13.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 167/2022

tal-10 ta’ Ġunju 2022

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1867]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2051 tal-24 ta’ Novembru 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco Animal Nutrition irrappreżentata minn Genencor International B.V.) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2080 tas-26 ta’ Novembru 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-ħut bil-pinen (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2090 tal-25 ta' Novembru 2021 li jikkonċerna ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tad-diossidu tat-titanju bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I għall-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 435 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2094) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“436.

32021 R 2051: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2051 tal-24 ta’ Novembru 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco Animal Nutrition irrappreżentata minn Genencor International B.V.) (ĠU L 420, 25.11.2021, p. 19).

437.

32021 R 2080: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2080 tas-26 ta’ Novembru 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-ħut bil-pinen (ĠU L 426, 29.11.2021, p. 23).

438.

32021 R 2090: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2090 tal-25 ta' Novembru 2021 li jikkonċerna ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tad-diossidu tat-titanju bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 160).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2051, (UE) 2021/2080 u (UE) 2021/2090 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Ġunju 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)  ĠU L 420, 25.11.2021, p. 19.

(2)  ĠU L 426, 29.11.2021, p. 23.

(3)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 160.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.