30.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 49/2018

tat-23 ta’ Marzu 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/66]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1011 tal-24 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 185 14.7.2015, p. 31 u ĠU L 125, 18.5.2017, p. 75, għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1013 tal-25 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2015/1011 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1277/2005 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 15x (ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“15xa.

32015 R 1011: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1011 tal-24 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (ĠU L 162, 27.6.2015, p. 12), kif ikkoreġut bil-ĠU L 185, 14.7.2015, p. 31 u ĠU L 125, 18.5.2017, p. 75.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

 

Ir-Regolament għandu japplika biss għall-Istati taż-ŻEE tal-EFTA fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.

15xb.

32015 R 1013: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1013 tal-25 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi (ĠU L 162, 27.6.2015, p. 33).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

 

Ir-Regolament għandu japplika biss għall-Istati taż-ŻEE tal-EFTA fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.”

2.

It-test tal-punt 15ze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Delega (UE) 2015/1011, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 185, 14.7.2015, p. 31 u bil-ĠU L 125, 18.5.2017, p. 75, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 162, 27.6.2015, p. 12.

(2)  ĠU L 162, 27.6.2015, p. 33.

(3)  ĠU L 202, 3.8.2005, p. 7.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.