31968R1612



Official Journal L 257 , 19/10/1968 P. 0002 - 0012
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0033
Danish special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0467
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0033
English special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0475
Greek special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0033
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0077
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 1 P. 0077


Ir-Regolament (KKE) Nru 1612/68 tal-Kunsill

tal-15 ta' Ottubru 1968

dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 49 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-libertà tal-moviment għall-ħaddiema għandu jkun assigurat fil-Komunità l-aktar sat-tmiem tal-perijodu transizzjonali; filwaqt li l-ksib ta' dan l-oġġetti jeħtieġ l-abolizzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq ċittadinanza bejn ħaddiema ta' l-Istati Membri f'dak li jirrigwardja mpjieg, rimunerazzjoni u kondizzjonijiet oħra ta' xogħol u mpjieg, kif ukoll id-dritt ta' ħaddiema tali li jitħarrku ħielsa fil-Komunità sabiex iwettqu attivitajiet bħala persuni mpjegati suġġetti għal kwalunkwe limitazzjonijiet ġustifikati fuq sisien ta' xejra politika pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika;

Billi minħabba partikolarment it-twaqqif kmieni ta' għaqda doganali u sabiex tiġi żgurata il-kompletazzjoni simultanja tal-fondamenti prinċipali tal-Komunità, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet biex jgħinu li l-għanijiet imnizzlin fl-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat fil-qasam ta' libertà tal-moviment jintlaħqu u biex jiġu perfezzjonati miżuri adottati suċċessivament taħt ir-Regolament Nru 15 [3] dwar l-ewwel passi għall-ksib ta' libertà tal-moviment u taħt Regolament tal-Kunsill Nru 38/54/KEE [4] tal-25 ta' Marzu 1964 dwar libertà tal-moviment għall-ħaddiema fil-Komunità;

Billi l-libertà tal-moviment jikkonstitwixxi dritt fundamentali għall-ħaddiema u l-familji tagħhom; fil-waqt li ċaqliq ta' xogħol fi ħdan il-Komunità għandha tkun wieħed mill-mezzi li bihom ħaddiem hu garantit il-possibbilità li jtejjeb l-ħajja tiegħu u l-kondizzjonijiet tax-xogħol u jmexxi 'l quddiem l-avvanz soċjali tiegħu. Waqt li jkompli jgħin biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta' l-ekonomiji ta' l-Istati Membri li jwettqu l-attività tal-għażla tagħhom fil-Komunità għandha tkun affermata;

Billi dritt bħal dan għandu jkun gawdut mingħajr diskriminazzjoni minn ħaddiema permanenti, staġjonali u tal-fruntiera u minn dawk li jwettqu l-attivitajiet tagħhom għall-iskop li jipprovdu servizzi;

Billi d-dritt għall-libertà tal-moviment, sabiex ikun jista' jiġi eżerċitat, bi standards oġġettivi, bil-libertà u d-dinjità, jeħtieġ li ugwaljanza ta' trattament għandha tkun assigurata fil-fatt u fil-liġi fir-rigward tal-materji kollha li għandhom x'jaqsmu mat-twettiq attwali ta' attivitajiet bħala persuni mpjegati u għall-eliġibilità għal dar fejn joqogħodu, u ukoll li ostakoli għall-mobilità tal-ħaddiema għandhom ikunu eliminati, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt tal-ħaddiem li tingħaqad miegħu l-familja tiegħu u l-kondizzjonijiet għall-integrazzjoni ta' dik il-familja fil-pajjiż li jospitaha;

Billi l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni bejn ħaddiema tal-Komunità jesiġi li kull ċittadin ta' l-Istati Membri ikollhom l-istess prijorità fir-rigward ta' l-impjieg kif hu gawdut minn ħaddiema ċittadini ta' xi Stat Membru inpartikolari;

Billi jeħtieġ li jissaħħaħ il-mekkaniżmu għall-ikklerjar ta' postijiet battala, partikolarment billi tiġi żviluppata ko-operazzjoni diretta bejn is-servizzi ċentrali ta' l-impjieg u wkoll bejn is-servizzi reġjonali, kif ukoll billi jiġi mizjud u ko-ordinat l-iskambju ta' l-informazzjoni sabiex tiġi żgurata b'mod ġenerali stampa ċara tas-suq tax-xogħol; filwaqt li ħaddiema li jkunu jixtiequ jiċċaqilqu għandhom ukoll ikunu regolarment infurmati dwar kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol; filwaqt li, barra minn dan, miżuri għandhom jiġu pprovduti għall-każ fejn xi Stat Membru jġarrab jew jipprevedi disturbi fuq is-suq tax-xogħol tiegħu li jistgħu jheddu serjament in-norma tal-ħajja u l-livell ta' xogħol f'xi reġjun jew xi industrija; filwaqt li għall-dan l-iskop l-iskambju ta' informazzjoni, immirat biex jiskoraġġixxi ħaddiema milli jitħarrku lejn reġjun tali jew industrija, jikkostitwixxi l-metodu li għandu jiġi applikat primarjament iżda, fejn neċessarju, għandu jkun possibbli li jissaħħu r-riżultati ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni tali billi temporanjament jiġi sospiż il-mekkaniżmu msemmi hawn fuq, kwalunkwe deċizjoni tali tittieħed f'livell ta' Komunità;

Billi rabtiet qrib jeżistu bejn il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema, għall-impjieg u għat-taħriġ professjonali, partikolarment fejn ta' l-aħħar jimmira li jqiegħed lill-ħaddiema f'qagħda li jkunu jisgħu jilqgħu offerti ta' l-impjieg minn reġjuni oħra tal-Komunità; filwaqt li rabtiet bħal dawn jagħmluh neċessarju li l-problemi li jinqalgħu f'din il-konnessjoni m'għandhomx ikunu aktar studjati waħedhom imma osservati bħala interdipendenti, jittieħed akkont ukoll tal-problemi ta' l-impjieg fil-livell reġjonali; u filwaqt li hu għalhekk neċessarju li jiġu diretti l-isforzi ta' l-Istati Membri għall-koordinazzjoni tal- politika tagħhom dwar ix-xogħol fuq il-livell tal-Komunità;

Billi l-Kunsill, bid-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Ottubru 1968 [5] għamel Artikoli 48 u 49 tat-Trattat u wkoll il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom applikabbli għad-dipartimenti barranin Franċiżi;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTI (I)

L-IMPJIEG U L-FAMILJI TAL-ĦADDIEMA

IT-TITOLU I

Eliġibilità għall-impjieg

L-Artikolu 1

1. Kwalunkwe ċittadin ta' xi Stat Membru, għandu, irrispettivament mill-post fejn jgħix, ikollu d-dritt li jidħol għall-attività bħala persuna mpjegata, u li jwettaq attività tali, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet imniżżlin b' liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li tiggverna l-impjieg taċ-ċittadini ta' dak l-Istat.

2. Hu għandu, b'mod partikolari, ikollu d-dritt li jidħol għall-impjieg disponibbli fit-territorju ta' Stat Membru ieħor bl-istess prijorità ta' ċittadini ta' dak l-Istat.

L-Artikolu 2

Kwalunkwe nazzjonal ta' xi Stat Membru u kwalunkwe sid ta' xogħol li jkunu qegħdin iwettqu xi attività fit-territorju ta' xi Stat Membru jistgħu jibdlu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-offerti ta' l-impjieg, u jistgħ1u jikkonkludu u jħaddmu kuntratti ta' l-impjieg skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ imniżżlin b'liġi regolament jew azzjoni amministrativa mingħajr l-ebda diskriminazzjoni riżultanti minnhom.

L-Artikolu 3

1. Taħt dan ir-Regolament, dispożizzjonijiet mniżżlin b' liġi, regolament jew azzjoni amministrativa ta' xi Stat Membru jew m'għandhomx japplikaw:

- fejn huma jillimitaw applikazzjoni għall-offerti ta' l-impjieg, jew id-dritt ta' ċittadini barranin li jidħlu għal u jwettqu xogħol jew jissuġġettaw lil dawn għall-kondizzjonijiet mhux applikabbli fir-rigward ta' l-istess ċittadini tagħhom; jew

- fejn, għalkemm applikabbli irrispettivament miċ-ċittadinanza, l-għan jew l-effett esklussiv jew prinċipali tagħom hu li jżomm ċittadini ta' Stati Membri oħra 'l bogħod mill-impjieg offrut.

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-kondizzjonijiet marbutin ma' għarfien lingwistiku minħabba r-raġuni tan-natura tal-kariga li għandha timtela.

2. Għandhom ikunu inklużi b'mod partikolari fost id-dispożizzjoni jew prattika ta' xi Stat Membru li saret referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu ta' paragrafu 1 dawk li:

(a) jippreskrivu proċedura speċjali għar-reklutaġġ ta' ċittadini barranin;

(b) jillimitaw jew jagħmlu restrizzjoni fuq ir-reklamar tal-postijiet vakanti fl-istamperija jew permezz ta' xi medium ieħor jew jagħmluh soġġett għall-kondizzjonijiet ta' xort'oħra minn dawk applikabbli fejn għandhom x'jaqsmu dawk li jimpjegaw li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

(ċ) jassiguraw eliġibilità għall-impjieg għall-kondizzjonijiet ta' reġistrazzjoni ma' l-uffiċċji ta' l-impjieg jew jimpedixxu reklutaġġ ta' ħaddiema individwali, fejn persuni li ma jixgħux fit-territorju ta' dak l-Istat huma kkonċernati.

L-Artikolu 4

1. Dispożizzjonijiet imniżżlin b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva ta' l-Istati Membri li jirrestrinġu b'numru jew persentaġġ l-impjieg ta' ċittadini barranin fi kwalunkwe intrapriża, fergħa ta' attività jew reġjun, jew f'livell nazzjonali, m'għandhomx japplikaw għal ċittadini ta' l-Istati Membri l-oħra.

2. Meta fi Stat Membru l-għotja ta' kwalunkwe benefiċċju lill-intrapriżi hija suġġetta għall-persentaġġ minimu ta' ħaddiema ċittadini ta' dak l-Istat Membru li huma impjegati, ċittadini ta' l-Istati Membri l-oħra għandhom jingħaddu bħala ħaddiema ċittadini ta' l-Istat Membru, suġġett għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1963 [6].

L-Artikolu 5

Ċittadini ta' xi Stat Membru li jfittex impjieg fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jirċievi l-istess għajnuna hemmhekk bħal dik mogħtija mill-uffiċċji ta' l-impjiegi f'dak l-Istat lil ċittadini tagħhom li jkunu qegħdin ifittxu mpjieg.

L-Artikolu 6

1. L-ingaġġ u reklutaġġ ta' ċittadini ta' Stat Membru wieħed għall-kariga fi Stat Membru ieħor m'għandhomx jiddependu fuq kriterji mediċi, professjonali jew kriterji oħrajn li huma diskriminatorji fuq il-bażi ta' ċittadinanza bi tqabbil ma' dawk applikati għal ċittadini ta' l-Istat Membru l-ieħor li jkunu jixtiequ jwettqu l-istess attività.

2. Madanakollu ċittadini ta' l-Istat Membru li għandu offerta f'ismu mingħand persuna li tħaddem fi stat Membru minbarra dak li tiegħu hu għandu ċ-ċittadinanza jista' jkollu joqgħod għal test professjonali, jekk min iħaddem espressament jitlob dan meta jkun qed jagħmel l-offerta tiegħu ta' impjieg.

IT-TITOLU II

Impjieg u ugwaljanza fit-trattament

L-Artikolu 7

1. Ħaddiem ċittadin ta' xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, ikun trattat b'mod differenti minn ħaddiema ċittadini ta' dak l-Istat Membru minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe kondizzjoni ta' l-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta' rimunerazzjoni, tkeċċija u jekk hu jisfa' mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.

2. Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta' taxxa bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru.

3. Huwa għandu ukoll, bis-saħħa ta' l-istess dritt u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-ħaddiema ċittadini ta' dak l-Istat, ikollu aċċess għal taħriġ fi skejjel professjonali u ċentri għal taħriġ mill-ġdid.

4. Kwalunkwe klawsola ta' ftehim kollettiv jew individwali jew ta' kwalunkwe regolament kollettiv ieħor li jikkonċerna l-eliġibilità għall-impjieg, rimunerazzjoni u kondizzjonijiet oħra ta' xogħol jew tkeċċija għandhom ikunu nulli u vojta jekk tasal tniżżel jew tawtorizza kondizzjonijiet diskriminatorji fir-rigward ta' ħaddiema ċittadini ta' l-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 8

1. Ħaddiem ċittadin ta' Stat Membru u li hu mpjegat fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jgawdi ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta' sħubija ta' għaqdiet ta' ħaddiema u t-tħaddim ta' drittijiet marbutin magħhom, inkluż id-dritt għall-vot; hu jista' jkun eskluż milli jieħu sehem fit-tmexxija ta' korpi ggvernati mill-liġi pubblika u milli jieħu mpjieg ggvernat mil-liġi pubblika. Barra minn dan huwa għandu jkollu d-dritt ta' eliġibilità għal korpi rapprezentattivi tal-ħaddiema fl-intrapriża. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jaffetwaw liġijiet jew regolamenti f'ċerti Stati Membri li jagħtu drittijiet aktar estensivi lil ħaddiema ġejjin minn Stati Membri oħra li jagħtu drittijiet aktar estensivi lil ħaddiema ġejjin minn Stati Membri oħra.

2. Dan l-Artikolu għandu jkun rivedut mill-Kunsill fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni li għandha tkun sottomessa f'mhux inqas minn sentejn.

L-Artikolu 9

1. Ħaddiem ċittadin ta' xi Stat Membru u li hu mpjegat fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jgawdi d-drittijiet u l-benefiċċji kollha mogħtija lill-ħaddiema ċittadini ta' dak l-Istat Membru f'dak li għandu x'jaqsam ma' dar fejn jgħix inkluż l-proprjetà tat-tip ta' dar li jeħtieġ.

2. Ħaddiem bħal dan jista', bl-istess dritt bħal persuni ċittadini ta' dak l-Istat Membru, iniżżel ismu fil-lista ta' djar għall-abitazzjoni fir-reġjun li fih hu jkun impjegat fejn lista bħal din teżisti; huwa għandu jgawdi l-benefiċċji u prijoritajiet li jirrizultaw.

Jekk il-familja tiegħu tkun baqgħet fil-pajjiż mnejn hu jkun ġie, hija għandha tiġi kkunsidrata għal dan l-iskop, bħala li toqgħod fir-reġjun imsemmi, fejn il-ħaddiema tal-post jibbenifikaw minn suppożizzjoni simili.

IT-TITOLU III

Il-familji tal-ħaddiema

L-Artikolu 10

1. Dawn li ġejjin għandhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħhom, ikollhom id-dritt li jinstallaw ruħhom ma' ħaddiem li hu ċittadin ta' Stat Membru wieħed u li hu mpjegat fit-territorju ta' Stat Membru ieħor:

(a) il-mara tiegħu u d-dixxendenti tagħhom li huma taħt l-età ta' 21 sena jew huma dipendenti;

(b) qraba dipendenti fil-linja axxendenti tal-ħaddiem u l-mara tiegħu.

2. Stati Membri għandhom jiffaċilitaw id-dħul ta' kwalunkwe membru tal-familja li ma jaqax taħt il-paragrafu 1 jekk ikun dipendenti fuq il-ħaddiem li saret referenza għalih hawn fuq jew ikun qed jgħix taħt is-saqaf tiegħu fil-pajjiż mnejn ġie.

3. Għall-iskopijiet ta' paragrafi 1 u 2, il-ħaddiem għandu jkollu disponibbli għall-familja tiegħu dar għall-abitazzjoni meqjusa bħala normali għall-ħaddiema ċittadini ta' dak l-Istat fir-reġjun fejn hu jkun impjegat; din id-dispożizzjoni, madanakollu m'għandux joħloq diskriminazzjoni bejn ħaddiema ċittadini u ħaddiema mill-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 11

Fejn ċittadin ta' xi Stat Membru jkun qed iwettaq attività bħala mpjegat jew persuna li taħdem għal rasha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, il-konjuġi tagħha u t-tfal li huma taħt l-età ta' 21 sena jew dipendenti fuqu għandu jkollhom id-dritt li jidħlu għal kwalunkwe attività bħala persuna mpjegata fit-territorju kollu ta' dak l-istess Stat, anki jekk ma jkunux persuni ċittadini ta' xi Stat Membru.

L-Artikolu 12

It-tfal ta' ċittadin ta' Stat Membru li hu jew kien impjegata fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom ikunu ammessi għall-korsijiet edukattivi ġenerali, ta' apprendistat u professjonali ta' dak l-Istat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini ta' dak l-Istat, jekk dawn it-tfal ikunu qegħdin jgħixu fit-territorju tiegħu.

Stati Membri għandhom jinkoraġġixu l-isforzi kollha biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jattendu għal dawn il-korsijiet taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.

IT-TIENI PARTI (II)

L-IKKLERJAR TA' POSTIJIET BATTALA U APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-IMPJIEG

IT-TITOLU I

Ko-operazzjoni bejn l-Istat Membri u mal-Kummissjoni

L-Artikolu 13

1. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jinstigaw jew flimkien jidħlu għal kwalunkwe studju dwar l-impjieg jew il-qgħad li huma jikkunsidraw neċessarju sabiex jiġi assigurat il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità.

Is-servizzi ċentrali ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri għandhom jikkoperaw fil-qrib ma' xulxin u mal-Kummissjoni bil-għan li jaġixxu flimkien fir-rigward ta' klerjar ta' postijiet battala u applikazzjonijiet għall-impjieg fi ħdan il-Komunità u l-ippustjar riżultanti ta' ħaddiema fl-impjieg.

2. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru servizzi speċjalizzati li għandhom ikunu fdati bl-organizzazzjoni ta' xogħol fl-oqsma li saret referenza għalihom hawn fuq u jikkoperaw ma' xulxin u mad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni dwar kwalunkwe tibdil fit-titolu ta' dawn is-servizzi bħal dawn; il-Kummissjoni għandha tipubblika dettalji dwarhom għall-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni informazjoni dwar problemi li jinħolqu inkonnesjoni mal-libertà tal-moviment u l-impjieg tal-ħaddiema, b'mod partikolari ta' l-istat u l-iżvilupp ta' l-impjieg skond ir-reġjun u l-fergħa ta' attività.

2. B'koperazzjoni mal-Kumitat Tekniku, il-Kummissjoni għandha tiddetermina il-mod li bih l-informazzjoni li saret referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tkun mtellgħa u l-intervalli li bejniethom hi għandha tiġi kkomunikata. Biex jassessjaw il-qagħda tax-xogħol tagħhom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji uniformi stabbiliti mill-Kummissjoni skond ir-riżultat tax-xogħol tal-Kumitat Tekniku imwettaq b'konformità ma' l-Artikolu 33(d), wara li jkunu kisbu l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv.

3. Skond il-proċedura mniżżla mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Kumitat Tekniku, is-servizz speċjalista ta' kull Stat Membru għandu jibgħat lis-servizzi speċjalizzati ta' l-Istati Membri l-oħra u lill-Uffiċċju tal-Ko-ordinazzjoni Ewropew tali informazzjoni litikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u l-istat tas-suq tax-xogħol dwar kif jista' jkun ta' gwida għall-ħaddiema mill-Istati Membri l-oħra. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment.

Is-servizzi speċjalizzati ta' l-Istati Membri l-oħra għandhom jiżguraw li tingħata pubbliċità wiesgħa lill-informazzjoni bħal din, partikolarment billi tiċċirkolaha fost is-servizzi ta' l-impjiegi xierqa u bil-mezzi kollha ta' komunikazzjoni adattati biex jinfurmaw lill-ħaddiema kkonċernati.

IT-TITOLU II

Makkinarju għall-ikklerjar ta' postijiet battala

L-Artikolu 15

1. Għallinqas darba fix-xahar is-servizz speċjalista ta' kull Stat Membru għandu jibgħat lis-servizzi speċjalizzati ta' l-Istati Membri l-oħra u lill-Uffiċċju Ewropew għall-Ko-ordinazzjoni rendikont li juri b'okkupazzjoni u b'reġjun:

(a) postijiet battala li ma mtlewx jew aktarx ma jimtlewx b'ħaddiema mis-suq tax-xogħol nazzjonali;

(b) applikanti għall-impjieg li jiddikjaraw lilhom infushom attwalment lesti u kapaċi li jaċċettaw impjieg f'pajjiż ieħor.

Is-servizz speċjalista ta' kull Stat Membru għandu jibgħat tali informazzjoni lill-aġenziji u s-servizzi ta' l-impjieg xierqa.

2. Ir-risposti li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ċirkolati skond sistema uniformi li għandha tkun stabbilita mill-Uffiċċju Ewropew għall-Ko-ordinazzjoni b'kollaborazzjoni mal-Kumitat Tekniku, fi żmien tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 16

1. Kwalunkwe vakanza kkomunikata lis-servizzi ta' l-impjieg ta' xi Stat Membru li ma tistax timtela mis-suq tax-xogħol nazzjonali u li, fuq il-bażi tar-risposti li saret referenza għalihom fl-Artikolu 15, tista' tkun ikklerjata fi ħdan il-Komunità, għandha tkun notifikata lis-servizzi kompetenti ta' l-impjieg ta' l-Istat Membru li jkun wera li għandu ħaddiema disponibbli fl-istess okkupazzjoni.

2. Servizzi bħal dawn għandhom jibagħtu lis-servizzi ta' l-ewwel Stat Membru d-dettalji ta' applikazzjoni xierqa. Matul il-perijodu hawn fuq imsemmi, postijiet battala għandhom jiġu mgħarrfa lil Stat mhux Membri biss jekk l-Istat Membru li jkollu l-postijiet battala tali jikkunsidra li għall-karigi korrispondenti ma' postijiet battala tali hemm biżżejjed ħadiema disponibbli li huma ċittadini ta' l-Istati Membri. Għall-perijodu ta' 18-il ġurnata minn meta jkun riċevut it-tagħrif dwar il-vakanza lis-servizzi tat-tieni Stat Membru, applikazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu sottomessi lil sidien tax-xogħol bl-istess prijorità bħal dik mogħtija lil ċittadini ta' dak l-Istat Membru fuq ċittadini ta' Stati li mhumiex Membri.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għall-postijiet battala offruti lil ħaddiema li huma ċittadini ta' Stati mhux Membri fejn:

(a) din l-offerta hi magħmula lil ħaddiem imsemmi u hi ta' natura speċjali minħabba;

(i) il-ħtieġa ta' kwalifiki speċjalizzati jew in-natura kunfidenzjali tal-kariga offruta jew rabtiet okkupazzjonali preċedenti;

(ii) l-eżistenza ta' rbit familjari jew bejn sid ix-xogħol u l-ħaddiem mitlub, jew bejn ta' l-aħħar u ħaddiem li kien impjegat regolarment għal mill-inqas sena fl-intrapriża.

Sotto-paragrafi (i) u (ii) għandhom ikunu applikati skond id-dispożizzjonijiet imniżżlin fl-Anness;

(b) dawn il-postijiet battala huma għar-reklutaġġ ta' gruppi omoġenji ta' ħaddiema staġjonali li minnhom għallinqas membru wieħed imsemmi ġie offrut vakanza;

(ċ) postijiet battala bħal dawn huma offruti minn sidien tax-xogħol lil ħaddiema residenti f'reġjuni li jmissu ma' naħa jew oħra tal-fruntiera bejn Stat Membru u Stat mhux Membru;

(d) postijiet battala huma offruti espressament lil ħaddiema minn Stati mhux Membri mis-sid tax-xogħol għal raġunijiet konnessi mat-tmexxija bla intoppi ta' l-intrapriża, fejn is-servizzi ta' l-impjieg wara li jkunu ndaħħlu għall-iskopijiet li jkun assigurat l-impjieg ta' ħaddiema ċittadini mill-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, huma tal-fehma li dawn ir-raġunijiet huma ġġustifikati.

L-Artikolu 17

1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16 għandhom jiġu implimentati mis-servizzi speċjalizzati. Madanakollu, sa fejn kienu awtorizzati mis-servizzi ċentralizzati u sa fejn l-organizzazzjoni tas-servizzi ta' l-impjieg ta' Stat Membru u u t-teknika tat-tqegħid impjegati jagħmluh possibbli:

(a) is-servizzi ta' mpjieg reġjonali ta' l-Istat Membru għandhom:

(i) fuq il-bażi tar-returns imsemmija fl-Artikolu 15, li fuqhom l-azzjoni approprjata tittieħed, iġibu flimkien b'mod dirett u jikklerjaw postijiet vaganti u applikazzjonijiet għall-impjieg;

(ii) jistabbilixxu relazzjonijiet diretti għall-ikklerjar;

- ta' postijiet vakanti offerti lill-impjegat imsemmi;

- ta' l-applikazzjonijiet individwali għall-impjieg mibgħutin jew lil servizz ta' mpjieg speċifiku jew lil min iħaddem li qiegħed iwettaq l-attività tiegħu fl-inħawi koperti minn dan is-servizz;

- fejn il-ħidmiet ta' klerjar jikkonċernaw ħaddiema staġjonali li għandhom ikunu reklutati malajr kemm jista' jkun;

(b) is-servizzi territorjalment responsabbli għar-reġjun tat-tarf ta' zewġ Stati Membri jew aktar għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni dwar il-postijiet battala u applikazzjonijiet għall-impjieg prominenti fl-inħawi tagħhom jaġixxu skond l-arranġamenti tagħhom mas-servizzi ta' l-impjieg l-oħra tal-pajjizi tagħhom mas-servizzi ta' l-impjieg l-oħra tal-pajjiżi tagħhom għandhom direttament iġibu flimkien u jikklerjaw postijiet battala u applikazzjonijiet għall-impjieg;

(ċ) servizzi uffiċjali ta' l-impjieg li jispeċjalizzaw f'xi okkupazzjonijiet jew kategoriji speċifiċi ta' persuni għandhom jikkooperaw direttament ma' xulxin.

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-lista, imtellgħa bi qbil komuni, ta' servizzi li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1; il-Kummissjoni għandha tippubblika din il-lista, u kwalunkwe emenda għaliha, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 18

L-adozzjoni ta' proċeduri ta' reklutaġġ kif applikati mill-korpi attwanti li sar disposizzjonijiet għalihom taħt ftehim konklużi bejn żewġ Stati Membri jew aktar m'għandhomx ikunu obbligatorji.

IT-TITOLU III

Miżuri biex jiġi kkontrollat il-bilanċ tas-suq tax-xogħol

L-Artikolu 19

1. Darbtejn fis-sena, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni imtella' minn informazzjoni fornuta mill-Istati Membri dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni għandhom flimkien janalizzaw;

- ir-rizultati ta' l-arranġamenti tal-Komunità għal klerjar ta' postijiet battala;

- in-numru ta' l-ippustjar ta' ċittadini ta' Stati mhux Membri;

- l-iżviluppi mbassra fl-istat tas-suq tax-xogħol u safejn hu possibbli l-movimenti ta' ħaddiema disponibbli fil-Komunità.

2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw mal-Kummissjoni l-possibilitajiet kollha biex tingħata prijorità lil ċittadini ta' Stati Membri waqt li qed jimtlew postijiet battala għall-impjieg sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-postijiet battala u applikazzjonijiet għall-impjieg fi ħdan il-Komunità. Huma għandhom jadottaw kull miżura neċessarja għal dan il-għan.

L-Artikolu 20

1. Meta xi Stat Membru jġarrab jew ibassar disturbi fuq is-suq tax-xogħol tiegħu li jistgħu serjament jheddu l-istandard tal-ħajja jew il-livell ta' l-impjieg f'xi reġjun jew kariga, dak l-Istat għandu jinforma lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwarhom u għandu jfornihom bil-partikolaritajiet rilevanti kollha.

2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jinfurmaw lill-ħaddiema tal-Komunità sabiex ma japplikawx għall-impjieg f'dak ir-reġjun jew kariga.

3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tat-Trattat u tal-Protokolli annessi miegħu, l-Istati Membri li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1 jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni li tistqarr li sabiex treġġa' s-sitwazzjoni għan-normal f'dak ir-reġjun jew kariga, il-ħidma tal-makkinarju ta' klerjar li sar provvediment għalih fl-Artikoli 15, 16 u 17 għandha tkun parzjalment jew totalment sospiża.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-sospensjoni bħala tali u dwar id-dewmien tagħha mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li tkun irċeviet talba bħal din. Kwalunkwe Stat Membru jista', f'limitu ta' żmien strett ta' ġimagħtejn, jitlob lill-Kunsill biex jannulla jew jemenda kwalunkwe deċiżjoni bħal din. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq kwalunkwe talba fi zmien ġimagħtejn.

4. Fejn sospensjoni bħal din isseħħ, is-servizzi ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri l-oħra li jkunu indikaw li huma għandhom ħaddiema disponibbli m'għandhom jieħdu l-ebda azzjoni biex jimlew postijiet battala notifikati direttament lillhom minn sidien tax-xogħol fl-Istati Membri li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1

IT-TITOLU IV

Uffiċċju Ewropew għall-Ko-ordinazzjoni

L-Artikolu 21

L-Uffiċċju Ewropew għall-Ko-ordinazzjoni ta' Klerjar ta' Postijiet battala u Applikazzjonijiet għall-impjieg, stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni (imsejjaħ f'dan ir-Regolament l-"Uffiċċju Ewropew għall-Ko-ordinazzjoni" għandu jkollu l-ħidma ġenerali li jippromwovi klerjar ta' postijiet battala f'livell ta' Komunità. Huwa għandu jkun responsabbli partikolarment għad-doveri tekniċi kollha f'dan il-qasam li, taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, huma assenjati lill-Kummissjoni u speċjalment sabiex tgħin is-servizz ta' l-impjieg nazzjonali.

Huwa għandu jagħti fil-qosor l-informazzjoni li saret referenza għaliha fl-Artikolu 14 u 15 u d-data li toħroġ mill-istudji u riċerka imwettqa b'konformità ma' l-Artikolu 13, sabiex joħroġ għad-dawl kwalunkwe fatti utli dwar żviluppi mbassra fuq s-suq tax-xogħol tal-Komunità; fatti bħal dawn għandhom ikunu kkomunikati lis-servizzi speċjalizzati ta' l-Istati Membri u lill-Kumitati Konsultattivi u Tekniċi.

L-Artikolu 22

1. L-Uffiċċju tal-Ko-ordinazzjoni Ewropew għandu jkun responsabbli, partikolarment:

(a) biex jikkoordina l-mizuri prattiċi neċessarji għall-klerjar ta' postijiet battala f'livell ta' Komunità u biex janalizza l-movimenti riżultanti tal-ħaddiema;

(b) biex jikkontribwixxi għall-oġġettivi billi jimplementa, f'kooperazzjoni mal-Kumitat Tekniku, metodi ta' l-azzjoni flimkien f'livelli amministrattivi u tekniċi;

(ċ) biex iwettaq, fejn tqum ħtieġa speċjali u bi ftehim mas-servizzi speċjalizzati, l-ġbir flimkien ta' postijiet battala u applikazzjonijiet għall-impjieg għall-ikklerjar minn dawn is-servizzi speċjalizzati.

2. Huwa għandu jikkomunika lis-servizzi speċjalizzati postijiet battala w applikazzjonijiet għall-impjieg mibgħuta direttament lill-Kummissjoni, u għandu jkun infurmat bl-azzjoni li ttieħdet dwarhom.

L-Artikolu 23

Il-Kummissjoni tista' bi ftehim ma' l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru u bi qbil mal-kondizzjonijiet u proċeduri li hija għandha tiddetermina fuq il-bażi ta' l-Opinjoni tal-Kumitat Tekniku, torganizza żjarat u nkarigi għall-uffiċjali ta' Stati Membri oħra u ukoll programmi avvanzati għall-personnel speċjalizzat.

IT-TIELET PARTI (III)

KUMITATI BIEX TIĠI ŻGURATA KOPERAZZJONI MILL-QRIB BEJN L-ISTATI MEMBRI F'MATERJI LI JIKKONĊERNAW IL-LIBERTÀ TAL-MOVIMENT TA' ĦADDIEMA U L-IMPJIEG TAGĦHOM

IT-TITOLU I

Il-Kumitat Konsultattiv

L-Artikolu 24

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun responsabbli biex jassisti l-Kummissjoni fl-eżaminazzjoni ta' xi mistoqsijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattat u l-miżuri meħuda skond hekk, f'materji li jikkonċernaw il-libertà tal-moviment ta' impjegati u l-impieg tagħhom.

L-Artikolu 25

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun responsabbli partikolarment għal:

(a) eżaminazzjoni ta' kull problema li tikkonċerna l-libertà tal-moviment u l-impjieg fil-qafas tal-politiki nazzjonali dwar ħaddiema disponibbli, bil-għan li jsir ko-ordinament tal-politiki ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri fil-livell tal-Komunità, b'hekk jikkontribwixxi għall-izvilupp ta' l-ekonomija u għall-bilanċ tas-suq tax-xogħol;

(b) biex jagħmel studju ġenerali ta' l-effetti ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe mizuri supplementari;

(ċ) biex jissottometti lill-Kummissjoni kwalunke proposta raġunata sabiex jiġi rivedut dan ir-Regolament;

(d) biex iwassal, jew għat-talba tal-Kummissjoni inkella fuq l-inizjattiva tiegħu stess, opinjonijiet raġunati dwar mistoqsijiet ġenerali jew dwar kwistjoni ta' prinċipju, partikolarment dwar bdil ta' l-informazzjoni li jikkonċerna żvillup fis-suq tax-xogħol, dwar il-moviment ta' ħaddiema bejn Stati Membri, dwar programmi jew mizuri biex jiġu żviluppati gwida professjonali u taħriġ professjonali li x'aktarx izidu l-possibilitajiet ta' libertà tal-moviment u impjieg, u dwar il-forom kollha ta' l-assistenza lill-ħaddiema u l-familji tagħhom, inklużi għajnuna soċjali u djar għall-ħaddiema.

L-Artikolu 26

1. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn sitt membri għal kull Stat Membru, li tnejn minnhom għandhom jirrappreżentaw il-gvern, tnejn lil trade unions u tnejn lil assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem.

2. Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1, membru alternanti wieħed għandu jkun maħtur minn kull Stat Membru.

3. Iż-żmien ta' kariga tal-membri u l-alternanti tagħhom għandu jkun ta' sentejn. L-appuntamenti għandhom ikunu mġedda.

Mat-tmiem taż-żmien tagħhom fil-kariga, il-membri u l-alternanti tagħhom għandhom jibqgħu fil-kariga, sakemm jiġu mibdula jew sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda.

L-Artikolu 27

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv u l-alternanti tagħhom għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill li għandu jagħmel ħiltu, meta jkun qiegħed jagħżel rappreżentanti ta' għaqdiet tal-ħaddiema u assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem, biex jikseb rappreżentazzjoni adekwata fuq il-Kumitat tas-setturi ekonomiċi varji konċernati.

Il-lista ta' membri u l-alternanti tagħhom għandha tkun ippubblikata mill-Kunsill għall-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 28

Il-Kumitat ta' Parir għandu jkun rappreżentat minn membru tal-Kummissjoni jew l-alternant tiegħu. Il-President m'għandux jivvota. Il-Kumitat għandu jiltaqa' għallinqas darbtejn fis-sena. Huwa għandu jiġi msejjaħ mill-President tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, inkella għat-talba ta' mill-inqas terz tal-membri. Is-servizzi segretarjali għandhom ikunu pprovduti għall-Kumitat mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 29

Il-President jista' jistieden individwi jew rappreżentanti ta' korp b'esperjenza wiesgħa fil-qasam ta' l-impjieg jew moviment ta' ħaddiema biex jieħdu sehem f'laqgħat bħala osservaturi jew bħala esperti. Il-President jista jkun assistit minn konsulenti esperti.

L-Artikolu 30

1. Opinjoni mwassla mill-Kumitat m'għandhiex tkun valida jekk żewġ terzi tal-membri ma jkunux preżenti.

2. Opinjonijiet għandhom jaffermaw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati; huma għandhom jiġu mwassla b'maġġoranza assoluta ta' voti validament mitfugħa; huma għandhom ikunu akkumpanjati minn stqarrija miktuba ta' l-opinjonijiet espressi mill-minoranza, meta din ta' l-aħħar titlob hekk.

L-Artikolu 31

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jistabbilixxi l-metodu tal-ħidma tiegħu b'regoli ta' proċedura li għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Kunsill, wara li jkun irċieva l-opinjoni mill-Kummissjoni, jkun ta l-approvazzjoni tiegħu. Id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe amenda li l-Kumitat jiddeċiedi li jagħmel lilhom għandha tkun suġġetta għall-istess proċedura.

IT-TITOLU II

Il-kumitat tekniku

L-Artikolu 32

Il-Kumitat Tekniku għandu jkun responsabbli li jassisti lill-Kummissjoni biex tħejji, tippromwovi u ssegwi x-xogħol tekniku kollu u mizuri sabiex jingħata effett lil dan ir-Regolament u kwalunkwe miżuri supplimentari.

L-Artikolu 33

Il-Kumitat Tekniku għandu jkun responsabbli b'mod partikolari:

(a) biex jippromwovi u javvanza koperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi konċernati fl-Istati Membri dwar il-mistoqsijiet tekniċi kollha marbutin mal-libertà tal-moviment ta' ħaddiema u l-impjieg tagħhom;

(b) jifformula proċeduri għall-organizzazzjoni ta' l-attivitajiet konġunti ta' l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati;

(ċ) jiffaċilita l-ġbir ta' informazzjoni li x'aktarx tkun ta'użu għall-Kummissjoni u għall-istudji u riċerka li sar provvediment għalihom f'dan ir-Regolament u jinkoraġġixxi skambju ta' l-informazzjoni u l-esperjenza bejn il-korpi amministrattivi kkonċernati.

(d) jinvestiga f'livell tekniku l-armonizzazzjoni tal-kriterji li bihom Stati Membri jassessjaw l-istat tas-swieq tagħhom.

L-Artikolu 34

1. Il-Kumitat Tekniku għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istat Membri. Kull Gvern għandu jaħtar bħala membru tal-Kumitat Tekniku wieħed mill-membri li jirrappreżentawh fuq il-Kumitat Konsultattiv.

2. Kull gvern għandu jaħtar alternant min fost ir-rappreżentanti l-oħra tiegħu — membri jew alternanti — fuq il-Kumitat Konsultattiv.

L-Artikolu 35

Il-Kumitat Tekniku għandu jkun ippresedut minn membru tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentant tiegħu. Il-President m'għandux jivvota. Il-President u l-membri tal-Kumitati jistgħu jkunu assistiti minn konsulenti esperti.

Is-servizzi segretarjali għandhom ikunu pprovduti lill-Kumitat mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 36

Il-proposti u l-opinjonijiet formulati mill-Kumitat Tekniku għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni, u l-Kumitat Konsultattiv għandu jkun infurmat b'dan. Kwalunkwe proposti u opinjonijiet tali għandhom ikunu akkumpanjati bi sqarrija miktuba ta' l-opinjonijiet espressi mill-membri varji tal-Kumitat Tekniku meta dawn ta' l-aħħar titlob hekk.

L-Artikolu 37

Il-Kumitat Tekniku għandu jistabbilixxi l-metodi ta' ħidma tiegħu b'regoli ta' proċedura li għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Kunsill ikun irċieva opinjoni mill-Kummissjoni, ikun ta l-approvazzjoni tiegħu. Id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe amenda li l-Kumitat jiddeċiedi li jagħmel għandha tkun suġġetta għall-istess proċedura.

IR-RABA' PARTI (IV)

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

IT-TITOLU 1

Dispożizzjonijiet transizzjonali

L-Artikolu 38

Sa l-adozzjoni mill-Kummissjoni tas-sistema uniformi li saret referenza għaliha fl-Artikolu 15(2), l-Uffiċċju tal-Koordinazzjoni Ewropew għandu jipproponi kwalunkwe miżuri li x'aktarx ikunu ta'użu sabiex jittellgħu u jiġu ċċirkolati r-risposti li saret referenza għalihom fl-Artikolu 15 (1).

L-Artikolu 39

Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konsultattiv u l-Kumitat Tekniku fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw.

L-Artikolu 40

Sad-dħul fis-seħħ tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn Stati Membri b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta'Ottubru 1968 [7] u meta, taħt il-miżuri meħudin mill-Istati Membri b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1964 [8] il-permess tax-xogħol li sar provvediment għalih fl-Artikolu 22 ta' Regolament Nru 38/64/KEE hu neċessarju biex jiġi ddeterminat il-perijodu ta' validità u estensjoni tal-permess ta' residenza, konformazzjoni ta' ngaġġar bil-miktub minn min jimpjiega jew ċertifikat ta' impjegar li jsemmi l-perijodu ta' impjieg jista' jiġi sostitwit għal dan il-permess tax-xogħol. Kwalunkwe konferma bil-miktub minn min jimpjiega jew ċertifikat ta' mpjieg li juri li l-impjegat kien ingaġġat għal perijodu mhux definit għandu jkollu l-istess effett bħal dak ta' permess tax-xogħol permanenti.

L-Artikolu 41

Jekk, minħabba l-abolizzjoni tal-permess tax-xogħol, xi Stat Membru ma jkunx jista' jiġbor aktar ċerti statistiċi dwar l-impjieg ta' ċittadini barranin, dan l-Istati Membru jista', għal skopijiet statistiċi, iżomm il-permess tax-xogħol fir-rigward ta' ċittadini l-Istati Membri l-oħra sakemm metodi statistiċi ġodda jiġu introdotti, izda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1969. Il-permess tax-xogħol għandu jinħareġ awtomatikament u għandu jkun validu sa l-abolizzjoni attwali ta' permessi tax-xogħol f'dan l-Istat Membru.

IT-TITOLU II

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 42

1. Dan ir-Regolament m'għandux jaffetwa d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u Azzar li jirreferu għall-ħaddiema bi kwalifiki konoxxuti fix-xogħol fil-minjieri tal-faħam u l-manifattur ta' l-azzar, lanqas dawk tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' Enerġija Atomika li jittrattaw dwar eliġibilità għall-impjieg imħarreġ fil-qasam ta' enerġija nukleari, lanqas kwalunkwe miżuri meħudin b'konformità ma' dawk it-Trattati.

Madanakollu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-kategoriji ta' ħaddiema msemmija fl-ewwel sub-paragrafu u għall-membri tal-familji tagħhom safejn il-posizzjoni legali tagħhom mhijiex iggvernata mit-Trattati jew il-mizuri imsemmija hawn fuq.

2. Dan ir-Regolament m'għandux jaffetwa miżuri meħudin skond l-Artikolu 51 tat-Trattat.

3. Dan ir-Regolament m'għandux jaffetwa l-obbligazzjonijiet ta' Stati Membri li joħorġu minn:

- relazzjonijiet speċjali jew ftehim fil-futur ma' ċerti pajjiżi jew territorji mhux Ewropej, ibbazati fuq rabtiet istituzzjonali eżistenti fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; jew

- ftehim diġà ezistenti fiz-zmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma' ċerti pajjiżi jew territorji mhux Ewropej, ibbazati fuq rabtiet istituzzjonali bejniethom.

Ħaddiema minn pajjiżi jew territorji bħal dawn li skond dan id-dispożizzjoni qegħdin iwettqu attivitajiet bħala persuni mpjegati fit-territorju ta' xi wieħed minn dawk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jitolbu l-benefiċċju tal-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fit-territorju ta' l-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 43

Stati Membri għandhom, għal skopijiet ta' l-informazzjoni jikkomunikaw lill-Kummisjoni, it-test ta' ftehim, konvenzjonijiet jew arranġamenti konklużi bejniethom fil-qasam tal-ħaddiema disponibbli bejn id-data ta' l-iffirmar tagħhom u dik tad-dħul fis-seħħ.

L-Artikolu 44

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri b'konformità ma' dan ir-Regolament għall-implimentazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan hija taġixxi b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet pubbliċi ċentrali ta' l-Istati Membri.

L-Artikolu 45

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill proposti mmirati biex jabolixxu skond il-kondizzjonijiet tat-Trattat, restrizzjonijiet fuq l-eliġibilità għall-impjieg ta' ħaddiema ċittadini ta' l-Istati Membri, fejn l-assenza tar-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati jew prova oħra ta' kwalifiki formali jistgħu jimpedixxu l-libertà tal-moviment għall-ħaddiema.

L-Artikolu 46

In-nefqa amministrattiva tal-Kumitat li saret referenza għaliha f'Parti III għandha tkun inkluza fl-estimi tal-Kommunitajiet Ewropej fit-taqsima dwar il-Kummissjoni.

L-Artikolu 47

Dan ir-Regolament għandu japplika għat-territorji ta' l-Istati Membri u għaċ-ċittadini tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2, 3, 10 u 11.

L-Artikolu 48

Ir-Regolament Nru 38/64/KEE għandu jieqaf milli jkollu effett meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-15 ta'Ottubru 1968.

Għall-Kunsill.

Il-President

G. Sedati

[1] ĠU 268, tas-6.11.1967, p. 9.

[2] ĠU 298, tas-7.12.1967, p. 10.

[3] ĠU 57, tas-26.8.1961, p. 1073/61.

[4] ĠU 62, tas-17.4.1964, p. 965/64.

[5] ĠU L 257, tad-19.10.1968, p. 1

[6] ĠU 159, tat-2.11.1963, p. 2661/63.

[7] ĠU 257, tad-19.10.1968, p. 13.

[8] ĠU 62, tas-17.4.1964, p. 981/64.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 16(3)(a):

(1) L-espressjoni "speċjalist" tindika kwalifikazzjoni għolja jew mhux komuni li tirreferi għal tip ta' xogħol jew sengħa li teħtieġ għarfien tekniku speċifiku; għandha tirreferi b'mod partikolari għal foremen fil-każ ta' ħaddiema speċjalizzati reklutati fi gruppi.

(2) L-espressjoni "natura kunfidenzjali tal-kariga" tirreferi għall-impjieg li fil-pajjiz li jospita bħala drawwa tinvolvi relazzjonijiet speċjali ta' fiduċja bejn min iħaddem u l-ħaddiem.

(3) L-espressjoni "rabtiet okkupazzjonali preċedenti" tapplika meta sid tax-xogħol japplika għall-ingaġġ fit-territorju ta' xi Stat Membru ta' ħaddiem li hu jkun diġà mpjega f'dak l-istess territorju għal mill-inqas tnax-il xahar matul l-aħħar erba' snin.

(4) L-espressjoni "rabtiet ta' familja" tfisser rabtiet ta' żwieġ jew relazzjoni sat-tieni grad bejn min iħaddem u ħaddiem, u rabtiet ta' relazzjoni sa l-ewwel grad bejn żewġ ħaddiema.

--------------------------------------------------