16.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/2


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, iffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Ottubru 2019 (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2022, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu, wara li l-proċeduri għad-dħul fis-seħħ tlestew fid-9 ta’ Awwissu 2022.


(1)  ĠU L 64, 3.3.2020, p. 3.