30.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2018

tat-23 ta’ Marzu 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/58]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1576 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-Sistema ta’ Twissija Akustika tal-Vettura għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 2a (ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32017 R 1576: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1576 tas-26 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 3).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1576 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 239, 19.9.2017, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.