31966L0401



Official Journal 125 , 11/07/1966 P. 2298 - 2308
Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0115
English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0132
Greek special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0243
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0174
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 1 P. 0174
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0131
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0131


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966

dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf

(66/401/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-produzzjoni ta’ pjanti ta’ l-għalf jokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità Ekonomika Ewropea;

Billi riżultati sodisfaċjenti fil-koltivazzjoni ta’ pjanti ta’ l-għalf jiddependu fil-parti l-kbira fuq l-użu taż-żerriegħa addattata; billi għal dan l-għan ċerti Stati Membri għal xi żmien irrestrinġew it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf għall-kwalità għolja ta’ żerriegħa; billi kienu kapaċi li jieħdu vantaġġ tax-xogħol ta’ l-għażla sistematika ta’ pjanti mwettaq matul diversi għexiren ta’ snin li rriżulta fl-iżvilupp ta’ varjetajiet ta’ pjanti ta’ l-għalf stabbli u uniformi li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, jidhru li huma ta’ valur kbir għall-għanijiet maħsuba;

Billi produttività akbar għandha tinkiseb fil-koltivazzjoni tal-Komunità ta’ pjanti ta’ l-għalf jekk għall-għażla tal-pjanti permessi li jistgħu jitqiegħdu fis-suq l-Istati Membri japplikaw regoli uniformi li huma stretti kemm jista’ jkun;

Billi huwa, madankollu, ġustifikabbli li jiġi ristrett it-tqegħid fis-suq ta’ ċerti varjetajiet biss jekk dak li juża jkun ċert li attwalment jikseb żerriegħa ta’ dawk il-varjetajiet;

Billi ċerti Stati Membri qegħdin għal dan l-għan japplikaw skemi ta’ ċertifikazzjoni li huma maħsuba permezz ta’ kontroll uffiċjali li jiżguraw l-identità u l-purità tal-varjetà;

Billi dik l-iskema diġà teżisti f’livell internazzjonali; billi l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp waqfet skema għaċ-ċertifikazzjoni tal-varjetajiet ta’ żerriegħa tal-ħwawar li tinġarr fil-kummerċ internazzjonali;

Billi huwa mixtieq li tiġi stabbilita kull skema uniformi ta’ ċertifikazzjoni għall-Komunità bbażata fuq l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dik l-iskema u ta’ l-iskemi nazzjonali għal dan il-prodott;

Billi l-iskema għandha tapplika għat-tqegħid fis-suq kemm fl-Istati Membri l-oħra kif ukoll fis-swieq domestiċi;

Billi, bħala regola ġenerali, iż-żerriegħa għall-pjanti ta’ l-għalf, ikun x’ikun l-għan li għalih titkabbar, għandha tiġi permessa li titqiegħed biss fis-suq jekk tkun ġiet uffiċjalment eżaminata u ċċertifikata, skond ir-regoli għaċ-ċertifikazzjoni, bħala żerriegħa bażika jew żerriegħa ċċertifikata jew jekk, fil-każ ta’ ċerti ġeneri u speċi, tkun ġiet uffiċjalment eżaminata u approvata bħala żerriegħa kummerċjali; Billi l-għażla tat-termini tekniċi "żerriegħa bażika" u "żerriegħa ċċertifikata" huma bbażati fuq terminoloġija li diġà teżisti internazzjonalment;

Billi għandu jkun hemm approvazzjoni għaż-żerriegħa kummerċjali sabiex jittieħed rendikont tal-fatt li mhux kull ġeneru u speċi ta’ żerriegħa ta’ l-għalf ta’ importanza għall-ħsad s’issa la pproduċew il-varjetajiet mixtieqa l-anqas kwantitajiet suffiċjenti ta’ żerriegħa tal-varjetajiet ezistenti biex jintlaħqu l-ħtiġiet kollha tal-Komunità; billi huwa għalhekk meħtieġ, fil-każ ta’ ċerti ġeneri u speċi, li tiġi approvata żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf li ma tkunx ta’ kull varjetà msemmija, iżda li tkun tikkonforma mar-regolamenti fl-aspetti l-oħra kollha;

Billi ż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf li ma titqigħedx fis-suq m’għandhiex, minħabba l-importanza ekonomika minuri tagħha, tkun suġġetta għar-regoli tal-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jagħmlu dik iż-żerriegħa suġġetta għal disposizzjonijiet speċjali;

Billi r-regoli tal-Komunità m’għandhomx japplikaw għal żerriegħa murija li tkun maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

Billi, biex tittejjeb mhux biss il-kwalità ġenetika tal-Komunità taż-żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf iżda wkoll il-karatteristiċi esterni tagħha, ċerti ħtiġiet għandhom jitniżżlu fir-rigward tal-purità analitika u ġerminazzjoni;

Billi, biex tiġi żgurata l-identità taż-żerriegħa, ir-regoli tal-Komunità dwar ippakkeġġar, teħid ta’ kampjuni, issiġillar u mmarkar għandhom jiġu stabbiliti; billi għal dan l-għan it-tikketti għandhom juru l-partikolaritajiet meħtieġa kemm tal-kontroll uffiċjali u t-tagħrif għall-utent u għandhom juru b’mod ċar in-natura taċ-ċertifikazzjoni tal-Komunità taż-żerriegħa ċċertifikata tal-kategoriji varji;

Billi ċerti Stati Membri jeħtieġu taħlit ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf ta’ diversi ġeneri u speċi għal użi speċjali; billi, sabiex jingħata kont ta’ dawn iż-żrieragħ, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li japprovaw dak it-taħlit, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet;

Billi, biex jiġi żgurat li ż-żewġ ħtiġiet tal-kwalità taż-żerriegħa u tad-disposizzjonijiet biex tiġi żgurata l-identità tagħha ikunu jikkonformaw matul it-tqegħid fis-suq, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disposizzjonijiet għall-arranġamenti addattati ta’ kontroll;

Billi żerriegħa li tissodisfa dawn il-ħtiġiet għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36 tat-Trattat, tkun suġġetta għall-ebda restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ħlief għal dawk li għalihom jipprovdu r-regoli tal-Komunità;

Billi, matul l-ewwel stadju, sakemm kull katalogu komuni tal-varjetajiet ikun ġie stabbilit, ir-restrizzjonijiet permessi għandhom jinkludu b’mod partikolari d-dritt ta’ l-Istati Membri li jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ dawk il-varjetajiet li huma ta’ valur għall-ħsad u użu fit-territorju tagħhom;

Billi, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet, żerriegħa mmoltiplikata f’pajjiż ieħor minn żerriegħa bażi ċċertifikata f’kull Stat Membru għandha tingħata għarfien bħala l-ekwivalenti ta’ żerriegħa mmoltiplikata f’dak l-Istat Membru

Billi, mill-banda l-oħra, disposizzjoni għandha ssir għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-Komunità ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf maħsuda f’pajjiżi terzi biss jekk dik iż-żerriegħa toffri l-istess assigurazzjoni bħal dik taż-żerriegħa ċċertifikata uffiċjalment, jew approvata uffiċjalment bħala żerriegħa kummerċjali, fil-Komunità u li tikkonforma mar-regoli tal-Komunità;

Billi, matul il-perjodi li fihom ikun hemm diffikultajiet fil-ksib ta’ provvisti ta’ żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji varji jew ta’ żerriegħa kummerċjali, żerriegħa li tissodisfa ħtiġiet anqas iebsin għandha temporanjament tkun permessa li titqiegħed fis-suq;

Billi, biex jiġu armonizzati l-metodi tekniċi ta’ ċertifikazzjoni użati fid-diversi Stati Membri u biex jiġi permess li jsiru paraguni fil-futur bejn żerriegħa ċċertifikata fil-Komunità u dik li tiġi minn pajjiżi terzi, testijiet tal-Komunità f’dawn l-oqsma għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri biex ikunu jippermettu li jsir post-kontroll ta’ kull sena taż-żerriegħa tal-kategoriji varji ta’ "żerriegħa ċċertifikata";

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bix-xogħol li tadotta ċerti miżuri għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi, biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kull proċedura għandha tiġi pprovduta għat-twaqqif ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Imwaqqaf dwar Żrieragħ u Materji għall-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikultura u Forestrija;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf imqiegħeda fis-suq ġewwa l-Komunità, irrispettivament mill-użu li għalih iż-żerriegħa kif imkabbra hija maħsuba.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

A. Pjanti ta’ l-għalf: pjanti tal-ġeneri u speċi li ġejjin:

a)Grammineae | Ħxejjex |

Agrostis spec. | Agrostis |

Alopecurus pratensis L. | Meadow foxtail |

Arrenatherum elatius (L.) J.and C. Presl. | Tall oatgrass |

Dactylis glomerata L. | Cocksfoot |

Festuca arundinacea Schreb. | Tall fescue |

Festuca ovina L. | Fescue tan-ngħaġ |

Festuca pratensis Huds. | Meadow fescue |

Festuca rubra L. | Fescue aħmar |

Lolium spec. | Sikrana |

Phleum pratense L. | Timothy |

Poa. Spec. | Meadograss |

Trisetum flavescens (L.) Pal. Beauv | Golden oatgrass |

(b)Leguminosae | Legumi |

Lotus corniculatus L. | Birdsfoot trefoil |

lupini spec. ħlief | Lupini ħlief |

Lupinus perennis L. | Perrenial lupin |

Medicago lupulina L. | Black medick |

Medicago sativa L. | Xnien |

Medicago varia Martyn | Xnien |

Onobrychis sativa Lam. | Sainfoin |

Pisum arvense L. | Piżelli ħadra |

Trifolium hybridum L. | Silla Alsike |

Trifolium incarnatum L. | Silla kremżija |

Trifolium pratense L. | Silla ħamra |

Trifolium repens L. | Silla bajda |

Vicia spec.ħlief Vicia faba major L. | Ġilbiena u ful ħlief ful aħdar |

B. Żerriegħa Bażika:

1. Żerriegħa ta’ varjetajiet imnissla: żerriegħa

(a) li tkun ġiet prodotta taħt ir-responsabbiltà ta’ min inissel b’mod konformi ta’ prattiċi aċċettati għaż-żamma tal-varjetà;

(b) li hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata";

(ċ) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, tissodifa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għal żerriegħa bażika; u

(d) li tkun ġiet misjuba permezz ta’ kull eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

2. Żerriegħa ta’ varjetajiet lokali: żerriegħa

(a) li tkun ġiet prodotta taħt kontroll uffiċjali minn materjal uffiċjalment aċċettat bħala li jkun ta’ varjetà lokali fuq biċċa art waħda jew aktar li tkun tinsab f’reġjun ta’ oriġini demarkat b’mod ċar;

(b) li hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata";

(ċ) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, tissodifa l-kondizzjonijiet stabbilita fl-Annessi I u II għal żerriegħa bażika, u

(d) li tkun ġiet misjuba permezz ta’ eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Ċ. Żerriegħa ċertifikata: żerriegħa

(a) li tkun ta’ dixxendenza diretta miż-żerriegħa bażika jew żerriegħa ċċertifikata ta’ kull varjetà partikolari;

(b) li hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata jew ta’ pjanti";

(ċ) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (b), tissodifa l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Annessi I u II għal żerriegħa ċċertifikata, u

(d) li tkun ġiet misjuba permezz ta’ eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

D. Żerriegħa kummerċjali: żerriegħa

(a) li tkun identifikabbli bħala li tagħmel parti minn kull speċi;

(b) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (b), tissodifa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għal żerriegħa kummerċjali, u

(ċ) li tkun ġiet misjuba permezz ta’ eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

E. Miżuri uffiċjali: miżuri meħuda

(a) mill-awtoritajiet ta’ l-Istat, jew

(b) minn kull persuna legali sew jekk regolata bil-liġi pubblika jew privata, waqt li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat, jew

(ċ) fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma wkoll suġġetti għall-kontroll ta’ l-Istat, minn kull persuna naturali debitament awtorizzata għal dak l-għan,

kemm-il darba din il-persuna msemmija taħt (b) u (ċ) ma tagħmlu ebda qligħ privat minn dawk il-miżuri.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa ta’:

Dactylis glomerata L.

Festuca arundinacea Schreb.

Festuca pratenses Huds.

Festuca rubra L.

Lolium spec.

Phleum pratense L.

Medicago sativa L.

Medicago varia Martyn

Pisum arvense L. u

Trifolium repens L.

ma titpoġġiex fis-suq sakemm ma tkunx uffiċjalment iċċertifikata bħala "żerriegħa bażika" jew "żerriegħa ċċertifikata" u kemm-il darba ma tkunx tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovu li żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf tal-ġenere u speċi ħlief għal dawk elenkati fil-paragrafu 1 m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq sakemm iż-żerriegħa ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċjalment bħala "żerriegħa bażika" jew "żerriegħa ċċertifikata", jew tkun żerriegħa kummerċjali, u sakemm iż-żerriegħa ma tkunx tissodisfa wkoll il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

3. Il-Kummissjoni tista’ b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21, tipprovdi li wara dati speċifikati żerriegħa tal-ġeneri u speċi ta’ pjanti ta’ l-għalf ħlief għal dawk elenkati fil-paragrafu 1 ma jitqiegħedx fis-suq kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata bħala "żerriegħa bażika" jew "żerriegħa ċċertifikata".

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżamijiet uffiċjali jitwettqu skond il-metodi kurrenti internazzjonali, sa fejn dawk il-metodi jeżistu.

5. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal derogi mid-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2:

(a) għal żerriegħa mkabbra ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika;

(b) għal provi jew għall-għanijiet xjentifiċi;

(ċ) għal xogħol ta’ għażla;

(d) għal żerriegħa kif imkabbra’ imqiegħda fis-suq għall-ipproċessar, kemm-il darba l-identità taż-żerriegħa tiġi żgurata.

Artikolu 4

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, b’deroga mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3:

(a) jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa bażika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II dwar il-ġerminazzjoni; kull deroga simili tista’ wkoll tingħata dwar żerriegħa ċċertifikata ta’ Trifolium pratense fejn dik iż-żerriegħa hija maħsuba għall-produzzjoni aktar ta’ żerriegħa ċċertifikata.

Fil-każi mogħtija hawn fuq, il-miżuri kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-fornitur jiggarantixxi ġerminazzjoni speċifika li hu għandu jiddikjara għal kull għan tat-tqegħid fis-suq fuq tikketta speċjali li ġġorr ismu u n-numru ta’ referenza tal-lott taż-żerriegħa;

(b) biex iż-żerriegħa tkun disponibbli malajr, minkejja l-fatt li l-eżami uffiċjali għall-verifika tal-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II dwar il-ġerminazzjoni ma ġiex konkluż, jawtorizza ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali jew l-approvazzjoni u tqegħid fis-suq sa l-ewwel xerrej permezz ta’ kummerċ ta’ żerriegħa tal-kategoriji "żerriegħa bażika", "żerriegħa ċċertifikata" jew "żerriegħa kummerċjali". Iċ-ċertifikazzjoni jew approvazzjoni għandha tingħata biss mal-preżentazzjoni ta’ kull rapport analitiku provviżorju taż-żerriegħa u kemm-il darba jingħata l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel riċevitur; kull miżura meħtieġa għandha tingħata biex jiġi żgurat li l-fornitur jiggarantixxi l-ġerminazzjoni assigurata fl-analiżi provviżorja; din il-ġerminazzjoni għandha tiġi dikjarata għall-għanijiet tat-tqegħid fis-suq fuq kull tikketta speċjali li tkun iġġorr l-isem u l-indirizz tal-fornitur u n-numru ta’ referenza tal-lott.

Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal żerriegħa importata minn pajjiżi terzi, ħlief kif provdut mod ieħor fl-Artikolu 15 dwar il-moltiplikazzjoni barra l-Komunità.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II, jimponu ħtiġiet addizzjonali jew aktar iebsa għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa u wkoll għall-eżami taż-żerriegħa kummerċjali, li hija prodotta fit-territorju tagħhom.'

Artikolu 6

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kull lista tal-varjetajiet ta’ pjanti għall-għalf uffiċjalment aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni fit-territorju tiegħu; il-lista għandha turi l-karattri prinċipali morfoloġiċi jew fiżjoloġiċi li minnhom varjetajiet ta’ pjanti direttament imnissla minn żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata" tista’ tingħaraf waħda mill-oħra, u n-numru massimu stabbilit uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni prodotti miż-żerriegħa bażika ta’ kull varjeta. Fil-każ ta’ varjetajiet lokali l-lista għandha turi r-reġjun ta’ oriġini.

2. Fil-każ ta’ ibridi u varjetajiet sintetiċi, l-awtoritajiet responsabbli għall-aċċettazzjoni u ċertifikazzjoni għandhom jiġu avżati bil-komponenti ġeneoloġiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ta’ l-eżami u d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi huma, jekk dak li jkabbar hekk jitlob, trattati bħala kunfidenzjali.

3. Kull varjetà għandha tiġi aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni biss jekk tkun ġiet stabbilita permezz ta’ eżamijiet uffiċjali jew kontrollati uffiċjalment, partikolarment il-provi tat-tkabbir, li l-varjetà hija suffiċjentement uniformi u stabbli.

4. Il-varjetajiet aċċettati għandhom ikunu uffiċjalment ivverifikati f’intervalli regolari. Jekk kull waħda mill-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ma tkunx aktar tikkonforma, l-aċċettazzjoni għandha tiġi revokata u l-varjetà imħassra mill-lista

5. Dawn il-listi u kull tibdil magħmul fihom għandhom jintbagħtu minnufih lill-Kummissjoni li għandha tikkomunikahom lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, għall-ivverifikar tal-varjetajiet, l-eżami taż-żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni u l-eżami għaż-żerriegħa kummerċjali, kampjuni jittieħdu uffiċjalment skond metodi addattati.

2. Għall-eżami taż-żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni u l-eżami taż-żerriegħa kummerċjali, il-kampjuni għandhom jittieħdu minn lottijiet omoġenji; il-piż massimu ta’ kull lott u l-piż minimu ta’ kull kampjun huwa mogħti fl-Anness III.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li żerriegħa bażika, żerriegħa ċċertifikata u żerriegħa kummerċjali titqiegħed fis-suq biss f’kunsinni suffiċjentement omoġenji f’kontenituri ssiġillati li jġorru, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10, kull mekkaniżmu ta’ siġillar u mmarkar.

2. L-Istati Membri jistgħu, għat-tqegħid fis-suq ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali, jipprovdu għal derogi mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 dwar l-ippakkeġġar, issiġillar u mmarkar fir-rigward ta’ pakkeġġar, issiġillar u tqegħid fis-suq.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-ippakkeġġar ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċċertifikata u żerriegħa kummerċjali jkunu uffiċjalment issiġillati b’dak il-mod li meta l-kontenitur jinfetaħ is-siġill jitħassar u ma jkunx jista’ jerġa’ jitwaħħal mill-ġdid.

2. Il-pakketti m’għandhomx jiġu ssiġillati mill-ġdid ħlief uffiċjalment. Jekk il-pakketti jiġu ssiġillati mill-ġdid, il-fatt tas-siġillar mill-ġdid, id-data tas-siġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għal dan għandha tiġi ddikjarata fuq it-tikketta meħtieġa taħt l-Artikolu 10 (1).

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċċertifikata u żerriegħa kummerċjali:

(a) tkun ittikkettjata fuq barra b’tikketta uffiċjali f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità li tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjoni ta’ l-Anness IV; għandha titwaħħal b’siġill uffiċjali; il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għal żerriegħa bażika, ikħal għal żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni wara ż-żerriegħa bażika, ħamra għal żerriegħa ċċertifikata għall-ġenerazzjonijiet sussegwenti wara ż-żerriegħa bażika u safra skura għal żerriegħa kummerċjali; għat-tqegħid fis-suq fi Stati Membri l-oħra t-tikketta għandha ġġorr id-data li fiha s-siġill uffiċjali jkun twaħħal; jekk, kif maħsub fl-Artikolu 4 (a), iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa ċċertifikata ma tkunx tissodisfa il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II dwar il-ġerminazzjoni, dan il-fatt għandu jiġi dikjarat fuq it-tikketta;

(b) jkun fihom kull dokument uffiċjali, fl-istess kulur tat-tikketta, li jagħti l-istess tagħrif bħal dak meħtieġ taħt l-Anness IV għat-tikketta; dan id-dokument mhux meħtieġ jekk it-tagħrif ikun stampat b’mod li ma jitħassarx fuq il-kontenitur.

2. L-Istati Membri jistgħu:

(a) jeħtieġu li f’kull każ id-data li fiha jkun twaħħal is-siġill uffiċjali jiġi ddikjarat fuq it-tikketta;

(b) jipprovdu fil-każ ta’ pakketti żgħar għal derogi mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 11

Din id-Direttiva m’għandhiex teffettwa d-dritt ta’ l-Istati membri li jeħtieġu li, f’każi ħlief għal dawk li għalihom jipprovdi l-Artikolu 4, kontenituri ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċċertifikata jew żerriegħa kummerċjali, sew jekk iż-żerriegħa tkun ġiet prodotta fit-territorju tagħhom jew importata, għandhom, jekk iż-żerriegħa għandha titqiegħed fis-suq fit-territorju tagħhom, iġorru tikketta ta’ kull fornitur.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull trattament kimiku ta’ żerriegħa bażika, żerriegħa ċċertifikata jew żerriegħa kummerċjali jkun innotat jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta tal-fornitur u fuq il-kontenitur jew ġo fih.

Artikolu 13

1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf fil-forma ta’ taħlit magħmula minn diversi ġeneri u speċi ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf jew ta’ taħlit li jkun fihom żerriegħa tal-pjanti li ma jkunux pjanti ta’ l-għalf skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva, kemm-il darba l-komponenti varji tat-taħlit kienu jikkonformaw, qabel ma tħallat, mar-regolamenti tat-tqegħid fis-suq applikabbli għalihom.

2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8, 9 u 11 għandhom jgħoddu, bħal ma għandhom jgħoddu wkoll dawk ta’ l-Artikolu 10, ħlief li għal żerriegħa mħallta t-tikketta għandha tkun ħadra.

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata li tkun ġiet uffiċjalment ċertifikata u dawk il-kontenituri li jkunu ġew uffiċjalment immarkati u ssiġillati kif stabbilit f’din id-Direttiva, u żerriegħa kummerċjali li l-kontenituri tagħha jkunu ġew uffiċjalment immarkati u u ssiġillati kif stabbilit f’din id-Direttiva, ma jkunu suġġetti għal ebda restrizzjonijiet tas-suq fir-rigward tal-karattri tagħhom, arranġamenti ta’ l-eżami, immarkar u ssiġillar barra minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri jistgħu:

(a) fejn l-ebda miżuri ma jkunu ttieħdu mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 3 (3) u mdaħħla fis-seħħ, jipprovdu li wara dati speċifiċi żerriegħa tal-ġeneri u speċi ta’ pjanti ta’ l-għalf ħlief għal dawk elenkati fl-Artikolu 3 (1) ma titqiegħedx fis-suq kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċjalment bħala "żerriegħa bażika" jew "żerriegħa ċċertifikata".

(b) jadottaw disposizzjonijiet li jikkonċernaw il-kontenut massimu ta’ umdità aċċettabbli għat-tqegħid fis-suq;

(ċ) jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ pjanti ta’ l-għalf għal dik ta’ l-ewwel ġenerazzjoni wara ż-żerriegħa bażika;

(d) sa dak iż-żmien, li m’għandux ikun aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1970, li kull katalogu komuni tal-varjetatjiet ikun jista’ jiġi introdott, jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf ta’ dawk il-varjetajiet li huma mdaħħla f’kull lista nazzjonali bbażata fuq il-valur għall-ħsad u l-użu fit-territorju tagħhom; il-kondizzjonijiet għall-inklużjoni f’din il-lista għandhom ikunu l-istess għall-varjetajiet li jiġu minn Stati Membri oħra bħal dawk tal-varjetajiet domestiċi.

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa għall-pjanti ta’ l-għalf prodotta direttament minn żerriegħa bażika ċertifikata fi Stat Membru wieħed u maħsuda fi Stat Membru ieħor jew f’kull pajjiż terz għandha titqis bħala ekwivalenti għal żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni prodotta minn żerriegħa bażika maħsuda fl-Istat li jkun ipproduċa ż-żerriegħa bażika jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għal żerriegħa ċċertifikata jkunu eżawriti.

Artikolu 16

1. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi jekk:

(a) fil-kaz ta’ pajjiż terz li għalih hemm ipprovdut fl-Artikolu 15, l-ispezzjonijiet fuq il-lok fil-pajjiżi terzi jissodisfaw il-kondizzjonijiet fl-Anness I;

(b) żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf maħsuda f’kull pajjiż terz u li joffru l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristċi tagħha u l-arranġamenti għall-eżami tagħha, sabiex tiġi żgurata l-identità, għall-immarkar u għall-kontroll ikunu ekwivalenti f’dawn l-aspetti għaż-żerriegħa bażika, żerriegħa ċċertifikata jew żerriegħa kummerċjali maħsuda fil-Komunità u li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. Sa dak iż-żmien li l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jieħdu huma stess dawk id-deċiżjonijiet. Dan id-dritt għandu jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1969.

Artikolu 17

1. Biex titneħħa kull diffikultà temporanja fil-provvista ġenerali taż-żerriegħa bażika, żerriegħa ċċertifikata jew żerriegħa kummerċjali li sseħħ fi Stat Membru wieħed jew aktar u li ma tistax tiġi megħluba fil-Komunità, il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, għandha tawtorizza Stat Membru wieħed jew aktar li jaċċetta għat-tqegħid fis-suq, għal kull perjodu li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni, żerriegħa ta’ kull kategorija li tkun tissodisfa ħtiġijiet anqas iebsin.

2. Għal kull kategorija ta’ żerriegħa ta’ kull varjetà partikolari, it-tikketta uffiċjali għandha tiġi provduta għall-kategoija li tikkorrispondi; f’kull każ għandha tkun provduta għaż-żerriegħa kummerċjali. It-tikketta għandha dejjem tiddikjara li ż-żerriegħa in kwistjoni hija ta’ kategorija li tissodisfa ħtiġijiet anqas iebsin.

Artikolu 18

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal żerriegħa murija li tkun maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti addattati biex żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf tkun uffiċjalment ikkontrollata waqt it-tqegħid fis-suq, ta’ l-anqas bl-ivverifikar ta’ kampjuni, fir-rigward tal-konformità tagħha mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 20

1. Il-provi fuq kampi tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara ta’ kampjuni taż-żerriegħa meħuda matul it-teħid ta’ kampjuni ta’ referenza; dawn il-kamp għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni mill-Kumitat li għalih saret referenza fl-Artikolu 21.

2. Dawn it-testijiet komparattivi għandhom, matul kull l-ewwel stadju, jintużaw biex jarmonizzaw il-metodi tekniċi ta’ ċertifikazzjoni biex jinkisbu riżultati li jkunu ekwivalenti. Malli jintlaħaq dan l-għan, rapporti tal-progress ta’ kull sena għandhom isiru dwar il-provi komparattivi u mibgħuta b’mod konfidenzjali lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, tistabbilixxi d-data għall-ewwel rapport:

3. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet komparattivi li għandhom jitwettqu. Pjanti ta’ l-għalf maħsuda f’pajjiżi terzi jistgħu jiġu inklużi fil-provi komparattivi.

Artikolu 21

1. Fejn il-proċedura stabbilita f’dawn l-Artikoli għandha tiġi segwita, il-kwistjonijiet għandhom jiġu riferuti mill-President, jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta’ rappreżentant ta’ kull Stat Membru, lill-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat") imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 [2].

2. Fi ħdan il-Kumitat, il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom ikun mwieżna kif previst fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat kull abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu dwar dak l-abbozz, f’limitu ta’ żmien li l-President jista’ jniżżel skond l-urġenza tal-każ. Il-fehmiet għandhom jingħataw b’kull maġġoranza ta’ tnax-il vot.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom jgħoddu minnufih. Madankollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond il-Fehma tal-Kumitat, għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F’dak il-każ li l-Kummissjoni tista’ tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun adottat għal mhux aktar minn xahar mid-data ta’ dik il-komunikazzjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu kull deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

Artikolu 22

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali ġġustifikati fuq il-bażi tal-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, annimali jew pjanti jew għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali.

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1968, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 (1) u, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1969, dawk meħtieġa biex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva u ta’ l-Annessi li jinsabu magħha. Għandhom javżaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 24

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, l-14 ta’ Ġunju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Werner

[1] ĠU Nru 9, 9.7.1964, p. 1751/64.

[2] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2289/66.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’

1. L-uċuħ tar-raba’ għandu jkollhom identità suffiċjenti u purità tal-varjetà.

2. Għandu jkun hemm ta’ l-anqas spezzjoni waħda fuq il-post qabel kull ħsad taż-żerriegħa.

3. Il-kamp għandu jkun hekk ikkoltivat u l-wiċċ tar-raba’ għandu jkun f’dak l-istadju ta’ żvilupp li jkun jippermetti li l-identità u l-purità tal-varjetà tkun tista’ tiġi vverifikata b’mod adegwat.

4. Il-kamp m’għandux ikollu qabel ħsad ta’ xorta li tkun inkompatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa ta’ l-ispeċi u l-varjetà tal-wiċċ tar-raba’.

5. Għall-ispeċi inkroċjati d-distanzi minimi għall-uċuħ tar-raba’ minn uċuħ ta’ raba’ l-viċinanza ta’ varjetajiet oħra ta’ l-istess speċi, mill-uċuħ tar-raba’ ta’ l-istess varjetà li juru deġenerazzjoni li tidher u mill-uċuħ ta’ speċi relatati li tista’ tirriżulta f’pollinazzjoni barranija mhux mixtieqa għandhom ikunu:

Żerriegħa maħsuba għall-moltiplikazzjoni | Għelieqi ta’ moltiplikazzjoni |

Sa żewġ ettari | Aktar minn 2 ettari |

(a)Żerriegħa maħsuba għall-moltiplikazzjoni | 200m | 100m |

(b)Żerriegħa maħsuba għall-produzzjoni ta’pjanti ta’ l-għalf | 100m | 50m |

Dawn id-distanzi jistgħu jiġu injorati jekk ikun hemm biżżejjed protezzjoni minn kull tniġġiż barrani ta’ pollinazzjoni mhux mixtieq.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Kondizzjonijiet li għandhom jiġu eżawriti miż-żerriegħa

I. ŻERRIEGĦA ĊĊERTIFIKATA

1. Iż-żerriegħa għandha jkollha identità suffiċjenti u purità tal-varjeta.

2. Mard li jnaqqas l-utilità taż-żerriegħa għandu jkun ta’ l-anqas livell possibbli.

3. Iż-żerriegħa għandha wkoll tkun tikkonforma ma’ dan li ġej:

A. Standards

:

Speċi | Purità | Kontenut | Ġerminazzjoni |

(a)Gramineae

Agrostis alba | 90 | 1 | 80 |

Agrostis al spec | 90 | 1 | 75 |

Alopecurus pratensis L. | 75 | 1.5 | 70 |

Arrhenatherum elatius (L.) J. and C. Presl. | 90 | 1 | 80 |

Dactylis glomerata L. | 90 | 1 | 80 |

Festuca arundinacea Schreb. | 95 | 1 | 80 |

Festuca ovina L. | 85 | 1 | 75 |

Festuca pratensis Huds. | 95 | 1 | 80 |

Festuca rubra L. | 90 | 1 | 75 |

Loliium multiflorum spec. italicum | 96 | 1 | 75 |

Lolium al. spec. | 96 | 1 | 80 |

Phleum pratense L. | 95 | 0.5 | 80 |

Poa spec. | 85 | 1 | 75 |

Trisetum flavescens (L) Pal. Beauv. | 75 | 1 | 75 |

Speċi | Purità analitika minima | Kontenut massimu ta' żerriegħa ta' ħaxix ħażin (% skond il-piż) | Ġerminazzjoni minima (% ta' żerriegħa pura) | Kontenut massimu ta' żerriegħa iebsa (% ta' żerriegħa pura) |

b)Leguminosae

Lotus corniculatus L. | 95 | 0.8 | 75 | 40 |

lupini spec. | 98 | 0.1 | 80 | 20 |

Medicago lupulina L. | 97 | 0.8 | 80 | 20 |

Medicago sativa L. | 97 | 0.5 | 80 | 40 |

Medicago varia Martyn | 97 | 0.5 | 80 | 40 |

Onobrychis sativa L. | 95 | 1.5 | 75 | 20 |

Pisum arvense L. | 97 | 0.1 | 80 | - |

Trifolium hybridum L. | 97 | 0.5 | 80 | 20 |

Trifolium incarnatum L. | 97 | 0.5 | 80 | 20 |

Trifolium pratense L. | 97 | 0.5 | 80 | 20 |

Trifolium repens var. giganteum | 97 | 0.5 | 80 | 40 |

Trifolium repens L. | 97 | 0.8 | 80 | 20 |

Vicia faba | 97 | 0.1 | 85 | 20 |

Vicia al. spec. | 97 | 0.5 | 85 | 20 |

B. Noti

(a) Sal-kwantità massima indikata, iż-żerriegħa iebsa preżenti għandha titqies bħala żerriegħa kapaċi għall-ġerminazzjoni.

(b) Kull żerriegħa friska u b’saħħitha li ma tiġġerminax wara trattament minn qabel għandha titqies bħala żerriegħa li tkun iġġerminat.

(ċ) Iż-żerriegħa għandha tkun ħielsa minn Avena fatua u Cuscuta; madankollu, żerriegħa waħda ta’ Avena fatua jew Cuscuta f’kampjun ta’ 100 gramma m’għandhiex titqies bħala impurità jekk kull tieni kampjun ta’ 200 gramma jkun ħieles minn Avena fatua u Cuscuta.

(d) Il-persentaġġ skond il-piż ta’ żerriegħa Alopercurus myosuroides m’għandux jeċċedi 0 73.

(e) Il-persentaġġ skond il-piż ta’ żerriegħa ta’ pjanti oħra koltivati m’għandux jeċċedi 1; fil-każ ta’ kull speċi Poa, 1 % taż-żerriegħa ta’ speċi oħra ta’ Poa m’għandux jitqies bħala impurità.

C. Kondizzjonijiet speċjali għall-Lupinus spec.:

(a) Il-persentaġġ skond in-numru ta’ żerriegħa ta’ kulur ieħor m’għandux jeċċedi 1.

(b) Il-persentaġġ skond in-numru ta’ żerriegħa qarsa fil-varjetajiet ta’ lupin ħelu m’għandux jeċċedi:

3 għal żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni wara ż-żerriegħa bażika;

3 għal żerriegħa ċċertifikata ta’ ġenerazzjonijiet sussegwenti wara ż-żerriegħa bażika;

II. ŻERRIEGĦA BAŻIKA

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet supplimentari ta’ hawn taħt, il-kondizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni I ta’ dan l-Anness għandhom jgħoddu għaż-żerriegħa bażika:

1. Il-persentaġġ skond il-piż ta’ żerriegħa ta’ pjanti oħra m’għandux jeċċedi 0.2, li tiegħu la l-persentaġġ ta’ żerriegħa ta’ pjanti oħra koltivati lanqas il-persentaġġ ta’ żerriegħa ta’ ħaxix ħażin m’għandu jeċċedi 0.1.

2. In-numru ta’ żerriegħa ta’ Alopecurus myosuroides m’għandux jeċċedi l-5 f’kampjun ta’ 25 gramma.

3. Lupinus spec.: il-persentaġġ skond in-numru ta’ żerriegħa qarsa fil-varjetajiet ta’ lupin ħelu m’għandux jeċċedi 1.

III. ŻERRIEGĦA KUMMERĊJALI

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet supplimentari ta’ hawn taħt, il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 2 u 3 tas-Sezzjoni I ta’ dan l-Anness għandhom jgħoddu għaż-żerriegħa kummerċjali:

1. (a) Il-persentaġġ skond il-piż ta’ żerriegħa ta’ pjanti oħra koltivati m’għandux jeċċedi 3.

2. Fil-każ ta’ l-ispeċi Poa, 3 % ta’ żerriegħa ta’ speċi Poa oħra, m’għandux jitqies bħala impurità.

3. Fil-każ ta’ speċi Vicia, kull total ta’ 6 %, taż-żerriegħa ta’ Vicia pannonica, Vicia villosa u speċi oħra koltivati relatati m’għandux jitqies bħala kull impurità.

4. Lupinus spec.

(a) In-numru ta’ żerriegħa ta’ kulur ieħor m’għandux jeċċedi 2 %.

(b) In-numru ta’ żerriegħa qarsa f’lupin ħelu m’għandux jeċċedi 5 %:

--------------------------------------------------

ANNESS III

| Piż massimu ta' kull lott | Piż minimu ta' kull kampjun |

1.Żerriegħa ta' kull daqs ta' mhux anqas minn dak ta' ħabba qamħ | 500g gramma | Żerriegħa ta' daqs iżgħar minn dak ta' ħabba qamħ |

2.20 tunellata metrika | 10 tunellati metriċi | 300g gramma |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------