19.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/5 |
DEĊIŻJONI Nru 68/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA
tal-5 ta’ Frar 2020
relatata mal-elenkar ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2020/223]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b’mod partikulari l-Artikoli 7 u 14;
Billi l-Kumitat Konġunt irid jieħu d-deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità skont Anness Settorjali;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
1. |
Il-Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A jiżdied mal-lista ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika. |
2. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, f’termini tal-prodotti u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati biex joperaw f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem. |
F’isem l-Istati Uniti tal-Amerka
James C. SANFORD
Iffirmata f’Washington, fit-13 ta’ Jannar 2020
F’isem l-Unjoni Ewropea
Ignacio IRUARRIZAGA
Iffirmata fi Brussell, fil-5 ta’ Frar 2020
HEMŻA A
Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika
Eleforss Oy Visiokatu 6 FI-33720 TAMPERE IL-FINLANDJA |