Official Journal L 151 , 30/06/1968 P. 0016 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0076
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0201
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0076
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0209
Greek special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0095
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0170
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0170
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċerti prodotti elenkati fl-Anness II għat-Trattat IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 42 u 43 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew; Billi organizzazzjoni komuni tas-suq, li tinvolvi sistema speċjali ta’ regoli ġiet stabbilita jew dalwaqt għandha tiġi stabbilita għal ħafna mill-prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat; billi disposizzjonijiet approprjati għandhom ukoll jiġu adottati, fil-kwadru ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq, sabiex jippermettu l-istabbiliment ta' suq wieħed għall-prodotti l-oħrajn kollha elenkati f’dak l-Anness; Billi l-istabbiliment ta’ dan is-suq wieħed jinvolvi l-introduzzjoni ta’ sistema waħda ta’ negozju fil-fruntieri esterni tal-Komunità; billi l-essenza ta’ din is-sistema tista' tiġi espressa bħala l-applikazzjoni integrali tat-Tariffa Doganali Komuni u l-liberalizzazzjoni tan-negozju; Billi, madankollu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-protezzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni tista' tirriżulta difettuża; billi, f’dawn il-każijiet, sabiex is-suq tal-Komunità ma’ jitħalliex mingħajr difiża kontra disturbi li jistgħu jinħolqu minnhom wara li l-barrieri ta' l-importazzjoni li jkunu eżistew qabel ikunu ġew aboliti, il-Komunità għandha tkun tista' tieħu l-miżuri kollha neċessarji mingħajr dewmien; Billi l-istabbiliment ta’ suq wieħed għall-prodotti kollha in kwistjoni jinvolvi t-tneħħija fil-fruntieri interni tal-Komunità ta' l-ostakoli kollha għall-moviment ħieles ta’ dawn l-oġġetti; Billi l-istabbiliment ta’ dan is-suq wieħed jista' jiġi pperikolat bl-għoti ta' ċerti għajnuniet; billi, għalhekk, id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jippermettu l-istima ta' għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri u l-projbizzjoni ta’ dawk li huma inkompatibbli mas-suq komuni, għandhom jiġu applikati għall-prodotti koperti b’dan ir-Regolament; Billi, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri proporti, għandha tiġi provduta proċedura biex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Amministrattiv; Billi t-transizzjoni mis-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri għal dik stabbilita b'dan ir-Regolament għandha ssir bl-aktar mod lixx possibli; billi, għal dak l-iskop, miżuri transitorji jistgħu jkunu neċessarji; Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti koperti b’dan ir-Regolament għandha fl-istess ħin, tieħu kont approprjat, tal-miri indikati fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-organizzazjoni komuni tas-suq stabbilita b' dan ir-Regolament għandha tkopri l-prodotti elenkati fl-Anness. Artikolu 2 1. It-Tariffa Doganali Komuni għandha tapplika mill-1 Lulju 1968, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. 2. Ħlief kif provdut xort’ oħra f’dan ir-Regolament u salv derogi deċiżi mill-Kunsill waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, u soġġett għall-obbligi li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness, dan li ġej għandu jiġi pprojbit fin-negozju ma’ pajjiżi terzi: - l-imposta ta’ kull piż li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali, u - l-applikazzjoni ta’ kull restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti, soġġett għad-disposizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Artikolu 3 1. Jekk minħabba importazzjoni jew esportazzjoni s-suq fil-Komunità għal prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Anness ikollu jew jiġi mhedded b’disturbi serji li jistgħu jipperikolaw il-miri stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jiġu applikati fin-negozju ma’ pajjiżi terzi sakemm dan id-disturb jew dan it-theddid ta' disturb jieqaf. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni msemmija fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta regoli dettaljali għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u jiddefinixxi l-każijiet u l-limiti li fihom Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 isseħħ, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, tiddeċidi dwar il-miżuri neċessarji; il-miżuri għandhom jiġu kkominikati lill-Istati Membri u għandhom jiġu applikati immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tiddeċiedi fuq din it-talba fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta tkun irċevietha. 3. Il-Miżuri li tkun ħadet deċiżjoni fuqhom il-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem utli wara l-jum li fih kienu kkomunikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Huwa jista' jemenda jew jħassar il-miżuri in kwistjoni skond il-proċedura ta’ votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat. Artikolu 4 1. Dan li ġej għandu jiġi pprojbit fin-negozju intern tal-Komunità: - l-imposta ta' kull dazju doganali jew piż li jkollu effett ekwivalenti; - kull restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti, salvi d-disposizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Gran Dukat tal-Lussemburgu; - rikors għall-Artikolu 44 tat-Trattat. 2. Il-merkanzija msemmija fl-Anness li hija fabbrikata jew derivata minn prodotti li mhumiex fis-sitwazzjoni speċifikata fl-Artikolu 9 (2) u fl-Artikolu 10 (1) tat-Trattat m’għandhiex tiġi ammessa għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità. Artikolu 5 L-Artikoli 92, 93 u 94 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta’ u negozju fil-prodotti elenkati fl-Anness. Artikolu 6 Meta ssir referenza għall-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 120/67/KEE [1] tat-13 Ġunju 1967 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq taċ-ċereali, jew kull proċedura simili oħra stabbilita f’Regolamenti oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti agrikoli, għandha tapplika. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jaħtar Kumitat Amministrattiv għal kull prodott. Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu japplika b’mod li jittieħed kont approprjat, fl-istess ħin, tal-miri stabbiliti fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet Komunitarji adottati jew li għandhom jiġu adottati bl-iskop li jarmonizzaw il-liġijiet, ir-regolamenti u l-azzjoni amministrattiva ta' Stati Membri li l-iskop tagħhom hu li jżommu jew itejbu l-livell tekniku jew ġenetiku tal-produzzjoni ta' ċerti prodotti elenkati fl-Anness u intiżi speċifikament għar-riproduzzjoni. Artikolu 9 Fil-każ li jkunu neċessarji miżuri transitorji sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni mis-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri għall-dik ta' dan ir-Regolament, partikolarment jekk l-introduzzjoni ta’ din is-sistema fid-data prevista tkun tikkawża diffikultajiet sostanzjali fir-rigward ta' ċerti prodotti, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6. Għandhom ikunu applikabbli sa mhux iktar tard mit-30 Ġunju 1969. Artikolu 10 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Lulju 1968. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applibbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 Ġunju 1968. Għall-Kunsill Il-President E. Faure [1] ĠU Nru 117, 19.6.1967, p. 2269/67. -------------------------------------------------- ANNESS Intestatura TDK Nru | Deskrizzjoni tal-merkanzija | Ex 01.01 | Żwiemel, ħmir, bgħula, bgħula taż-żwiemel, ħajjin, barra żwiemel għall-qatla | 01.02 | Annimali ħajja ta' l-ispeċi bovina, | | A.Speċi domestika | | I.Annimali tar-razza pura [1] | | B.Oħrajn | 01.03 | Majjali ħajjin | | A.Speċi domestika | | I.Annimali tar-razza pura [1] | | B.Oħrajn | 01.04 | Nagħaġ u mogħoż ħajjin | | A.Speċi domestika: | | I.Nagħaġ | | (a)annimali tar-razza pura [1] | | II.Mogħoż: | | B.Oħrajn | 01.06 | Annimali oħrajn ħajjin | 02.01 | Laħam u interjuri li jittieklu ta' l-annimali li jidħlu fl-intestaturi Nri 01.01 sa 01.04, friski, imkessħa jew iffriżati | | A.Laħam | | ex I.Tal-ħmir, tal-bgħula u bgħula taż-żwiemel | | II.Ta' annimali bovini: | | (b)Oħrajn | | III.Tal-Majjal: | | (b)Oħrajn | | ex IV.Oħrajn, ħlief muntun u ħaruf: | | B.Interjuri: | | I.Taż-żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula taż-żwiemel | | ex II.Ta' annimali bovini u majjali, barra milli domestiċi | | ex III.Oħrajn, barra l-interjuri tan-nagħaġ, li mhux intiżi għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi | 02.04 | Laħam ieħor u interjuri li jittieklu oħra friski, imkessħa u ffriżati | 02.06 | Laħam u interjuri li jittieklu (ħlief fwied tat-tjur) immellaħ, fis-salmura, imnixxef, jew iffumigat: | | C.Oħrajn | | ex II.Oħrajn ħlief laħam u interjuri tan-nagħaġ domestiċi | 04.05 | Bajd ta' l-għasafar u l-isfar tal-bajd frisk, imnixxef, jew ippreservat mod ieħor kemm jekk mogħti z-zokkor u kemm jekk le | | A.Bajd fil-qoxra, frisk jew ippreservat. | | II.Bajd ieħor | | B.Bajd mhux fil-qoxra; isfar tal-bajd: | | II.Oħrajn | 05.04 | Imsaren, vexxiki, u stonku ta' annimali (barra minn ħut) sħaħ, jew biċċiet minnhom | ex 05.15 B | Prodotti mill-annimali mhux speċifikati jew inklużi band' oħra; Annimali mejta tal-Kapitolu I mhumiex tajba għall-ikel mill-bniedem | ex 07.05 | Legumi imnixxfa, mingħajr fosdqa, kemm jekk imqaxxra jew maqsuma u kemm jekk le, ħlief dawk intiżi għaż-żrigħ. Artichokes u prodotti simili b'kontenut għoli ta' inulina, patata ħelwa, | ex 07.06 | imnixxfa jew imfella u l-ilbieba tas-sago. | ex 08.01 | Tamal, mango, mangostana, avokado, gwava, ġewż ta' l-Indi, ġewż tal-Brażil, ġewż ta' l-anakardju, friski jew imnixxfa, imqaxxra jew le | ex Kapitolu 9 | Té u ħwawar barra l-maté | 11.03 | Dqiq tal-legumi li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 07.05 | 11.04 | Dqiq mill-frottijiet li jaqgħu taħt l-intestatura fil-Kapitolu 8 | 11.08 B | Inulina | 12.07 | Pjanti u partijiet ta' siġar, sgajjar, arbuxxelli jew pjanti oħra (inklużi żrieragħ u frott) bħala merkanzija tat-tip li tintuża l-iktar għall-fwejjaħ fil-farmaċija jew inkella għall-insettiċidi funġiċidi jew skopijiet simili, friski jew imnixxfa, sħaħ, maqsuma, magħsura, mitħuna jew magħmula trab | 12.08 | Ħarrub frisk jew imnixxef kemm jekk imqatta' biċċiet żgħar kemm jekk mitħun iżda mhux ippreparat iktar; L-Għadma tal-frott u prodotti oħrajn veġetali tat-tip użat primarjament għall-ikel u li ma jaqa' taħt l-ebda intestatura oħra. | 12.09 | Tiben taċ-ċereali, fosdqiet mhux ippreparati jew imqatta' iżda mhux ippreparati iktar. | ex 12.10 | Nevew, nevew isfar, u għeruq ta' l-għalf; ħuxlief, nifel barri, silla, sainfoin, kaboċċi ta' l-għalf, lupini, ġulbiena u prodotti simili ta' l-għalf ħlief dqiq mill-għalf aħdar deidrat. | ex 15.02 | Xaħam ta' dam inkluż il-jus premier prodott mix-xaħam tal-mogħoż | 15.03 | Stearina tas-sonża, stearina taż-żejt u stearina tax-xaħam ta' dam; żejt mis-sonża, żejt miż-żejt, u żejt mix-xaħam ta' dam, mhux emulsifikat jew imħawwad jew ippreparat b'xi mod. | ex 16.01 | Zalzett u simili, tal-laħam, ta' l-interjuri tal-laħam jew tad-demm ta' l-annimali, ħlief dak li jkun fih laħam jew interjuri tal-majjal, ta' l-annimali bovini jew tan-nagħaġ | ex 16.02 | Laħam ippreparat jew ippreservat kif ukoll interjuri oħrajn | | ex A.Tal-fwied, barra minn dak tal-majjal, ta' l-annimali bovini u tan-nagħaġ | | ex B.Oħrajn ħlief dawk li fihom laħam u interjuri ta' tjur domestiċi, majjali, annimali bovini jew nagħaġ | 16.03 | Estratti tal-laħam u meraq tal-laħam | 18.01 | Fażola tal-kawkaw, sħaħ jew miksura, nejja jew inkaljati | 18.02 | Qxur, fosdqiet, rita u skart tal-kawkaw | 22.07 | Xorb ieħor iffermentat (per eżempju ċidru, perry, u mead) | 23.01 A | Dqiq u għalf ta' laħam u interjuri; mhux tajjeb għall-ikel tal-bniedem | ex 23.02 | Granza, taqxir u fdal ieħor mill-għarbiel, mit-tħin, jew mill-ħdim ta' legumi | ex 23.03 | Naqal u skart ieħor, mill-fabbrikazzjoni tal-birra u mid-distillazzjoni; Fdal tal-fabbrikazjoni ta' lamtu u fdal ieħor. | 23.06 | Prodotti ta' oriġini veġetali tat-tip użat għall-ikel ta' l-annimali li mhux speċifikat jew inkluż band' oħra. | | ex A.Ġandar, qastan ta' l-Indja, fdal ta' l-għasir tal-frott ħlief dak ta' l-għeneb. | | ex B.Oħrajn | 23.07 | Għalf mogħti z-zokkor; preparati ta' tip uża għall-għalf ta' l-annimali | | A.A Solubili mill-ħut jew mill-balieni | | ex B.Oħrajn, ħlief prodotti li fihom il-glukosju jew xiropp tal-glukosju li jaqgħu taħt is-subintestaturi 17.02 B u 17.05 B u prodotti li fihom il-lamtu (amidon) jew prodotti tal-ħalib [2] | [2] Għall-iskop ta' l-intetstatura ex 23.07 B "prodotti tal-ħalib" tfisser il-prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 04.01, 04.02, 04.03, 04.04 u s-subintestaturi 17.02 A u 17.05 A --------------------------------------------------