|
9.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/103 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1)(R) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
tad-19 ta’ Ġunju 2023
li tistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka [2023/1621]
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 635(1) tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness 50 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka f’materji kriminali kif stipulat fl-Appendiċi ta’ din id-Deċiżjoni huwa b’dan adottat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja
Il-Kopresidenti
Chris JONES
Bruno GENCARELLI
Stephen CURZON
APPENDIĊI
TALBA GĦAL ASSISTENZA REĊIPROKA F’MATERJI KRIMINALI
Din il-formola għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti li għalihom tapplika skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
L-informazzjoni pprovduta trid tkun rilevanti u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tiġi eżegwita din it-talba, f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-protezzjoni tad-data.
|
TAQSIMA A Referenza tal-Każ: … Stat Rikjedenti: … Awtorità Rikjedenti: … Stat Rikjest: … Awtorità Li Ssirilha t-Talba (jekk magħrufa): … |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
TAQSIMA B: Urġenza Jekk jogħġbok indika jekk hemmx xi urġenza minħabba:
Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt: … Il-limiti ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tat-talba huma stabbiliti fl-Artikolu 640 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Madankollu, jekk din it-talba tkun urġenti u/jew teħtieġ azzjoni sa/f’data speċifika, jekk jogħġbok speċifika u spjega r-raġuni għal dan: … … |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
TAQSIMA C: Kunfidenzjalità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
TAQSIMA D: Relazzjoni ma’ talba għal assistenza preċedenti jew simultanja Jekk jogħġbok identifika kwalunkwe azzjoni meħuda f’dawn il-proċedimenti jew f’dawk relatati biex din l-evidenza tiġi mfittxija permezz ta’ mezzi oħra, fejn applikabbli. Jekk jogħġbok indika jekk din it-talba għal assistenza reċiproka tissupplimentax talba/talbiet għal assistenza preċedenti jew kwalunkwe talba għal assistenza simultanja lill-Istat Rikjest u, jekk rilevanti, lil Stat ieħor.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
TAQSIMA E: Raġuni tat-talba
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
TAQSIMA F: L-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati Jekk jogħġbok ipprovdi biss informazzjoni li hija rilevanti u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal din it-talba. Jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull persuna.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Isem:… Għamla ta’ persuna ġuridika:… Isem imqassar, isem ta’ użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli: … Sede/uffiċċju reġistrat(a):… Numru tar-reġistrazzjoni:… Indirizz tal-persuna ġuridika:… Dettalji oħra ta’ kuntatt (email, nru tat-telefown): … Isem ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika:… Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pożizzjoni li l-persuna kkonċernata għandha fil-proċedimenti:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
TAQSIMA G: Miżura rikjesta
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
TAQSIMA H: Rekwiżiti addizzjonali għal ċerti miżuri Imla t-taqsimiet rilevanti għall-miżura/i investigattiva/i rikjesta/i: |
|
TAQSIMA H1: Perkwiżizzjoni u sekwestru Persuna fiżika jew ġuridika marbuta mal-perkwiżizzjoni. Jekk aktar minn waħda, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji għal kull waħda: … … Bini li għandha ssir il-perkwiżizzjoni tiegħu. Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar kif il-persuna hija kkollegata mal-bini. Jekk aktar minn waħda, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull waħda: … … … Liema evidenza qiegħda tiġi mfittxija? Identifika l-materjal li trid tipperkwiżixxi f’kemm jista’ jkun dettall: … … … Għaliex temmen li l-evidenza x’aktarx li tinsab fil-post imsemmi hawn fuq u li hija rilevanti u ta’ valur sostanzjali għall-investigazzjoni: … … … Hemm xi riskju li jinstab materjal privileġġat? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji: … … … Se jkun meħtieġ li xi uffiċjali tal-Istat rikjedenti jkunu preżenti waqt il-perkwiżizzjoni? (Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima I):
Kwalunkwe informazzjoni magħrufa relatata ma’ investigazzjonijiet fi stati oħra li jista’ jkollha impatt fuq din it-talba ta’ perkwiżizzjoni u sekwestru: … … … Jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata mal-perkwiżizzjoni u s-sekwestru: … |
|
TAQSIMA H2: Għoti ta’ informazzjoni dwar kontijiet bankarji jew kontijiet finanzjarji oħra Jekk aktar minn kont wieħed huwa kkonċernat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull kont. Jekk jogħġbok speċifika liema informazzjoni qiegħda tintalab:
Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi:
|
|
TAQSIMA H3: Data dwar l-abbonat, it-traffiku, il-lokalizzazzjoni u l-kontenut Tip ta’ data mitluba:
It-talbiet kollha għal data dwar l-abbonat, it-traffiku jew il-lokalizzazzjoni, u l-kontenut jirrikjedu l-informazzjoni segwenti:
Ipprovdi dettalji ulterjuri biex tgħin fl-identifikazzjoni tad-data rikjesta:
|
|
TAQSIMA H4: Vidjokonferenza jew konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra Jekk huwa rikjest smigħ b’vidjokonferenza jew konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra: Jekk jogħġbok indika l-isem tal-awtorità li se tmexxi s-smigħ (jekk jogħġbok inkludi l-isem tal-persuna li se tmexxi s-smigħ/id-dettalji ta’ kuntatt/il-lingwa meta disponibbli): … … Data/i proposta/i (JJ/XX/SSSS): … Ħin tal-bidu tal-konferenza (ss:mm:ss): … Żona tal-ħin: … Tul approssimattiv tas-smigħ: … Dettalji tekniċi:
Data u ħin tal-prova qabel: … Dettalji ta’ kuntatt għall-operatur tal-prova ta’ qabel jekk magħruf: … L-arranġamenti lingwistiċi u ta’ interpretazzjoni: … Kwalunkwe rekwiżit ieħor (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): … … … …
|
|
TAQSIMA H5: Miżuri proviżorji Jekk tintalab miżura proviżorja għall-fini tal-preservazzjoni tal-evidenza, ta’ żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti jew ta’ protezzjoni ta’ interessi legali fil-periklu, jekk jogħġbok indika jekk:
|
|
TAQSIMA H6: Trasferiment ta’ persuna miżmuma f’kustodja
|
||||||||
|
|
|
||||||
|
||||||||
|
|
|||||||
|
||||||||
|
TAQSIMA H7: Investigazzjonijiet Sigrieti Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet għaliex tqis li l-miżura investigattiva sigrieta hija rilevanti għall-fini tal-proċedimenti kriminali: … … … Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni segwenti:
… … |
|
TAQSIMA I: Formalitajiet u proċeduri mitluba għall-eżekuzzjoni
|
|
TAQSIMA J: Dettalji tal-awtorità li ħarġet it-talba
|
||||||||
|
TAQSIMA K: Firma Billi niffirma din il-formola, niċċertifika li:
Firma tal-awtorità rikjedenti u/jew tar-rappreżentant tagħha: Isem: … Kariga okkupata: … Data: … Timbru uffiċjali (jekk disponibbli): Lista ta’ hemżiet (jekk applikabbli): … … |