31962L2645



Official Journal 115 , 11/11/1962 P. 2645 - 2654
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0014
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0014
Danish special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0248
English special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0279 - 0290
Greek special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0071
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0001
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0001


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta' l-Istati Membri dwar materja koloranti awtorizzata għall-użu ta' affarijiet ta' l-ikel maħsuba għal konsum mill-bniedem

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 100 u 227(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi kull regola dwar materja koloranti li tista' tintuża f'affarijiet ta' l-ikel maħsuba għal konsum mill-bniedem għandha tagħti priorità għall-ħarsien tas-saħħa pubblika, imma wkoll għandha tingħata konsiderazzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur kontra l-falsifikazzjoni u l-ħtigijiet tal-ekonomija;

Billi differenzi bejn regoli nazzjonali dwar materji koloranti jfixxklu l-moviment liberu ta' affarijiet ta' l-ikel u jistgħu joħolqu kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux ġusta, u b'hekk jaffetwaw direttament jew indirettament l-iffunzjonar tas-suq komuni;

Billi l-approssimazzjoni ta' dawn ir-regoli huwa meħtieġ għal moviment liberu tal-affarijiet ta' l-ikel;

Billi l-armonizzazzjoni ta' dawn ir-regoli għandha tinvolvi, f'kull l-ewwel stadju, l-istabbiliment ta' kull lista ta' materja koloranti li l-użu tiegħu huwa awtorizzat għal-kolorazzjoni ta' affarijiet ta' l-ikel u t-tqegħid ta' kriterji ta' purità li dawk il-materji ta' kolorazzjoni għandhom jissodisfaw, waqt li matul kull tieni stadju, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjonijiet fuq l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kolorazzjoni ta' affarijiet ta' l-ikel;

Billi, sabiex jittieħed akkont tal-ħtiġiet ekonomiċi ta' ċertu Stati, kull perjodu għandu jiġi stabbilit li fiħ dawn l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta' materji ta' kolorazzjoni, iżommu r-regoli eżistenti tagħhom, fil-konsapevolezza li matul dak il-perjodu l-Kunsill jista', fid-dawl ta' kull riċerka xjentifika mwettqa, jieħu deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni fuq dawn il-materji koloranti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Ħlief kif ipprovdut b'mod ieħor fl-Artikoli 2, 3, 4 jew 13, l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw l-użu ta' materji ta' kolorazzjoni għal affarijiet ta' l-ikel maħsuba għal konsum mill-bniedem (minn hawn il-quddiem imsejħa "affarijiet ta' l-ikel") ta' kull materja ta' kolorizzazzjoni oltre dawk elenkati fl-Anness I.

2. L-użu ta' dawn il-materji għal kolorizzazzjoni ta' affarijiet ta' l-ikel għandu jkun bla ħsara għal kull projbizzjoni ġenerali.

3. Meta fl-użu ta' affarijiet ta' l-ikel wieħed jew aktar mill-materji ta' kolorizzazzjoni elenkat fl-Anness I jista' jipperikola s-saħħa pubblika, kull Stat Membru jista', għal kull perjodu ta' sena, jiddiferixxi l-użu tal-materja koloranti fl-affarijiet ta' l-ikel. Għandu jinforma lill-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar kull diferiment ta' kull sospensjoni fi żmien xahar. Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq kull prosposta mill-Kummissjoni u b'direttiva, minnufih jiddeċiedi jekk il-lista li hemm fl-Anness I għandhiex tiġi emendata u, jekk iva, safejn. Il-Kunsill jista', jekk meħtieġ, jestendi l-perjodu stabbilit fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu.

4. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ukoll japplikaw għal prodotti importati, kemm jekk ipproċċessati jew le, maħsuba għal konsum ġewwa l-Komunità.

L-Artikolu 2

1. Għal kull perjodu ta' tliet snin wara din in-notifika ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iżommu d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali eżistenti tagħhom dwar materji koloranti elenkati fl-Anness II.

2. Qabel l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kunsill jista', taħt l-Artikolu 100 tat-Trattat, jaġixxi fuq kull proposta għal kull direttiva li tawtorizza l-użu ta' din il-materja ta' kolorazzjoni. Awtorizzazzjoni għandha tingħata biss jekk, wara investigazzjoni xjentifika, dawn il-materji ta' kolorizzazzjoni jiġu ppruvati li huma mingħajr periklu għas-saħħa u jekk l-użu tagħhom huwa meħtieġ għal raġunijiet ekonomiċi. Jekk il-Kunsill ma jaġixxix fiż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1, l-Artikolu 12 għandu japplika.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva m'għandhiex taffetwa r-regoli nazzjonali dwar sustanzi naturali li huma użati fil-manifattura ta' diversi affarijiet ta' l-ikel minħabba l-karatteristiċi aromatiċi, rapidi jew nutrittivi. Iżda wkoll li għandhom karatteristika ta' kolorazzjoni sussidjarja, per eżempju paprika, tamarisk, żagħfran u sandlu b'mod partikolari.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva m'għandhiex taffetwa r-regoli nazzjonali rigward materji koloranti awtorizzati:

(a) koloranti tal-qxur ta' bajd iebes, tabakk u tabakk imanifatturat;

(b) għall-immarkar tal-laħam, ċitru, qxur tal-ġobon u kull parti esterna oħra ta' l-affarijiet ta' l-ikel li ssoltu ma jittieklux.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva m'għandhiex taffetwa r-regoli nazzjonali li jispeċifikaw liema affarijiet ta' l-ikel jistgħu jiġu mpinġija permezz ta' materji koloranti elenkati fl-Annessi I u II jew f'liema kondizzjonijiet għandhom hekk jiġu kkuluriti.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom, għad-dilwizzjoni jew tidwib ta' materji ta' koloranti elenkati fl-Anness 1, tawtorizza biss l-użu tal-prodotti segwenti:

Karbonat tas-sodju u Karbonat bl-idroġenu tas-sodju (sodium hydrogen sulphate)

Klorid tas-sodju (Sodium chloride)

Sulfat tas-sodju (Sodium sulphate)

Glukożju (Glucose)

Lattożju (Lactose)

Sakarożju (Sucrose)

Dextrins

Lamti

Etanolu

Gliċerolu

Sorbitol

Żjut ta' l-ikel u grass

Xama' tan-naħal

Ilma.

L-Artikolu 7

Permezz ta' deroga minn l-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-użu tal-pigment rubinu u tal-pigment umbru maħruq, kemm jekk imħallat jew mhuwiex max-xama' tal-paraffina jew sustanzi oħra mhux perikoluża, użati biss bħala koloranti tal-qxur tal-ġobon.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa:

- sabiex jiżguraw li l-materji ta' kolorazzjoni elenkati fl-Anness I, fejn użati sabiex jagħtu kulur lil affarijiet ta' l-ikel, jissodisfaw il-kriterji, kemm ġenerali u anke speċifiċi, stabbiliti fl-Anness III;

- sabiex jiżguraw li l-prodotti elenkati fl-Artikolu 6, fejn dawn huma użati biex jiddilwixxu jew idewbu il-materji ta' kolorazzjoni elenkati fl-Anness I, jissodisfaw il-kriterji ta' purità stabbilita fl-Anness III, it-Taqsima A(1) u (2)(b).

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw li l-materji ta' kolorazzjoni elenkati fl-Anness I jitqiegħdu fis-suq biss jekk l-imballaġġ jew il-kontenituri tagħhom iġorru:

(a) l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew il-bejjiegħ stabbilit ġewwa l-Komunità Ekonomika Ewropea;

(b) in-numru tal-materja jew materji koloranti skond is-sistema numerika tal-Komunità Ekonomika Ewropea mogħtija fl-Anness I;

(ċ) il-kliem "materja koloranti għal affarijiet ta' l-ikel".

2. Jekk l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1 tidher fuq l-imballaġġ jew il-kontenituri tagħhom u jekk il-kliem meħtieġa taħt il-paragrafu 1(ċ) jingħataw f'żewġ lingwi tal-Komunità, wieħed ta' oriġini Germanika u l-ieħor ta' oriġini Latina, l-Istati Membri m'għandhomx jirrifjutaw li jippermettu l-importazzjoni ta' materji koloranti elenkata fl-Anness I abbażi biss tal-fatt li jikkunsidraw li l-ittikettjar mhuwiex adekwat.

L-Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tapplika għal chewing gum safejn din ta' l-aħħar jkun fiha kull materja koloranti.

L-Artikolu 11

1. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq kull proposta mill-Kummissjoni, jista' jemenda b'direttiva l-kriterja tal-purità stabbilit fl-Anness III jekk jidher evidenti, b'mod partikolari fid-dawl ta' riċerka xjentifika, li huwa meħtieġ għal ħarsien tas-saħħa pubblika.

2. Wara li tikkonsulta ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi b'direttiva l-metodi ta' analiżi meħtieġa biex tivverifika li l-kriterja ta' purità stabbilita fl-Anness III ġew sodisfatti.

L-Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom, f'perjodu ta' xahar wara n-notifika ta' din id-Direttiva, temenda r-regoli tagħha b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq. Ir-regoli hekk emendati għandhom japplikaw għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Istati Membri mhux aktar tard minn sentejn wara dik in-notifika.

2. Fejn l-aħħar sentenza fl-Artikolu 2(2) hija applikabbli, id-data ta' skadenza tal-perjodu stabbilit f'dak l-Artikolu għandu jiġi sostitwit għad-data ta' notifika li għaliha saret referenza fil-paragrafu preċedenti.

L-Artikolu 13

Din id-Direttiva m'għandhiex taffetwa d-dispożizzjonijiet tar-regoli nazzjonali dwar prodotti maħsuba għall-esportazzjoni mill-Komunità.

L-Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tapplika fid-dipartimenti Franċiżi ta' barra mill-pajjiż.

L-Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Ottubru 1962.

Għal Kunsill

Il-President

E. COLOMBO

L-ANNESS I

Il-materji koloranti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva huma elenkati fit-tliet taqsimiet hawn isfel.

L-isem kimiku normalment mogħti huwa dak tal-kompost tas-sodju. Ħlief kif ipprovdut fir-rigward ta' Nru E 180, il-pigment rubina, l-użu tal-aċidu nnifsu huwa awtorizzat, jew tal-komposti tas-sodju, kalċium, potassa u aluminium, kemm jekk dawn huma msemmija jew le, u ta' komposti oħra.

Prodotti kimiċi sintetiċi li huma identiċi għal materji koloranti naturali elenkati hawn isfel huma ukoll awtorizzati.

Kulur Nru. KEE Isem komuni (1) Schultz CI DFG (2) Isem kimiku jew deskrizzjoni

I. Materja koloranti għall-kulur kemm tal-massa kif ukoll tal-wiċċ

Isfar E 100 Curcumin 1374 (1238) 75300 139 1,7-di-(4-hydroxy-3-methoxyphenyl) hepta-1,6-diene-3,5 dione

E 101 Riboflavina (Latttoflavina) 111 6,7-dimethyl-9-(D'-1'-ribitil-) isoalloxazine: 7,8-dimethyl-10-(2,3,4,5-tetra-hydroxy-pentyl) isoalloxazine

E 102 Tartrazine 737 (640) 19140 64 5-hydroxy-1-p-sulphophenyl 1-4-p-sulphophenyl-azopyrazole-3-carboxylic acid

E 103 Chrysoine S 186 (148) 14270 26 Melħ tas-sodju b'p-sulphobenzine azoresoroinol jew 2, 4-dihydroxyazoazobenzene-4-sulphonic acid

E 104 Kwinolina safra 918 (801)3 470053 97 Melħ tas-sodju ta' taħlita tal-acidi mono u disulfonici (l-aktar ta' l-aħħar) ta' quinophthalone jew 2-quinolylindandione

E 105 Fast Yellow AB 172 (16) 13015 23 Melħ tat-tip disodju ta' 1-(4-sulpho-1-phenylazo)-4-aminobenzene-5-sulphonic acid

Orangjo E 110 Oranġjo Isfar S sunset yellow FCF 15985 29 Melħ tat-tip disodjuta' 1-p-sulphonphenylazo)-1-naphthol-4-sulphonic acid

E 111 Oranġjo GGN 15980 32 Melħ tat-tip disodju ta' 2-(4-sulpho-1-naphtholazo-)1-naphthol-4-sulphonic acid

Ahmar E 120 Koċineal carminic acid 1381 (1239)75470 107 estratt tal-Coccus cacti (inkluż imluħa tal-ammonium)

E 121 Orchil, orcein 1386 (1242) 141 miksuba minn soluzzjoni tal-ammonia fl-ajru, tal-materjal koloranti aħmar tal-ispeci Rocella, Lichanora u Orchella

E122 Azorubine Carmoisine 208 (179) 14720 38 Melħ tat-tip disodju ta' 1-p-sulphonphenylazo)-1-naphthol-4-sulphonic acid

E 123 Amaranth 212 (184) 16185 40 Melħ tat-tip trisodju ta' 1-(4-sulpho-1-naphylazo)-2-naphthol-3,6-disulphonic acid

E 124 Koċineal Aħmar A Ponceau 4R 213 (185) 16255 41 Melħ tat-tip triisodju ta' 1-(4-sulpho-1-naphthylazo)-2-naphthol-6,8-disulphonic acid

E 125 Scarlet GN 14815 34 Melħ ta' tip disodju ta' 2-(6'-sulpho-2'-+4'-xylylazo)-1-naphthol-5-trisulphonicacid

E 126 Ponceau 6R 215 (186) 16290 42 Melħ tat-tip tetrasodju ta' 1-(4-sulpho-1-naphthylazo)-1-naphthol-3,6,8-trisulphonic acid

Ikħal E 130 Antraquinone blue (solanthrene blue R5) 1228 (1106)69800 104 N,N'-dihydro-1,2,1,2'-anthraquinone-azine (Indanthrone)

E 131 Patent Blue V 826 (712) 42051 85 Melħ tal-kalcju ta' acidu disulfoniku ta' m-hydroxytetraethyl-diaminotriphenyl-carbinol anhydride

E 132 Indigotin (indigo carmine) 1309 (1180)73015 105 Melħ ta' tip disodju ta' indigotin-5,5'-disulphonic acid

Hadrani E 140 Klorofilli 1403 (12 49a) 75810 110 Klorofilla a: kumpless ta' magnesju ta' 1,3,5,8-tetramethyl-4-ethyl-2-vinyl-9-oxo-10-metoxycarbonylphorbin-7-propionic-acid phytyl ester Klorofilla b: kumpless ta' magnesju ta' 1,5,,8-trimethyl-4-ethyl-2-vinyl-3-formyl-9-oxo-10-metoxycarbonylphorbin-7-propionic-acid phytyl ester

E 141 Kumplessi tar-ram ta' Klorofilli klorofillini 110 Kumplessi tal-klororfilli tar-ram tal-Klorofillini tar-ram

Kannella E 150 Karamella (4) Prodott esklussiv miksub billi jissaħħan is-sakkarosi ma' tipi oħra ta' zokkor

Iswed E 151 Brillant Black BN, Iswed PN 28440 58 Melħ tetrasodium ta' 8-acetamido-2-(7-sulpho-4-p-sulphophenylazo)-1-naphthylazo)-1-naphthol-3,5-disulphonic acid

E 152 Iswed 7984 Melħ tetrasodium ta' (4-(4-sulpho-1-phenylazo)-7'-sulpho-1-naphtħylazoħ-1-ħydroxy-7-amino-naphtħalene-3,6-disulphonic acid

E 153 Carbo medicinalis vegetalis (faħam tal-kannol) faħam tal-kannol vegetativ li għandu l-istess karatteristici bħaċ-faħam tal-kannol mediċinali

Diversi tipi ta' sfumaturi E 160 Karotinoidi (a)alpha-, béta-gamma-karotina Il-forom trans kollha

(b) Bixin Norbixin (Annatto) Bixin, kulur karotinoide ħuwa l-kulur ewlieni ta' estratti taż-żejt ta' Annatto. Huwa il-monoethyl ester ta' Norbixin Norbixin szimmetrikus dikarboxilsav. Norbixin huwa dicarboxylic acid simmetriku. Il-melħ alkalin huwa l-kulur ewlieni ta' estratti fl-ilma ta' estratti Annatto paprika.

(ċ) Capsantin, Capsorbin estratt tal-paprika

(d) Lycopene Il-forom kollha trans

E 161 Xantofilli (a) Flavoxanthein (b) Lutein (ċ) Kryptoxanthin (d) Rubixanthin (e) Violaxanthin (f) Rhodoxanthin 1403 (12 49a) 144 Il-xantofilli huma ketonici u/jew deivativi idroxilici tal-karotina

E 162 Beetroot red Betanin Estratt fl-ilma tal-għerq tal-pitrava l-ħamra.

E 163 Anthocyanins 1394 1400 112 L-anthocyanines huma glicosidi tal-imluħa ta' 2-phenylbenzopyrylium; il-bicca l-kbira minnhomn huma derivativi idroxili (hydroxyl). Dawn jinkludu s-segwenti aglykoni antocyanidini: pelargonidin, cyanidin, peonidin, delfinidin, petunidin, malvidin. L-anthocyanines jistgħu jinkisbu minn frott jew ħxejjex li jittieklu b'huma frawli, ċawsli, ċiras, għajnbaqar, lanpun, tut, ribes, passolina ħamra, kaboċċa ħamra, basal aħmar, cranberries, mirtilli, brunġiel, għeneb, u sebuq.

II. Materja koloranti għall kulur ta' l-ucuħ biss

E 170 Karbonat tal-kalċju 1405 (1260) 77220

E 171 Diossidu tat-titanju 1418 (1264)77891

E 172 Ossidi tal-ħadid u idrosidi 1276 1311 1428 1429 1470 774897749177492 77499

E 173 Aluminju 77000

E 174 Fidda

E 175 Deheb

III. Materja kkoloranti għal użu partikolari biss

E 180 Pigment rubine (Lithol-rubine BK) (għal kolorazzjoni tal-wicc tal-ġobon) 194 (163) 15850 147 L-imlewħa tal-kalcju u aluminju ta' 3-carboxy-1-p-lotylazo-2-naphthol-2-sulphonic acid.

Sfumaturi diversi E 181 umbra maħruqa (għal kolorazzjoni tal-wicc tal-ġobon) Prodott miksub bit-tixwit fl-arja ta' kull taħlita li tikkonsisti essenzjalment minn ossidi tal-ħadid u magnesju, u silikati tal-kalcju u aluminium, karbonati u sulfati.

1 Dawn l-ismijiet huma mogħtija għall-informazzjoni biss. 2 L-abbrevjazzjoniet ifissru: Schultz: - G. Schultz, Farbstofftabellen, is-7 Edizzjoni, Leipzig, 1931. CI: - Figuri fil-parantesi: Rowe Indiċi tal-Kulur 1924. Figuri oħra ta' l-indiċi tal-kulur Rowe, it-2 Edizzjoni, Bradford, Anglia, 1956. DFG: - Toxikologische Daten von Farbstoffen und ihre Zulassung für Lebensmittel in verschieden Ländern, migbur f'isem il-Kummissjoni minn Professur Dr. G. Hecht, Wuppertal-Elberfeld, is-6 Komunika mill-Istitut tar-Ricerka Germaniża fuq Materja Koloranti it-2 Edizzjoni,. 2. Wiesebaden, 1957. 3 Din tirrelata biss għal materja koloranti magħrufa bħala "early dye" li hi identika għal dik li tinsab taħt Nri 918 Schultz u 97 DFG 4 L-isem "karamell" tirrelata dwar prodotti ta' kulur kanella li hu ftit jew wisq intens li hu maħsub għal kolorazzjoni Ma tikkorispondhiex għall-espressjoni "Karamell", li hu t-terminu użat għal prodott aromatiku taz-zokkor miksub billi s-saħħan iz-zokkor u wżat għal konfezzjoni u ikel ieħor magħmul mill-għagina ħelwa.

L-ANNESS II

Isem komuni (1) Schultz: CI: DFG2 Formula kimika jew deskrizzjoni

I. Materja koloranti kemm għal piż jew għall-ucuħ

Estratti miċ-ċiras tal-Persja 1369 (1234) 75640 138 Estratti miċ-ċiras ta' speci diversi ta' Rhammus b' mod partikolari infectorius, amygdalinus u sexatalis.

Orcanet, alkanet, alkannin 1382 (1240) 75520 75530 140 Estratt mill-għerq ta' Alkanna tinctoria.

Karamellin vegetali Estratt miksub minn Cassel's earth billi jigi ttrattat b'mod speċjali ċertu pit u lignit.

Erythrosine 887 (773) 45430 93 Melħ disodju jew dipoassju ta' 2,4,5,7-tetraiodofluorescein.

Acid Brilliant Green BS (Lissamine green, Green S) 836 (737) 44090 86 Melħ tas-sodju ta' 4,4-bis-(dimethyl-amino)-diphenyl-methyléne-2-naphthol-3,6-disulfonphic acid.

II. Materja kkoloranti għal użu partikolari biss

Ultramarine blue (għal kolorazzjoni ikħal taz-zokkor) 1435 (1290) 77007 Taħlita ta' aluminjum, sodju, silicon u sulfat.

1 u 2 Ara n-noti fl-Anness I.

L-ANNESS III

Kriterja ta' Purità

A. KRITERJA ĠENERALI TAL-PURITÀ

Sakemm mhux ipprovdut b'mod ieħor fil-kriterja speċifiku tat-Taqsima B, il-materji koloranti li għalihom saret referenza fl-Anness I huma meħtieġa biex jissodisfaw il-kriterji ta' purità, kwantitajiet u persentaġġi li jiġu kkalkulati fuq il-kulur pur.

1. Impuritajiet inorganiċi

(a) Għandu jkun fihom mhux aktar minn 5 mg/kg ta' arseniku u mhux aktar minn 20 mg/kg ta' ċomb;

(b) Għandu jkun fihom mhux aktar minn 100 mg/kg tas-sostanzi li ġejjin, meħuda separatament: antimonju, ram, kromju, zingu, barium sulphate; jew aktar minn 200 mg/kg ta' dawn il-prodotti meħuda flimkien;

(ċ) M'għandux ikun fihom kadmiju, merkurju, selenju, tellurju, uranju jew kromati ta' komposti li jinħallu ta' barju f'ammonti li jistgħu jiġu intraċċati.

2. Impuritajiet organiċi

(a) M'għandux ikun fihom 2-naphthylamine, benzidine, amino-4-diphenyl (jew xenylamine) jew derivati tagħhom;

(b) M'għandux ikun fihom idrokarboni aromatiċi poliċikliki;

(ċ) Materji ta' kolorazzjoni organika sintetika m'għandux ikun fiha aktar minn 0,01 % ta' amini aromatiċi liberi;

(d) Materji ta' kolorazzjoni organika sintetika m'għandux ikun fiha aktar minn 0,5 % ta' prodotti sintetiċi bejjiena ħlief għal amini aromatiċi liberi;

(e) Materja koloranti organika sintetika m'għandux ikun fiha mhux aktar minn 4 % tal-materji ta' kolorazzjoni sussidjarji (isomero, homologi eċċ.);

(f) Materji ta' kolorazzjoni sulfonata għandu jkun fiha mhux aktar minn 0,2 % tas-sostanzi li jistgħu jiġu estratti bid-diethyl ether.

B. KRITERJA SPEĊIFIKU TAL-PURITÀ

E 101 - Lattoflavina (Riboflavina)

Lumiflavin: Lesti il-kloroform mingħajr etanolo kif ġej: Ħawwad 20 ml ta' kloroform ma' 20 ml ta' ilma b'attenzjoni għal tliet minuti u ppermetti żmien għas-separazzjoni. Iġbed is-saff ta' kloroform u rrepeti din il-proċedura darbtejn billi tuża 20 ml kull darba. Fl-aħħar, iffiltra l-kloroform permezz ta' karta filtranti niexfa, ferefer il-filtrat sewwa għal ħames minuti ma' 5g ta' sulfat tas-sodju anidru, ħalli it-taħlita toqgħod għal sagħtejn, imbagħad ferra jew ifiltra il-kloroform ċar. Hawwad 25 mg ta' riboflavin ma' 10 ml ta' kloroform mingħajr ethanol għal ħames minuti, imbagħad iffiltra: il-kulur tal-filtrat m'għandux ikun aktar qawwi minn dak ta' kull soluzzjoni akwea miksuba billi tiddilwixxi 3 ml ta' 0,1 N potassium dichromate f'1000 ml.

E 102 - Tartazina

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

Koloranti sussidjarji: mhux aktar minn 1 %

E 103 - Chrysoine S

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

E 104 - Kwinolina Safra

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

E 105 Fast Yellow AB

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

Koloranti sussidjarji: mhux aktar minn 3 %

Amini aromatiċi sulfonati u analina: mhux aktar minn 10 mg/kg

(a) Determinazzjoni ta' 2-aminoazobenzene u 4-aminoazobenzene: Ħoll 20,0 g ta' Fast Yellow AB f'400 ml ta' ilma u żid 5 ml ta' N idrossidu tas-sodju. Ħallat f'lenbut li jissepara b'erba' porzjonijiet ta' 50 ml ta' klorobenżina, għal ħames minuti kull darba. Aħsel l-estratti ta' klorobenżina kkombinata b'ammonti suċessivi ta' 400 ml ta' 0,1 N idrossidu tas-sodju sakemm is-saff akweju ta' fuq jiġi mingħajr kulur. Iffiltra s-soluzzjoni ta' klorobenzena permezz ta' karta filtranti mgħattna b'mod oħxon u kejjel l-estinsjoni (E1) fi spettrofotometru kontra klorobenzena li tinsab f'ċelloli ta' ħxuna xierqa (d1) f'414 m.

Kalkulazzjoni:

Kontenut ta' 2 u 4-aminoazobenzene (mg/kg) = E1 × 100

0,397 × d1

Nota:

[pic]

[Note to printers: Translate the words "at" and "for" in the image into the maltese word "għal"]

Il-kontenut ta' aminoazobenzene jista' jiġi stabbilit biss sa 90 %. Huwa possibli li tissepara il-komposti 2- u 4- bil-metodu li ġej. Ikkonċentra 100 ml ta' estratt tal-klorobenżina sa bejn wieħed u ieħor 20 ml permezz ta' tgħollija f'banju marija b'kull kurrent ta' arja sħuna. Ferra s-soluzzjoni konċentrata f'kolonna ta' alumina (ta' daqs xieraq).Aħsel bil-klorobenżina. L-ewwel 100 ml tal-klorobenżina li biħ inħaslet ikun fiha it-2-aminoazobenzene. Il-kompost para tal-klorobenżina huwa mbagħad maħsul. Iddilwixxi iż-żewġ soluzzjonijiet sa 100 ml. Kejjel l-estinsjoni tal-kompost ortho f'414 m (E2), u dak tal-kompost para f'376 m (E3).

[pic]

[Note to printers: Translate the words "for" in the image into the maltese word "għal" and the phrases 2-aminoazobenzene content and 4-aminozobenzene content into "2-kontenut ta' aminoazobenzene" and "4-kontentut ta' aminoazobenzene" ]

(b) Determinazzjoni tal-anilina: Ħallat 75 ml ta' l-estratt tal-klorobenżina li baqa' ma' żewġ porzjonijiet suċċessivi ta' 50 ml ta' 0,5 N ta' aċidu idrokloriku, imbagħad ma' żewġ pozjonijiet ta' 25 ml ta' ilma. Innewtraliżża l-estratti akweji kkombinati b'soluzzjoni ta' 30 % ta' idossidu tas-sodju, imbagħad aċidifika b'10 ml ta' 0,5 N aċidu idrokloriku. Holl 1-2 g ta' bromida tal-putassju f'din is-soluzzjoni. Wara li tkessaħ fis-silġ tal-ilma, żid madwar 20 taqtira ta' 0,1 N nitrat tas-sodju u ħalli joqgħod għal għaxar minuti. Neħħi n-nitrat eċċessiv biż-żieda ta' aċidu sulfamiku. Ferra' is-soluzzjoni f'madwar 5 ml ta' 3 % tas-soluzzjoni ta' melħ R (disodium salt ta' 2-naphthol-3, 6-disulphonic acid) miżjud ma 10 ml ta' 2 N sodium hydroxide. Ħalli wieqaf għal ħmistax-il minuta. Aċidifika is-soluzzjoni tad-dyestuff ma' Congo Red ST (indikatur) sakemm dan idur ikħal, imbagħad ifiltra. Id-dyestuff aminoazobenzene għandu jibqa' fil-filtru. Iddilwixxi il-filtrat b'200 ml, imbagħad kejjel l-estinzjoni sa 490 m jew E4.

Kalkulazzjoni:

[pic]

[Note to printers: Translate the words "for" in the image into the maltese word "għal" and the phrase Aniline content into "Kontenut ta' l-Aniline"]

E 110 - Oranġjo Isfar S, Sunset Yellow FCF

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

E 111 - Oranġje GGN

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

E 120 - Koċineal, aċidu karminiku

Kromatografija bil-karta: b'soluzzjoni ta' 2 g ta' trisodium citrate f'100 ml 5 % ammonium hydroxide, koċineal jagħti biss tebgħa waħda fiż-żona alkalina.

E 122 - Ażorubin, Karmoisine

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

Koloranti sussidjarji: mhux aktar minn 1 %

E 123 - Amaranth

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

E 124 - Koċineal Aħmar A, Ponceau 4 R

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

E 125 - Scarlet GN

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

E 126 - Ponceau 6 R

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

Koloranti aċċessorjali: mhux aktar minn 3 %

E 131 - Patent Blue V

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,5 %

Kromju (stmat bħala CR): mhux aktar minn 20 mg

Koloranti aċċessorjali: mhux aktar minn 1 %

E 132 - Indigotin indigo carmine

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

Koloranti aċċessorjali: mhux aktar minn 1 %

Aċidu Isatinsulfoniku: mhux aktar minn 1 %

E 141 - Kumplessi tar-ram ta' klorofilli u klorofillini

Soluzzjoni ta' 1 % ta' kumpless ta' ram klorofilli fit-turpentina m'għandiex tkun imdardra u m'għandhiex tifforma sediment.

Ram (Cu ijoniżżibli liberu): mhux aktar minn 200 mg/kg

E 151 - Brilliant Black BN, Iswed PN

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

Koloranti aċċessorjali: mhux aktar minn 15 % (Il-preżenza ta' koloranti aċċessorjali li fosthom il-kompost diacetyliżżat ġie identifikat huwa essenzjali sabiex jikseb il-kulur preċiż.)

Prodotti bejjiena: mhux aktar minn 1 %

E 152 - Iswed 7984

Prodotti li ma jinħallux fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

Ċomb: mhux aktar minn 10 mg/kg

Arseniku: mhux aktar minn 2 mg/kg

E 153 - Carbo medicinalis vegetalis (faħam tal-kannol)

Idrokarboni aromatiċi ogħla: Estratt ta'1 g ta' carbon black ma' 10 g ta' cyclohexane pur għal sagħtejn. L-estratt għandu jkun mingħajr kulur. Jista' jagħti ftit jew xejn floroxxenza fid-dawl ultra-violet; bl-evaporazzjoni m'għandux ħalli residwi.

Prodotti tal-qatran: Għalli 2 g ta' carbon black ma' 20 ml ta' N idrossidu tas-sodju, imbagħad iffiltra. Il-filtrat għandu jkun mingħajr kulur.

E 160(a) - Alpha-, Beta-, Gamma-Karotena

Kromatografija: Bl-adsorbiment ta' alumina jew silica gel, Beta-karotena pura tidher biss f'żona waħda.

E 160 (b) - Bixin u Norbixin (Annatto)

Kromatografija:

(a) Annatto: Dewweb kwantita xierqa ta' Annatto fil-benżina jew iddilwixxi soluzzjoni ta' Annatto fil-benżina sabiex tikseb soluzzjoni ta' l-istess kulur bħala 1 % soluzzjoni ta' potassium dichromate. Ferra 3 ml tas-soluzzjoni minn naħa ta' fuq tal-kolonna tal-alumina; Aħsel bil-mod. Aħsel il-kolonna tliet darbiet bil-benżina. Il-bixin huwa assorbit b'mod qawwi fil-wiċċ ta' l-alumina u jifforma żona li hija oranġjo-ħamra (li hija distinta mill-crocetin saffron). Kull żona safranija ċara ġeneralment timxi malajr tul il-kolonna, anke bil-bixin pur ikkristilliżżat Il-bixin ma jistax jinħasel fil-benżina, pitrolju, ether, kloroform, acetone, etanolu jew metanolu. Iżda l-etanolu u l-metanolu jġegħlu l-isfumatura oranġjo tieħu xejra oranġjo-isfar.

Reazzjoni Carr-Price: Neħħi l-benżina mill-kolonna billi taħsel tliet darbiet bil-kloroform li qabel kien ġie iddeidrat permezz tal-potassium carbonate. Wara eluzzjoni ta' l-aħħar ħasla bil-kloroform, żid 5 ml tar-reaġent minn naha ta' fuq tal-kolonna. Iż-żona bixxina minnufiħ idur ikħal-aħdar (li hija differenti mill-crocetin).

(b) Bixin: Dewweb minn 1 sa 2 mg ta' bixxina kristalliżata f'20 ml ta' kloroforma. Żid 5 ml ta' din is-soluzzjoni minn naħa ta' fuq tal-kolonna ippreparata. Laħlaħ is-soluzzjoni bil-kloroform li qabel ġiet iddeidrata bis-sodium carbonate u kompli bħal fil-(a) (Reazzjoni Carr-Price).

(ċ) Soluzzjonijiet alkalini ta' norbixin: Qiegħed f'lembut li jissepara 2 ml ta' soluzzjoni akweja ta' Annatto f'50 ml. Żid biżżejjed 2 N aċidu sulforiku sabiex tikseb reazzjoni tassew aċiduża. In-norbixin għandu jissepara bħala preċipitu aħmar. Żid 50 ml ta' benżina, imbagħad ħallat sew. Wara s-separazzjoni neħħi is-saff akweju u aħsel is-soluzzjoni bil-benżina ma' 100 ml ta' ilma sakemm is-soluzzjoni mhix aktar ażiduża. Iċċentrifuga s-soluzzjoni (ġeneralment emulsifikata) ta' norbixin fil-benzena għal għaxar minuti f'2500 dawriet kull minuta. Ferra' s-soluzzjoni ta' norbixin ċara u iddeidra permezz ta' sulfat tas-sodju anidru. Ferra' 3-5 ml ta' din is-soluzzjoni min-naħa ta' fuq tal-kolonna ta' l-alumina. Norbixin bħal bixin għandu jifforma żona oranġjo-ħamra fil-wiċċ tal-alumina. Meta maħsul bħal fil-każ ta' (a), għandu jaġixxi bħal bixin u għandu jaħdem ukoll bir-reazzjoni Carr-Price.

E 162 - Beetroot red, betanin

Kromatografija bil-karta: Bil-butanolu ssaturat b'aċidu idrokloriku 2 N bħala solvent (kromatografija li timxi 'l fuq), betanin jagħti kulur aħmar bi traċċa kanella u ftit migrazzjoni.

E 171 - Titanium dioxide

Sustanzi solubili f'aċidu idrokloriku: Holl 5 g ta' titanium dioxide f'100 ml ta' 0,5 N aċidu idrokloriku u saħħan għal 30 minuta f'banju marija, u hawwad kull tant żmien. Iffiltra f'Gooch crucible li fil-qiegħ tiegħu hemm tliet saffi mqegħda, l-ewwel ta' l-asbestos aħrax, it-tieni ta' karta filtranti magħfġa f'polpa u t-tielet ta' asbestos fin. Aħsel it-tliet porzjonijiet suċċessivi b'0,5 N aċidu idrokloriku kull wieħed ta' 10 ml. Evapora l-filtrat sakemm jinxef fi skutella ta' tnixxif tal-platinu, imbagħad saħħan sakemm jiġi kulur aħmar imdennes sakemm il-piz huwa kostanti. Il-piż tar-residwu m'għandux jaqbeż 0,0175 g.

Antimoju: mhux aktar minn 100 mg/kg

Żingu: mhux aktar minn 50 mg/kg

Komposti tal-barju li jinħallu: mhux aktar minn 5 mg/kg

E 172 - Iron oxides and hydroxides

Selenju: mhux aktar minn 1 mg/kg

Merkurju: mhux aktar minn 1 mg/kg

E 181 - Burnt umber

Ossidi tal-manganiż magħdud abbażi tal-Mn3O4: mhux aktar minn 8 %

Materja organika mhux kompletament maħruqa: Għalli 2 g ta' burnt umber fi 30 ml ta' 20 % soluzzjoni ta' potassium hydroxide, imbagħad iffiltra. Il-filtrat għandu jkun mingħajr kulur.