ ta’ referenza;

(f) il-kurrent bażiku u l-kurrent massimu, fil-forma: 10 – 40 A jew 10 (40) A;

(g) il-frekwenza ta’ referenza 50 Hz;

(h) il-kostanti tal-meter f’wieħed minn dawn il-forom: x Wh/rev ojew x revs/kWh;

(i) in-numru tas-serje tal-meter u s-sena tal-fabbrikazzjoni;

(j) it-temperatura ta’ referenza, jekk din tkun differenti minn 23oC

Il-meter jista’ jġorr ukoll informazzjoni dwar il-post tal-fabbrikazzjoni, deskrizzjoni kummerċjali, numru speċjali tas-serje, l-isem tal-furnitur ta’ energija, sinjal ta’ konformità ta' l-istandard Ewropew u n-numru ta’ identifikazzjoni tad-dijagramma tal-konnessjoni. Kull informazzjoni jew skrizzjoni oħra għandha tiġi pprojbita, sakemm din ma jkollhiex awtorizzazzjoni speċjali.

4.2. Dijagramma ta’ konnessjoni u mmarkar tat-terminali

Kull meter għandu jġorr dijagramma ta’ konnessjoni li huwa faċilment identifikat li juri il-korrispondenza bejn it-terminali konnettivi, li jinkludi t-terminali strumentali awżiljari u l-kondutturi li għandhom jitqabbdu. Għall-meters bi tliet fażijiet, għandha tidher is-sekwenza tal-fażi li għalih huwa maħsub il-meter. Id-dijagramma ta’ konnessjoni jista’ jkollu numru ta’ referenza stampat fuq il-plakka ta’ klassifika. Jekk it-terminali tal-meters iġorru xi marki, dawn għandhom jiġu indikati fid-dijagramma. Dijagrammi li juru l-konnessjoni jistgħu jiġu sostitwiti b’numru ta’ referenza speċifikat fl-istandard nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih ikun qed jintuża' l-meter.

KAPITOLU III – KONDIZZJONIJIET METROLOĠIĊI

5. KONDIZZJONIJIET METROLOĠIĊI

5.1. Żbalji massimi permissibbli

Taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza deskritti fil-klawsola 5.2, meters b’fażi unika u meters ta’ fażijiet multipli b'load ibbilanċjata li ma taqbiżx l-iżbalji indikati fit-Tabella I, u l-meters ta’ fażijiet multipli b’load ta’ fażi unika (taħt vultaġġi bbilanċjati) m’għandhomx jaqbżu l-iżbalji indikati fit-Tabella II.

TABELLA I

Valur tal-kurrent | Fattur ta’ enerġija | Żbalji massimi permissibbli (±) |

0.05 Ib. | 1 | 2.5% |

0.01 Ib< I < Imax | 1 | 2.0% |

0. 1 Ib | 0.5 induttiv | 2.5% |

0.02Ib< I < Imax | 0.5 induttiv | 2.0% |

TABELLA II

Valur tal-kurrent | Fattur ta’ enerġija | Żbalji massimi permissibbli (±) |

0.2Ib, < I < Ib. | 1 | 3.0% |

Ib< I < Imax | 1 | 4.0% |

Ib. | 0.5 induttiv | 3.0% |

B’kurrent bażiku u fattur ta’ enerġija unitarja, id-differenza bejn l-iżball fuq meter b'load ta’ fażi unika u l-persentaġġ ta’ żball meta l-load ta’ fażijiet multipli jkunu bbilanċjati ma għandhiex taqbeż 2.5 %.

Nota:

Il-load ta’ fażi unika ta’ meter bi tliet fażijiet għandha tiġi mifthiema bħala waħda li hija assoċjata ma’ fażi waħda għal vultaġġ newtrali ta' sistema b’erba’ wajers (li wieħed minnhom ikun newtrali) jew fażi waħda għal vultaġġ ta’ fażi ta’ sistema ta’ tliet wajers (mingħajr newtrali). F’kull każ, is-sistema kollha ta’ vultaġġi għandha tibqa' kkonnettjata mal-meter.

5.2. Kondizzjonijiet ta’ referenza

Ħlief meta eċċezzjoni tkun ikkunsidrata espressament fl-Anness, it-testijiet li jiddeterminaw l-iżbalji u l-varjazzjonijiet ta' l-iżbalji bħala funzjoni tal-kwantitajiet ta' influwenza għandhom isiru skond il-kondizzjonijiet ta' referenza li ġejjin:

(a) il-meter għandu jkun magħluq, jiġifieri l-għatu tal-meter għandu jkun f'postu;

(b) fil-każ ta’ reġistri tat-tip taċ-ċilindru, għandu jitħaddem biss iċ-ċilindru li jdur l-aktar malajr, anke jekk dan ma jkunx jidher;

(ċ) qabel kull kejl, il-vultaġġ għandu jkun tqabbad għal ta’ l-anqas siegħa u l-kurrenti ta' l-ittestjar għandhom ikunu aġġustati billi l-valuri jiġu miżjuda jew imnaqqsa progressivament u jkunu mqabbda għal tul ta’ żmien biżżejjed biex il-veloċità tar-rotazzjoni tar-rotor tkun ġiet stabbilizzata;

Barra minn hekk, għall-meters b’fażijiet multipli:

(d) l-ordni tal-fażijiet għandhom jikkorrispondu mas-sekwenza diretta (kif jidher fid-dijagramma ta' konnessjoni);

(e) il-vultaġġi u l-kurrenti għandhom ikunu bbilanċjati għal raġunijiet prattiċi, jiġifieri:

- kull vultaġġ bejn linja u newtrali jew bejn żewġ linji m'għandux ikun differenti b’aktar minn 1 % mill-medja tal-vultaġġi korrispondenti;

- kull kurrent fil-kondutturi m’għandux ikun differenti b’aktar minn 2% tal-medja ta’ dawn il-kurrenti;

- iċ-ċaqlieq tal-fażijiet ippreżentat minn kull wieħed mill-kurrenti mal-fażi korrispondenti mal-vultaġġ newtrali m’għandux ikun differenti minn wieħed għall-ieħor b’aktar minn 2o, ikun x‘ikun il-fattur ta’ enerġija.

Il-valuri ta’ referenza tal-kwantitajiet ta’ influwenza huma indikati fit-Tabella III.

TABELLA III

Kwantitajiet ta’ influwenza | Valur ta’ referenza | Tolleranza |

Temperatura tal-post | Temperatura ta’ referenza, jew jekk mhux indikat, 23oC | ± 2oC |

Pożizzjoni użata | Pożizzjoni vertikali użata | ± 0.5oC |

Vultaġġ | Vultaġġ ta’ referenza | ± 1 % |

Frekwenza | Frekwenza ta’ referenza 50 Hz | ± 0.5 % |

Forma tal-mewġa | Vultaġġi u kurrenti ta' forma sinusojdali | Fattur ta’ distorsjoni ta’ anqas minn 3% |

Induzzjoni manjetika ta’ oriġini esterna, 50Hz | Induzzjoni manjetika xejn | Valur ta’ induzzjoni li ma jipproduċix varjazzjoni ta’ żball relattiv ta’ aktar minn 0.3 % |

5.3. Effetti tal-kwantitàjiet ta’ influwenza

Il-varjazzjonijiet fl-iżball għandhom jiġu ddeterminati għal kull kwantità ta’ influenza taħt il-kondizzjonijiet indikati fit-Tabella IV, jekk il-kondizzjonijiet l-oħra mniżżla fil-klawsola 5.2 jiġu osservati.

TABELLA IV

Kwantitajiet ta’ influwenza | In-natura tat-testijiet u l-kondizzjonijiet | Fattur ta’ enerġija | Il-valur massimu tal-koeffiċjent tat-temperatura medju (±) |

Temperatura | Minn 0.1 Ib sa Imax | 1 | 0.1 % /oK |

Minn 0.2 Ib sa Imax | 0.5 Induttiv | 0.15 % /oK |

Kwantitajiet ta’ influwenza | In-natura tat-testijiet u l-kondizzjonijiet | Fattur ta’ enerġija | Il-valur massimu tal-koeffiċjent tat-temperatura medju (±) |

Varjazzjoni fl-iżball massimu permissibbli (±) |

Pożizzjoni | Għal inklinazzjoni ta’ 3o lejn il-vertikal f’kwalunkwe direzzjoni: | |

0.05 Ib | 1 | 3.0 % |

Ib u Imax | 1 | 0.5% |

Vultaġġ | Għal varjazzjoni ta’ 10% f'kwalunkwe direzzjoni f’relazzjoni mal-vultaġġ ta’ referenza | | |

0.1 Ib | 1 | 1.5 % |

0.5 Imax | 1 | 1.0 % |

0.5 Imax | 0.5 (induttiv) | 1.5 % |

Frekwenza | Għal varjazzjoni ta’ 5% f’kull direzzjoni, kontra 50Hz | | |

0.1 Ib | 1 | 1.5 % |

0.5 Imax | 1 | 1.3 % |

0.5 Imax | 0.5 (induttiv) | 1.5 % |

Forma ta’ mewġa | Għal żieda ta’ 10% fit-ton armoniku tat-tielet ordni tal-mewġa tal-kurrent | | |

f’Ib | 1 | 0.8 % |

Induzzjoni manjetika ta’ oriġini esterna | Għal induzzjoni manjetika ta’ 0.5 mT, fil-frekwenza ta’ referenza, taħt l-aktar kondizzjonijiet li mhux favorevoli ta’ fażi u direzzjoni: | | |

f’Ib | 1 | 3.0 % |

Sekwenza ta’ fażi maqluba | Għat-taqlib tas-sekwenza tal-fażi diretta: | | |

0.5 Ib sa Imax (load ibbilanċjata) | 1 | 1.5 % |

0.5Ib f’load ta’ fażi waħda | 1 | 2.0 % |

Field manjetika ta’ aċċessorju | 0.05 Ib | 1 | 1.0 % |

Load mekkanika tar-reġistru jew ta’ kull reġistru tal-meter li għandu rati multipli | 0.05 Ib | 1 | 2.0 % |

5.4. L-effett ta’ eċċess qawwi iżda temporanju ta' enerġija

Iċ-ċirkuwitu tal-prova għandu jkun virtwalment mhux induttiv. Wara li jiġi applikat l-eċċess temporanju ta’ enerġija, il-vultaġġ għandu jinżamm fit-terminali u l-meter għandu jitħalla jistrieħ għal żmien biżżejjed biex jirkupra t-temperatura inizjali (bejn wieħed u ieħor siegħa).

Il-meters għandhom ikunu kapaċi jġorru tlugħ f’daqqa tal-kurrent (miksub, per eżempju, minn disċarġ ta’ kondenser jew mill-mejns via l-kontroll tal-rettifikatur semikonduttur) b’valur tal-quċċata ugwali għal 50 darba l-kurrent massimu (sa 7000A) u valur dejjem aktar minn 25 darba l-kurrent massimu (jew 3500 A) għal minuta.

Fl-aħħar tat-test, il-varjazzjoni ta' l-iżball m’għandhiex tkun akbar minn 1.5% b’kurrent bażiku u fattur bażiku ta’ enerġija unitarja.

5.5. Varjazzjoni fl-iżball minħabba sħana ġġenerata fiha nfisha

Wara li l-ewwel dan jinżamm taħt vultaġġ ta’ referenza għal ta’ l-anqas siegħa mingħajr kurrent fornit liċ-ċirkuwiti, il-kurrent massimu stmat għandu jiġi applikat għall-koljaturi tal-kurrent. L-iżball tal-meter għandu jiġi kkalkulat immedjatament wara li dan jibda jitħaddem u mbagħad f'intervalli qosra biżżejjed li jippermettu li tiġi pplottjata b'mod korrett il-kurva tal-varjazzjoni ta’ żball bħala funzjoni taż-żmien.

It-test għandu jitkompla għal ta' l-anqas siegħa, u f'kull avveniment sakemm il-varjazzjoni nnotata fuq perjodu ta' 20 minuta ma tkunx aktar minn 0.2%.

Il-varjazzjoni fl-iżball minħabba sħana ġġenerata fiha nfisha mkejla, kif huwa indikat aktar ’il fuq, m’għandhiex tkun aktar minn 1% tal-fattur ta' enerġija unitarja u 1.5% għal 0.5 fattur ta' enerġija.

5.6. Tħaddim mingħajrload

Taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-klawsola 5.2, meta ċ-ċirkuwiti tal-kurrent tal-meter ikunu miftuħa, ir-rotor m'għandux jaħdem waħdu għal valur ta' vultaġġ ta' bejn 80% u 110% tal-vultaġġ ta' referenza: ir-rotor jista’ jdur ftit imma m’għandu taħt l-ebda ċirkostanzi jdur revoluzzjoni kompleta. Fil-każ ta’ reġistru tat-tip taċ-ċilindru, din il-kondizzjoni għandha tapplika meta jkun qed jitħaddem ċilindru wieħed.

5.7. ll-bidu

Taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-klawsola 5.2, jekk kurrent ugwali għal 0.5 % tal-kurrent bażiku bil-fattur ta' enerġija unitarja jgħaddi mill-meter, dan għandu jibda u jkompli jdur. Għandu jiġi vverifikat li r-rotor qiegħed żgur jagħmel dawra kompleta. Fil-każ ta’ reġistru tat-tip taċ-ċilindru, din il-kondizzjoni għandha tapplika meta jkun qed jitħaddem ċilindru wieħed biss.

5.8. Qbil tar-reġistru mal-qari tal-konstant tal-meter.

Il-proporzjon ta’ bejn in-numru ta' revoluzzjonijiet tar-rotor tal-meter u l-indikazzjoni tar-reġistru għandu jkun korrett.

5.9. Marġini ta’ aġġustament

Meter irranġat biex ikun konformi mal-kondizzjonijiet preżenti għandu jkollu ta' l-inqas il-marġini ta' aġġustament li ġejjin:

(a) Aġġustament meta jkun hemm load kompluta:

± 4% tal-varjazzjoni tal-veloċità tar-rotor għal kurrent ugwali għal nofs il-kurrent massimu, bil-vultaġġ ta’ referenza, frekwenza ta’ 50 Hz u fattur ta’ enerġija unitarja.

(b) Aġġustament meta jkun hemm load ħafifa:

± 4% tal-varjazzjoni tal-veloċità tar-rotor b’5% tal-kurrent bażiku, bi frekwenza ta’ 50Hz, il-vultaġġ ta’ referenza u fattur ta’ enerġija ta’ unità.

(ċ) Aġġustament meta jkun barra minn fażi (jekk il-meter ikun jiflaħ dan l-aġġustament):

± 1% tal-varjazzjoni tal-veloċità tar-rotor fuq fattur ta’ enerġija ta’ 0.5 (induttiv) b’kurrent ugwali għal nofs il-kurrent massimu, frekwenza ta’ 50Hz u l-vultaġġ ta’ referenza.

KAPITOLU IV – APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

Approvazzjoni tat-tip tal-KEE tal-meters ta' l-enerġija elettrika għandha toħroġ skond il-kondizzjonijiet tad-Direttiva 71/316/KEE. Uħud minn dawn il-kondizzjonijiet huma speċifikat taħt dan il-Kapitolu.

6. Approvazzjoni tat-tip tal-KEE

6.1. Proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE

6.1.1. Dokumenti tekniċi

Talba ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

- disinn u possibbilment ritratt tal-meter komplut;

- deskrizzjoni dettaljata tal-kostruzzjoni tal-meter u tal-komponenti prinċipali tiegħu (li tinkludi kull varjazzjoni);

- disinni tal-komponenti prinċipali li ġejjin (li jinkludi kull varjazzjoni):

il-bażi, il-manku u l-punti tat-twaħħil,

l-għatu,

il-plakka tat-terminali u l-għatu,

l-element mexxej, il-koljaturi u l-fetħa għall-arja,

l-element li jibbrejkja u l-metodu ta' aġġustament,

ir-reġistru/i,

ir-rotor,

il-bearings tar-rotor tan-naħa ta’ fuq u ta’ taħt,

l-istrumenti li jikkompensaw it-temperatura,

strumenti li jikkompensaw load eċċessiva ta’ kurrent,

aġġustament tal-load induttiv,

aġġustament ta’ load ħafifa,

ċirkuwiti awżiljari,

plakka ta’ klassifika

- diagramma tal-kondensjonijiet interni u esterni (li jinkludi ċ-ċirkuwiti awżiljari) li juri s-segwenza tal-fażi;

- it-tabelli tal-vultaġġ u tal-koljaturi tal-kurrenti kollha, jiġifieri, in-numru ta’ dawriet, id-daqs tal-kondutturi, u l-iżolament;

- tabella tal-kostanti tal-meter u t-torques għall-valuri kollha tal-vultaġġ u tal-kurrent;

- deskrizzjoni ta’ u disinn li juri, l-pożizzjonijiet maħsuba għall-verifika tal-marki u tas-siġilli.

6.1.2. Preżentazzjoni ta’ meters ippreżentati għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE

Talba ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandu jkollha magħha l-preżentazzjoni ta' tliet meters li jirrappreżentaw it-tip (ara klawsola 1.9 (b)).

L-awtorità kompetenti tista' ssaqsi li jiġu ppreżentati meters addizzjonali jekk:

- l-applikazzjoni tirreferi mhux biss għat-tliet meters li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu hawn fuq, imma wkoll għal varjant wieħed jew ħafna ta’ dan (il-materjal tal-kaxxa, strumenti ta’ tariffi multipli, indikazzjoni remota u strumenti ta’ kontra l-qlib, eċċ) li jistgħu jiġu kkunsidrati li huma ta’ l-istess tip, b’mod partikolari meta l-arranġament tat-terminali jkun differenti;

- l-applikazzjoni hi għall-estenzjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip preċedenti.

6.2. Eżami ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE

Il-meters ippreżentati għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet tekniċi mogħtija fil-klawsoli 2,3 u 4 u mal-ħtiġiet metroloġiċi tal-klawsola 5.

Madankollu, sabiex jiġu kkunsidrati żbalji possibbli fil-metodi ta’ kalibrar, l-assi ta' axxiża jistgħu, meta l-kurvi ta' żball li jikkorrispondu mat-Tabelli I u II jkunu qed jiġu pplottjati, jiġu mċaqalqa għal kull wieħed minn dawk il-kurvi sa 1% għal pożizzjoni parallela.

6.3. Il-kejl ta’ punti għat-testijiet ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE

Meta t-testijiet li jirrispettaw il-kondizzjonijiet metroloġiċi mogħtija fil-klawsola 5 ikunu qed isiru, għandu jsir kejl ta’ l-anqas il-punti li ġejjin:

- għal kull meter b'fażi waħda, u għal meters li għandhom fażijiet multipli b'load ibbilanċjati, b'fattur ta' enerġija unitarja:

5%, 10%, 20%, 50% u 100% ta’ Ib u kull multiplu sħiħ ta' Ib sa Imax;

- għal kull meter b'fażi waħda, u għal meters li għandhom fażijiet multipli b'load ibbilanċjati, b'fattur ta' enerġija ta' 0.5 (induttiv):

10%, 20%, 50% u 100% ta’ Ib u kull multiplu sħiħ ta' Ib sa Imax;

- għal meters b'fażijiet multipli li għandhom load ta’ fażi waħda:

20%, 50% u 100% ta’ Ib, 50% Imax u Imax b’fattur ta’ enerġija unitarja u Ib b’fattur ta’ enerġija ta' 0.5 (induttiv).

Dawn it-testijiet għandhom isiru suċċessivament fil-fażijiet kollha.

L-effetti tal-kwantitajiet ta’ influwenza għandhom jiġu eżaminati għal ta' l-anqas il-punti li ġejjin:

- l-influwenza tat-temperatura tal-post

0.1 Ib, Ib u Imax (fattur ta’ enerġija unitarja),

0.2 Ib, Ib u Imax (0.5 fattur ta’ enerġija induttiv);

- l-influwenza tal-pożizzjoni, l-vultaġġ, il-frekwenza, il-forma tal-mewġa, l-induzzjonijiet manjetiċi esterni, l-għalqa manjetika ta’ aċċessorju u tal-load mekkanika ta’ kull reġistru għall-punti u taħt il-kondizzjonijiet mogħtija fit-Tabella IV;

- l-influwenza ta' l-inversjoni tal-fażijiet (meters b’fażijiet multipli)

għal 0.5 Ib, Ib u Imax b’load bbilanċjata u b’fattur ta’ enerġija unitarja,

u għal 0.5 Ib b’load b'fażi waħda u fattur ta’ enerġija unitarja (dan it-test ta' l-aħħar għandu jiġi repetut għal kull wieħed mill-fażijiet).

Barra minn hekk, għandhom isiru wkoll it-testijiet li ġejjin:

- għandhom isiru t-testijiet ta’ load eċċessiva qawwija imma temporanja ta’ enerġija, ta’ sħana prodotta minnha nfisha u tal-bidu u tal-verifika tal-marġini ta' aġġustament skond kif hemm imniżżel fil-klawsoli 5.4, 5.5, 5.7 u 5.9;

- testijiet li jsiru mingħajr load għandhom isiru bi 80%, 100% u 110% tal-vultaġġ ta' referenza;

- it-test tar-reġistru għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-klawsola 5.8. It-tul tat-test għandu jkun suffiċjenti biex l-ineżattezza tal-qari ma taqbiżx ±0.2%.

6.4. Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE

Iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandu jkollu miegħu d-deskrizzjonijiet, id-disinni u d-diagrammi neċessarji biex jidentifikaw it-tip u biex jispjegaw il-funzjoni tiegħu.

KAPITOLU V – VERIFIKA INIZJALI TAL-KEE

Il-verifika inizjali ta' l-KEE tal-meters ta' l-enerġija elettrika għandha ssir skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 71/316/KEE. Ma’ dawn il-ħtiġiet għandhom jiżdiedu d-disposizzjonijiet speċjali li ġejjin:

7. VERIFIKA INIZJALI TAL-KEE

Il-verifka inizjali tal-meters ta' l-enerġija elettrika għandha tikkonsisti f’testijiet ta’ aċċettazzjoni u f’eżamijiet ta’ konformità għat-tip approvat.

7.1. Testijiet ta’ aċċettazzjoni

It-testijiet ta’ aċċettazzjoni tal-meters għandhom jiggarantixu l-kwalità tagħhom fir-rigward tal-punti elenkati fil-klawsola 7.11.

7.1.1. In-natura tat-testijiet ta' aċċettazzjoni

(1) - test tas-saħħa dielettrika;

(2) – Verifika tal-katatteristiċi mekkaniċi bl-għatu tal-meter imwaħħal;

(3) - test ta’ tħaddim mingħajr load;

(4) – test tal-bidu;

(5 sa 10) – Testijiet ta’ preċiżjoni;

(11) – Verifika tal-kostant.

It-testijiet għandhom isiru preferibbilment fl-ordni ta' hawn fuq, kif hemm iddettaljat fil-klawsoli 7.1.2 u 7.1.3.

7.1.2. Kondizzjonijiet ta' l-aċċettazzjoni tat-testijiet

It-testijiet għandhom isiru fuq kull meter, bl-għatu mwaħħal, apparti għal ċerti karatteristiċi mekkaniċi u, jekk neċessarju għall-iċċekkjar tar-reġistru.

Madankollu, meta l-verifika inizjali issir fil-post tax-xogħol tal-fabbrikant, it-testijiet jistgħu jsiru bl-għatu mneħħi sakemm ikun ġie aċċettat minn qabel li dan ma jkollu prattikament l-ebda effett fuq il-prestazzjoni tal-meter. Madankollu, meta l-karatteristiċi dielettriċi jkunu ċċekkjati, l-għatu tal-meter għandu jitwaħħal. Wara li t-test tas-saħħa dielettrika jkun sar b’mod sodisfaċenti, iżda qabel kull test ieħor, il-meter għandu jiġi fornut bl-elettriku għal ta’ l-anqas nofs siegħa bil-vultaġġ ta' referenza u b'kurrent ta' madwar 0.1 Ib, b’fattur ta’ enerġija unitarja. Dan jippermetti li ċ-ċirkuwitu ta’ vultaġġ jisħon minn qabel u li jiġi ċċekkjat li r-rotor qed idur bla tfixkil.

It-testijiet Numri 3 sa 11 għandhom isiru skond il-kondizzjonijiet mogħtija fit-Tabella III jew it-Tabella V

TABELLA V

Kwantità ta’ influwenza | Valur ta’ referenza | Tolleranza (±) |

Temperatura tal-post | 23oC | 2oC |

Pożizzjoni | Vertikali | 1o |

Vultaġġ | Vultaġġ ta’ referenza | 1.5 % |

Frekwenza | 50 Hz | 0.5 % |

Il-Forma tal-vultaġġ u tal-mewġa tal-kurrent | Sinusojdali | Fattur ta’ distorsjoni ta’ mhux aktar minn 5 % |

Induzzjoni manjetika esterna ta’ frekwenza ta’ 50 Hz | Xejn | Induzzjoni li ma ġġib l-ebda varjazzjoni fl-iżball li hi ikbar minn ± 0.3 % f’0.1 Ib għall-fattur ta’ enerġija unitarja |

B’addizzjoni għall-meters b'fażijiet multipli |

Ordni ta' fażi | Sekwenza diretta | |

Żbilanċ ta’ vultaġġi u kurrenti | Xejn | Bħal fil-klawsola 5.2 (e) li tbiddel 1% b’1.5 % |

7.1.3. It-twettiq tat-testijiet ta’ aċċettazzjoni

7.1.3.1. Test tas-saħħa dielettrika (test Numru 1)

It-test tal-vultaġġ a.c. għandu jikkonsisti f’li wieħed japplika vultaġġ li jalterna bi frekwenza ta’ 50Hz u b’valur effettiv ta’ 2kV għal minuta bejn it-terminali kollha interkonnessi u s-superfiċji tal-metall ċatta li fuqha jkun impoġġi l-meter. Għal dan it-test, dawk iċ-ċirkuwiti awżiljari li għandhom vultaġġ nominali ta' 40V jew inqas għandhom jiġu mqabbda mas-superfiċi tal-metall ċatta.

It-test għandu jsir mill-fabbrikant fuq kull strument fuq responsabbiltà tiegħu. Is-servizz metroloġiku addattat għandu jiċċekkjah.

7.1.3.2. Il-verifiki li għandhom isiru bl-għatu mwaħħal (test Numru 2)

- il-kondizzjoni apparentement tajba tal-kaxxa u tal-plakka tat-terminali;

- pożizzjonament korrett tal-kwadrant;

- il-preżenza tad-dettalji preskritti kollha.

7.1.3.3. Tħaddim mingħajr load (test Numru 3)

L-għażla bejn iż-żewġ testijiet li ġejjin għandha titħalla f’idejn is-servizz metroloġiku addattat:

- meta l-meter jiġi fornut bl-elettriku b'vultaġġ ta' referenza, bil-fattur ta' enerġija unitarja, b'kurrent ugwali għal 0.001Ib, ir-rotor m'għandux jagħmel revoluzzjoni kompleta.

- it-test għandu jsir skond il-klawsola 5.6.

7.1.3.4. Il-bidu (test Numru 4)

Meta t-test tat-tħaddim mingħajr load ikun sar skond il-kondizzjonijiet imniżżla fil-kopja tal-klawsola 7.1.3.3, it-test tal-bidu għandu jsir kif ġej:

- meta l-meter jiġi fornut bl-elettriku b'vultaġġ ta' referenza, b’fattur ta' enerġija unitarja, b'kurrent ugwali għal 0. 006 Ib, ir-rotor għandu jibda jaħdem u jdur aktar minn darba.

Meta t-test tat-tħaddim mingħajr load ikun sar skond il-kondizzjonijiet imniżżla fit-tieni kopja tal-klawsola 7.1.3.3, it-test tal-bidu għandu jsir skond il-klawsola 5.7.

Nota:

It-testijiet 3 u 4 għandhom isiru fuq meters b'fażijiet multipli bil-fażijiet kollha taħt load.

7.1.3.5. Test ta’ preċiżjoni (testijiet Numri 5 sa 10)

It-testijiet ta' preċiżjoni għandhom isiru għall-valuri tal-kurrent u għall-fatturi ta' enerġija indikati fit-Tabella VI. M’hemmx bżonn li wieħed jistenna sakemm il-koljaturi jkunu fil-bilanċ termali. Peress li l-kondizzjonijiet li taħthom isiru t-testijiet mhumiex normalment il-kondizzjonijiet standard għall-approvazzjoni tat-tip, il-valuri tat-Tabella ta’ hawn taħt, li jagħtu aktar latitudni, huma użati minflok il-valuri tat-Tabelli I u II.

TABELLA VI

Numru tat-test | Valur tal-kurrent | Fattur ta’ enerġija | Meters | Load tal-meters b’fażijiet multipli | Żball massimu permissibbli (±) |

5 | 0.05 Ib | 1 | B’fażi waħda u b’fażijiet multipli | Ibbilanċjata | 3.0 % |

6 | Ib | 1 | B’fażi waħda u b’fażijiet multipli | Ibbilanċjata | 2.5 % |

7 | Ib | 0.5 Induttiv | B’fażi waħda u b’fażijiet multipli | Ibbilanċjata | 2.5 % |

8 u 9 | Ib | 1 | B’fażijiet multipli | Fażi waħda load (test wieħed minn tnejn tal-fażijiet) | 3.5 % |

10 | Imax | 1 | B’fażi waħda u b’fażijiet multipli | Ibbilanċjata | 2.5 % |

Nota:

It-test numru 5 li jsir fuq il-meters b'tariffi multipli għandu jiġi ripetut għal kull qari li jikkorrispondi ma’ tariffa differenti. Il-kalamita/i elettriċi li jaġġustaw it-tariffi għandu jkollhom l-elettriku skond l-ispeċifikazzjoni tad-dijagramma tal-konnessjoni.

Il-limiti ta’ l-iżball permissibbli ma jistax jiġi użat sistematikament fl-istess direzzjoni.

7.1.3.6. Iċċekkjar tal-qbil tar-reġistru mal-kostant tal-meter (test Numru 11)

Għandu jkun ivverifikat illi l-proporzjon bejn in-numru ta’ rivoluzzjonijiet tar-rotor tal-meter u l-qari tar-reġistru/i huwa korrett.

7.1.3.7. Inċertezzi tal-kejl

Il-karatteristiċi ta' l-istrumenti tal-kejl u ta' l-apparat l-ieħor użat biex isiru t-testijiet Numri 5 sa10 u fejn japplika 11, għandhom ikunu tali li l-iżbalji ta’ kejl jistgħu jiġu attribwiti lilhom ma jaqbżux b’valur relattiv:

- ± 0.4% b’fattur ta’ enerġija unitarja,

- ± 0.6% b’0.5 ta’fattur ta' enerġija (induttiv),

7.2. L-eżami għall-konfomità tat-tip approvat

7.2.1. In-natura ta' l-eżami għall-konformità tat-tip approvat

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-karatteristiċi metroloġiċi tal-meters iffabbrikati u ppreżentati għall-verifika inizjali humiex konformi mal-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jista' jsir eżami ta' konformità għat-tip approvat f'intervalli determinati mill-awtorità metroloġika kompetenti, fuq tliet meters magħżula skond kif jinzerta wara li jkunu saru t-testijiet ta' aċċettazzjoni.

Dan l-eżami għandu jikkonsisti f’test wieħed jew aktar magħżula minn dawk deskritti f’din id-Direttiva (klawsoli 3 u 5), b’mod partikolari minn dawk li jservu biex jiddeterminaw l-effetti tal-kwantitajiet ta’ influwenza.

Dawn it-testijiet għandhom jiġu kondotti taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza deskritti fil-klawsola 5.2 u bil-punti ta’ kejl mogħtija fil-klawsola 6.3.

Il-punti li ġejjin jistgħu wkoll jiġu vverifikati wara li tkun infetħet il-kaxxa:

- il-kwalità tal-protezzjoni tas-superfiċi, per eżempju, taż-żebgħa,

- il-proporzjon tal-ger,

- in-natura tas-sett tal-gerijiet tar-reġistru

- il-kwalità ta' l-istann u/jew ta' l-iwweldjar.

- kemm huma ssikkati l-viti,

- l-assenza ta’ limaturi u ta’ trab metalliku,

- il-marġini ta' l-aġġustament (spezzjoni viżwali).

Nota

Meta meters ta’ tip approvat huma ffabbrikati bi produzzjoni regolari, ikun aħjar jekk il-frekwenza ta' l-eżami għall-konformità tat-tip approvat tkun fil-proporzjon mal-volum ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, din il-proċedura għandha ssir kull darba li jiġu skoperti difetti sistematiċi matul it-testijiet ta’ aċċettazzjoni jew oħrajn.

7.3. Marki ta’ verifika u siġillar tal-KEE

Il-meters li jkunu għaddew b'suċċess it-testijiet tal-verifika inizjali għandhom jiġu stampati bil-marki ta’ verifika inizjali tal-KEE.

Is-siġilli għandhom jinkludu l-marki ta' verifika inizjali tal-KEE u għandhom jiġu mwaħħla b'tali mod li jassiguraw li ma jkunx possibbli li wieħed ikollu aċċess għall-partijiet interni tat-tħaddim tal-meter mingħajr ma jinkisru s-siġilli ta’ verifika inizjali tal-KEE.

--------------------------------------------------