Official Journal 043 , 12/07/1960 P. 0919 - 0920
Danish special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0046
English special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0048
Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0005
Portuguese special edition Chapter 10 Volume 1 P. 0005
Id-Deċiżjoni fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment tal-kapital għall-Alġerija u għad-dipartimenti overseas Franċiżi Il-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 227(2) tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi f'konformità mat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 227(2) huwa għall-Kunsill li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, għajr dawk li hemm stabbiliti fl-ewwel sub-paragrafu, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jittrattaw il-kapital, għandhom ikunu japplikaw għall-Alġerija u d-dipartimenti overseas Franċiżi; Billi proposta għal Direttiva fuq il-liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital, sottomessa mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 69 tat-Trattat, ġiet imqiegħda quddiem il-Kunsill; Billi l-leġislazzjoni fuq il-moviment tal-kapital li hemm fis-seħħ fl-Alġerija u fid-dipartimenti overseas Franċiżi, kif ukoll il-kondizzjonijiet ekonomiċi speċjali ta' dawn it-territorji u l-ħtiġijiet ta' l-ekonomija u l-iżvilupp soċjali tagħhom, jirrendu xierqa l-applikazzjoni tad-diżposizzjonijiet tat-Trattat fir-rigward tal-kapital; ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Artikoli 67 sa 73 tat-Trattat, u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 106 dwar il-moviment tal-kapital, għandhom ikunu jgħoddu għall-Alġerija u d-dipartimenti overseas Franċiżi. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Mejju 1960. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-11 ta' Mejju 1960. Għall-Kunsill Is-Segretarju Ġenerali Calmes Il-President Eugène Schaus --------------------------------------------------