28.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 18/2019

tat-8 ta' Frar 2019

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/341]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 16b (id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31ba (id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32014 R 0909: ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8.”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 29f (ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

“, kif emendat bi:

32014 R 0909: ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p.8.”

3.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bea (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014):

“31bf.

32014 R 0909: ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p.8.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat Membru(i)” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Kull referenza għall-“membri tas-SEBĊ” jew għal “banek ċentrali” għandha tinftiehem li tinkludi, apparti t-tifsira tagħha fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Il-Liechtenstein jista' jħalli lil CSDs ta' pajjiż terz li diġà jipprovdu servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) lil intermedjarji finanzjarji fil-Liechtenstein jew li diġà stabbilew fergħa fil-Liechtenstein, ikomplu jipprovdu s-servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) għal perjodu li ma jaqbiżx il-5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 tat-8 ta' Frar 2019.

(d)

Fl-Artikolu 1(3)(g), il-kliem “tad-dritt tal-Unjoni” huma sostitwiti bil-kliem “tal-Ftehim taż-ŻEE”.

(e)

Fl-Artikolu 12(3), il-kliem “il-muniti tal-Unjoni” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “il-muniti uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE”.

(f)

fl-Artikolu 13 u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(1), il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-awtoritajiet rilevanti”;

(g)

Fl-Artikoli 19(3), 33(3), 49(4), 52(2) u 53(3), il-kliem “ESMA, li” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “ESMA. ESMA jew, skont il-każ, Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

(h)

Fl-Artikolu 24(5):

(i)

fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-kliem “u, f'każijiet li jikkonċernaw l-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;

(ii)

fit-tielet subparagrafu, il-kliem “ESMA, li” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “ESMA. ESMA jew, kif ikun il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

(i)

Fl-Artikolu 34(8), il-kliem “tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “tar-regoli dwar il-kompetizzjoni applikabbli skont il-Ftehim ŻEE”.

(j)

Fl-Artikolu 38(5), il-kliem, “fis-17 ta' Settembru 2014” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 tat-8 ta' Frar 2019”.

(k)

Fl-Artikoli 49(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sat-18 ta' Diċembru 2014” isir “fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 tat-8 ta' Frar 2019”.

(l)

Fl-Artikolu 55:

(i)

fil-paragrafi 5 u 6, il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Ftehim taż-ŻEE”.

(ii)

fil-paragrafu 6, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

(m)

Fl-Artikoli 58(3) u 69(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sas-16 ta' Diċembru 2014” isir “fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 tat-8 ta' Frar 2019”.

(n)

Fl-Artikolu 61(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sat-18 ta' Settembru 2016” isir “fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 tat-8 ta' Frar 2019”.

(o)

Fl-Artikolu 69(2) u (5), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “fiż-ŻEE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “tad-dħul fis-seħħ”.

(p)

Fl-Artikolu 76, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-paragrafi 4, 5 u 6, il-kliem “tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tkun tinkludi” għandu jiddaħħal wara l-kliem “dħul fis-seħħ”;

(ii)

fil-paragrafu 5, il-kliem “sat-13 ta' Ġunju 2018” jiġi sostitwit bil-kliem “fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkludi d-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014”;

(iii)

fil-paragrafu 7, il-kliem “it-3 ta' Jannar 2017” għandu jsir “dawn l-atti japplikaw fiż-ŻEE””.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Frar 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1.

(*1)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.