31968R0261



Official Journal L 057 , 05/03/1968 P. 0001 - 0001
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0040
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0040
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0011
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0139
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0139


Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 261/68 tal-Kunsill

tad-29 ta' Frar 1968

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill Nru 423/67/KEE, 6/67/Eurotom tal-25 ta' Lulju 1967 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-membri tal-Kummissjonijiet tal-KEE u tal-KEEAu ta' l-Awtorità Għolja li ma ġewx maħtura membri tal-Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda għall-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 34 tiegħu;

Billi huwa għall-Kunsill li jiddetermina l-elmolumenti ta' persuni li kienu membri ta' l-Awtorita Għolja u tal-Kummissjonijiet tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunita Ewropea dwar l-Enerġija Atomika li, ma' tmiem il-kariga, ma ġewx maħtura membri tal-Kummissjoni;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Jannar 1968, it-tielet paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 423/67/KEE [1], Nru 6/67/Eurotom 2 tal-25 ta' Lulju 1967 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-membri tal-Kummissjonijiet KEE u KEEA u ta' l-Awtorita Għolja li ma ġewx maħtura membri tal-Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej:

"B'deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nri 422/67/KEE [2], 5/67/Euratom, il-pensjonijiet ta' persuni li kienu membri ta' l-Awtorita Għolja u tal-Kummissjonijiet tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika msemmija fl-Artikolu 1 li kellhom il-kariga għal perijodu ta' mhux inqas minn sentejn m'għandhomx ikunu inqas minn 15 % tas-salarju bażiku li jkunu ħadu l-aħħar."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Frar 1968.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Couve de Murville

[1] ĠU C 152, tat-13.7.1967, p. 2.

[2] ĠU C 187, tat-8.8.1967, p. 6.

--------------------------------------------------