31969L0493



Official Journal L 326 , 29/12/1969 P. 0036 - 0039
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0115
Danish special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0581
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0115
English special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0599
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0042
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0170
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0170


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-15 ta’ Diċembru 1969

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall

(69/493/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi, fir-rigward ta’ l-użu ta’ deskrizzjoni speċjali għal prodotti tal-ħġieġ tal-kristall u l-obbligu konsegwenti li jikkonċerna l-kompożizzjoni ta’ dawn il-prodotti, hemm differenzi bejn ir-regoli ta’ ċerti Stati Membri; billi dawk id-differenzi jostakolaw il-kummerċ f’dawn il-prodotti u jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fil-Komunità;

Billi dawk l-ostakoli għat-twaqqif u l-funzjonament kif suppost tas-suq komuni jistgħu jiġu eliminati bl-adozzjoni ta’ l-istess ħtiġiet mill-Istati Membri kollha;

Billi, fir-rigward tad-deskrizzjonijiet stabbiliti għall-kategoriji varji tal-ħġieġ tal-kristall u għall-karatteristiċi ta’ dawk il-kategoriji, l-iskop tad-disposizzjonijiet Komunitarji li għandhom jiġu adottati hu li jipproteġu x-xerrej kontra l-frodi u l-fabbrikant li josserva dawk id-disposizzjonijiet;

Billi l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ regoli Komunitarji teħtieġ it-twaqqif ta’ metodi standard biex jiġu determinati l-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi ta’ prodotti tal-ħġieġ tal-kristall li jkollhom deskrizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 70.13 tat-Tariffa Doganali Komuni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarja biex jassiguraw li l-kompożizzjoni, il-karatteristiċi tal-fabbrikant u l-ittikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, u l-forom kollha ta’ pubbliċità għal dawn il-prodotti, jikkonformaw mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva u fl-Anness magħha.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jipprevjenu d-deskrizzjonijiet fil-kolonna (b) ta’ l-Anness I milli jintużaw kummerċjalment għal prodotti li m’għandhomx il-karatteristiċi korrispondenti speċifikati fil-kolonni (d) sa (g) ta’ l-Anness I.

Artikolu 4

1. Jekk prodott kopert b’din id-Direttiva jkollu waħda mid-deskrizzjonijiet elenkati fil-kolonna (b) ta’ l-Anness I, jista’ wkoll ikollu s-simbolu korrispondenti ta’ identifikazzjoni muri u deskritt fil-kolonni (h) u (i) ta’ dak l-Anness.

2. Meta trade mark, l-isem ta’ impriża jew kull iskrizzjoni oħra jkollha, bħala parti ewlenija, bħala aġġettiv jew bħala għerq, deskrizzjoni li tidher fil-kolonni (b) u (ċ) ta’ l-Anness I jew deskrizzjoni li tista' tiġi konfuża magħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jassiguraw li dik it-trade mark, isem jew iskrizzjoni jkunu immedjatament preċeduti b’li ġej, f’ittri prominenti ħafna:

(a) id-deskrizzjoni tal-prodott, meta dak il-prodott ikollu karatteristiċi speċifikati fil-kolonni (d) sa (g) ta’ l-Anness I;

(b) dikjarazzjoni tan-natura eżatta tal-prodott, meta dak il-prodott ma jkollux karatteristiċi speċifikati fil-kolonni (d) sa (g) ta’ l-Anness I.

Artikolu 5

Id-deskrizzjoni u s-simboli ta’ identifikazzjoni mogħtija fl-Anness I jistgħu jidhru fuq l-istess tikketta.

Artikolu 6

Il-metodi stabbiliti fl-Anness II, u biss dawk il-metodi, għandhom jintużaw biex jivverifikaw li l-prodotti li jġibu deskrizzjonijiet u simboli ta’ identifikazzjoni jkollhom il-karatteristiċi li jikkorrispondu magħhom kif speċifikat fil-kolonni (d) sa (g) ta’ l-Anness I.

Artikolu 7

Prodotti maħsuba għall-esportazzjoni mill-Komunità m’għandhomx ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn notifika tagħha u għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni bihom. Hekk kif tiġi notifikata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ukoll jassiguraw li jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien biżżejjed biex hi tagħti l-osservazzjonijiet tagħha, għal xi abbozzi sussegwenti ta' liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi ewlenija li huma jipproponu li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-15 ta' Diċembru 1969.

Għall-Kunsill

Il-President

H.J. de koster

[1] ĠU Nru C 108, 19.10.1968, p. 35.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista tal-kategoriji tal-ħġieġ tal-kristall

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

METODI BIEX JIĠU STABBILITI L-PROPRJETAJIET KIMIĊI U FIŻIĊI TAL-KATEGORIJI TAL-ĦĠIEĠ TAL-KRISTALL

1. ANALIŻI KIMIKA

1.1. BaO u PbO

1.1.1. Dożaġġ tal-kombinazzjoni BaO + PbO

Iżen, sa 0,0001 gramma, bejn wieħed u ieħor 0.5 grammi ta’ trab tal-ħġieġ u qiegħed f’dish tal-platinum. Xarrab kemm kemm bl-ilma u żid 10 millimetri ta’ soluzzjoni ta' 15% ta’ aċidu tal-kubrit u 10 millimetri aċidu idrofluworiku. Saħħan f’banju tar-ramel sakemm jingħataw dħaħen bojod. Ħallih jiksaħ u ttratta għal darb’oħra b’10 millimetri aċidu idrofluworiku. Saħħan sakemm jerġgħu jidhru d-dħaħen bojod. Ħallih jiksaħ u laħlaħ il-ġnub tad-dish bl-ilma. Saħħan sakemm jerġgħu jidhru d-dħaħen bojod. Ħallih jiksaħ, b’attenzjoni żid 10 millimetri ilma, imbagħad ittrasferixxi għal beaker ta’ 400 millimetru. Laħlaħ id-dish diversi drabi b’10% aċidu tal-kubrit u ddiluwixxi ma’ 100 millimetru ta’ l-istess soluzzjoni. Għalli għal 2-3 minuti. Ħallih wieqaf tul il-lejl.

Għaddi minn crucible ta’ l-iffiltrar b’porosità 4, aħsel l-ewwel nett b’10% soluzzjoni ta’ aċidu tal-kubrit, imbagħad darbtejn jew tliet darbiet b’alkoħol etiliku. Nixxef għal siegħa f’forn b’ 150 ºC. Iżen BaSO4 + PbSO4.

1.1.2. Dożaġġ tal-BaO

Iżen, sa 0,0001 gramma, madwar 0.5 grammi ta’ trab tal-ħġieġ u qiegħed f’dish tal-platinum. Xarrab kemm kemm bl-ilma u żid 10 millimetri ta’ aċidu idrofluworiku u 5 millimetri aċidu perkloriku. Saħħan f’banju tar-ramel sakemm jingħataw dħaħen bojod.

Ħallih jiksaħ u żid 10 millimetri oħra aċidu idrofluworiku. Saħħan sakemm jerġgħu jidhru d-dħaħen bojod. Ħallih jiksaħ u laħlaħ il-ġnub tad-dish b’ilma ddistillat. Saħħan għal darb’oħra u evapora sakemm kważi niexef. Erġa ibda b’ 50 millilitru ta’ 10% soluzzjoni ta’ aċidu idrofluworiku u saħħan bil-mod biex tgħin id-dissoluzzjoni. Ittrasferixxi għal beaker ta’ 400 millilitru u iddiluwixxi sa 200 millilitru bl-ilma. Ħallih sa ma jagħli u għaddi kurrent ta’ sulfat ta’ l-idroġenu mis-soluzzjoni taħraq. Meta l-preċipitat tas-sulfat taċ-ċomb jaqa’ fil-qiegħ tal-beaker, itfi s-sulfat ta’ l-idroġenu. Għaddi minn karta filtranti rqiqa u aħsel b’ilma kiesaħ saturat b’sulfat ta’ l-idroġenu.

Għalli l-filtrati u mbagħad, jekk neċessarju, naqqashom bl-evaporazzjoni għal 300 millilitru. Żid mat-taħlita li tkun qed tagħli 10 millilitri ta’ 10% soluzzjoni ta’ aċidu tal-kubrit. Neħħi mis-sħana u ħallih joqgħod għal mill-inqas erba’ sigħat.

Għaddi minn karta filtranti rqiqa, aħsel b’ilma kiesaħ. Ikkalċina l-preċipitat sa 1050 ºC, u iżen il-BaSO4.

1.2. Dożaġġ taż-ZnO

Evapora l-filtrati mis-separazzjoni ta’ BaSO4 sabiex tnaqqas il-volum tagħhom għal 200 millilitru. Innewtralizza bl-ammonja fil-preżenza ta’ metil aħmar u żid 20 millilitri ta’ N/10 aċidu sulfuriku. Aġġusta l-pH għal 2 (il-meter pH) billi żżid N/10 aċidu sulfuriku jew N/10 caustic soda skond il-każ, u ppreċipita s-sulfat taż-żingu fil-kesħa billi tgħaddi kurrent tas-sulfat ta’ l-idroġenu. Ħalli l-preċipitat joqgħod għal erba’ sigħat, imbagħad iġbor fuq karta filtranti rqiqa. Aħsel b’ilma kiesaħ issaturat b’sulfat ta’ l-idroġenu. Ħoll il-preċipitat fuq il-filtru billi tferra’ minnu 25 millilitri ta’ 10% soluzzjoni taħraq ta’ aċidu idrokloriku. Aħsel il-filtru b’ilma jagħli sakemm jinkiseb volum ta’ madwar 150 millilitri. Innewtralizza bl-ammonja fil-preżenza ta’ karta litmus, imbagħad żid 1-2 grammi urotropina solida biex twassal s-soluzzjoni għal madwar pH5. Żid ftit qtar ta’ 0,5% soluzzjoni milwiema ta’ xylenol orange appena ppreparata u ddoża ma’ soluzzjoni N/10 ta’ Complexon III sakemm ir-roża jinbidel għal isfar taċ-ċitru.

1.3. Dożaġġ tal-K2O

bil-preċipitazzjoni u l-użin tal-potassium tetraphenylborate.,

Proċedura: | 2 grammi tal-ħġieġ huma attakkati, wara li jitgħaffġu u jitgħarblu, |

| b’2 millilitri HNO3 kkonċentrat |

| 15-il millilitru HCO4 |

| 25 millilitru HF |

f’dish tal-platinum fuq banju ta’ l-ilma imbagħad f’banju tar-ramel. Wara li jingħataw dħaħen densi ta’ aċidu perkloriku (kompli sakemm niexfa), ħoll b’20 millilitru ilma jaħraq u 2-3 millilitri HC1 ikkonċentrat.

Ittrasferixxi għal fjasketta ggradwata ta’ 200 millilitri u aġġusta għall-volum b’ilma ddistillat.

Ir-Riaġenti: 6 % soluzzjoni tas-sodu tetraphenylborate: ħoll 1.5 grammi tar-riaġent f’ 250 millilitri ilma ddistillat. Neħħi d-dardir ħafif li jibqa’ billi żżid gramma ta’ alumina idrata. Ċaqlaq għal ħames minuti u ffiltra, waqt li tieħu ħsieb li terġa’ tiffiltra l-ewwel 20 millilitri ottenuti.

Soluzzjoni tal-ħasil għall-preċipitat: ipprepara ftit mill-melħ tal-potassju bi preċipitazzjoni f’soluzzjoni ta’ madwar 0.1 gramma KV1 sa 50 millilitru N/10 HC1 li fih is-soluzzjoni tat-tetraphenylborate titferra waqt li titħawwad, sakemm tieqaf il-preċipitazzjoni. Iffiltra minn sinter Aħsel b’ilma ddistillat. Nixxef f’dessikatur f’temperatura tal-kamra. Imbagħad ferra 20-30 milligrammi ta’ dak il-melħ f’ 250 millilitru ta’ ilma ddistillat. Ħawwad minn ħin għall-ieħor. Wara tletin minuta, żid 0.5-1 gramma ta’ alumina idrata. Ħawwad għal ftit minuti. Iffiltra.

Il-Metodu ta’ l-operazzjoni: Ħu alikwot tad-diġest ta’ l-aċidu li jikkorrispondi għal madwar 10 milligrammi ta’ K2O. Iddiluwixxi għal madwar 100 millilitru. Bil-mod żid is-soluzzjoni tar-riaġent, madwar 10 millilitri għal kul 5 milligrammi ta’ K2O assunti, waqt li tħawad bil-mod. Ħallih joqgħod għal massimu ta’ ħmistax-il minuta mbagħad iffiltra minn tared sintered crucible ta’ porosità 3 jew 4. Aħsel bis-soluzzjoni tal-ħasil. Nixxef għal tletin minuta b’120 ºC. Il-Fattur tal-konverżjoni 0.13143 għal K2O.

1.4. Tolleranzi

± 0.1 f’valur assolut għal kull determinazzjoni. Jekk l-analiżi tagħti valur iktar baxx, fit-tolleranzi, mil-limiti ffissati (30,24 jew 10%), il-medja ta’ mill-inqas tlett analiżi għandha tittieħed. Jekk dik il-medja hija akbar minn jew ugwali għal 29.95, 23.95 jew 9.95 rispettivament, il-ħġieġ għandu jiġi aċċettat fil-kategorija li tikkorrispondi għal 30,24 u 10% rispettivament.

2. DETERMINAZZJONIJIET FIŻIĊI

2.1. Densità

Il-metodu b’bilanċ idrostatiku sa madwar ± 0.01 Kampjun ta’ mill-inqas 20 gramma jintiżen fl-arja u jintiżen meta mgħaddas f’ilma ddistillat ta’ 20 ºC.

2.2. L-indiċi ta’ refrazzjoni

L-indiċi jitkejjel fuq il-meter tar-refrazzjoni sa madwar ± 0.001

2.3. Mikroebusija

L-ebusija tal-vickers għandha titkejjel skond l-istandard ASTM E 92-65 (Reviżjoni 1965) imma bl-użu ta’ tagħbija ta’ 50 gramma u billi tittieħed il-medja ta’ 15-il determinazzjoni.

--------------------------------------------------