17.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/8


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Settembru 2012, daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Marzu 2013, f’konformità mal-Artikolu 7(1) tal-Ftehim, peress li l-aħħar notifika ġiet iddepożitata fl-4 ta’ Marzu 2013.