26.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/227 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2021 TAL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA MAĦLUQ BIL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, FUQ NAĦA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, FUQ IN-NAĦA L-OĦRA
tat-23 ta’ Frar 2021
fir-rigward tad-data dwar meta l-applikazzjoni provviżorja skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni se tieqaf tapplika [2021/356]
IL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, fuq naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, fuq in-naħa l-oħra, u b’mod partikolari il-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu FINPROV.11 [Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja] tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu FINPROV.11 [Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, fuq naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, fuq in-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), il-Partijiet qablu li japplikaw il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2021 dment li qabel dik id-data javżaw lil xulxin li jkunu wettqu r-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja. L-applikazzjoni proviżorja tieqaf f’waħda mid-dati li ġejjin, skont liema tiġi l-ewwel: fit-28 ta’ Frar 2021 jew f’data oħra kif jiddeċiedi l-Kunsill ta’ Sħubija; jew fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih iż-żewġ Partijiet ikunu avżaw lil xulxin li wettqu r-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom biex jistabbilixxu l-kunsens tagħhom li jintrabtu. |
(2) |
Peress li l-Unjoni Ewropea mhijiex se tkun tista’, minħabba rekwiżiti proċedurali interni, tikkonkludi l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni sat-28 ta’ Frar 2021, jenħtieġ li l-Kunsill tas-Sħubija jistabbilixxi t-30 ta’ April 2021 bħala d-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja skont il-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu FINPROV.11 [Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja skont il-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu FINPROV.11 [Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jenħtieġ li tkun it-30 ta’ April 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell u f’Londra, it-23 ta’ Frar 2021.
Għall-Kunsill tas-Sħubija
Il-Kopresidenti
Maroš ŠEFČOVIČ
Michael GOVE