17.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 200/2019

tal-10 ta’ Lulju 2019

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2222]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tħassar id-Direttiva 82/891/KEE (2), 89/666/KEE (3), 2005/56/KE (4), 2009/101/KE (5), 2011/35/UE (6) u 2012/30/UE (7), li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 1 (id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b’dan li ġej:

32017 L 1132: Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni) (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-miżuri ta’ tranżizzjoni indikati fl-Artikolu 160 għandhom ikunu applikabbli wkoll fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(b)

Dan li ġej jiżdied fl-Anness I:

‘—

L-Iżlanda:

hlutafélag,

Il-Liechtenstein:

Aktiengesellschaft;

In-Norveġja:

allmennaksjeselskap.’

(c)

Dan li ġej għandu jiżdied fl-Anness II

‘—

L-Iżlanda:

hlutafélag, Einkahlutafélag, samlagsfélag;

Il-Liechtenstein:

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung, die Kommanditaktiengesellschaft;

In-Norveġja:

aksjeselskap, allmennaksjeselskap’.”

2.

It-testi tal-punt 2 (id-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), tal-punt 3 (id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), tal-punt 5 (is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE), tal-punt 8 (il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE) u tal-punt 10e (id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassru.

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2017/1132 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Lulju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)  ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46.

(2)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47.

(3)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36.

(4)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

(6)  ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.