5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 279/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/298]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/478 tal-14 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kategoriji ta’ kunsinni li jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll (1) fuq il-fruntiera jrid jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti. Il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE u għalhekk id-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar annimali ħajjin, minbarra ħut u annimali tal-akkwakultura. Id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura, ma għandhomx japplikaw għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 11b (ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u mal-punt 31q (ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“kif emendat bi:

32019 R 0478: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/478 tal-14 ta’ Jannar 2019 (ĠU L 82, 25.3.2019, p. 4).”

Artikolu 2

Dan li ġej jiżdied mal-punt 164 (ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“kif emendat bi:

32019 R 0478: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/478 tal-14 ta’ Jannar 2019 (ĠU L 82, 25.3.2019, p. 4).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2019/478 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)  ĠU L 82, 25.3.2019, p. 4.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.