1.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/1 |
Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea
Il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea, iffirmat fi Brussell fit-23 ta’ Frar 2021, ser jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu 31(1) tiegħu, fl-1 ta’ Settembru 2022.