|
12.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/33 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP STABBILIT TAĦT IL-FTEHIM TA' SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-ISTATI EPA SADC, MIN-MAĦA L-OĦRA
tat-18 ta' Frar 2019
rigward l-istabbiliment ta' lista ta' arbitri [2019/391]
IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 94, 100, 103 u 104 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta' arbitri prevista fl-Artikolu 94 tal-Ftehim, kif indikata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, hija b'dan adottata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f'Cape Town, l-Afrika t'Isfel.
Għall-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp
Rappreżentant tal-Istati EPA SADC
O. WARD
Rappreżentant tal-UE
E. SYNOWIEC
ANNESS
LISTA TA' ARBITRI PREVISTA FL-ARTIKOLU 94 TAL-FTEHIM
|
|
Arbitri magħżula mill-Istati EPA SADC:
|
|
|
Arbitri magħżula mill-UE:
|
|
|
Arbitri magħżula b'mod konġunt mill-Partijiet (ċittadini barranin li jistgħu jservu bħala President):
|