28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/3


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

A.   Ittra mill-Unjoni

Sinjura,

1.   

L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u r-Renju tan-Norveġja (“in-Norveġja”) bħala l-Partijiet għal dan il-Ftehim jirrikonoxxu li, għall-finijiet tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (“SĠP”), iż-żewġ Partijiet japplikaw regoli ta' oriġini simili bil-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a)

id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” msejsa fuq l-istess kriterji;

(b)

dispożizzjonijiet għal-akkumulazzjoni reġjonali ta' oriġini;

(c)

dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' akkumulazzjoni għal materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija;

(d)

dispożizzjonijiet għat-tolleranza ġenerali għal materjali mhux oriġinarji;

(e)

dispożizzjonijiet għan-nonalterazzjoni ta' prodotti mill-pajjiż benefiċjarju;

(f)

dispożizzjonijiet għall-ħruġ jew biex isiru provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni;

(g)

rekwiżit għall-kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi benefiċjarji dwar il-kwistjoni tal-provi tal-oriġini.

2.   

L-Unjoni u n-Norveġja għandhom jirrikonoxxu li materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP rispettivi tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija, jakkwistaw l-oriġini ta' pajjiż benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet jekk f'dak il-pajjiż benefiċjajru jgħaddu minn ħidma jew proċessar li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet meqjusa bħala ħidma jew proċessar insuffiċjenti biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Dan is-subparagrafu għandu japplika għal materjali oriġinarji fl-Iżvizzera u fit-Turkija, soġġett għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-paragrafi 15 u 16.

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tan-Norveġja għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta b'mod partikolari għall-finijiet tal-verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini fir-rigward tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fil-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim tal-14 ta' Mejju 1973 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandhom jiġu applikati.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal prodotti tal-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija adottata mill-Organizzazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 1950.

3.   

L-Unjoni u n-Norveġja b'dan jintrabtu li jaċċettaw provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni fil-forma ta' ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni Formola A (“ċertifikati ta' sostituzzjoni”) maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Parti l-oħra u dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini magħmula minn rikonsenjaturi tal-Parti l-oħra, reġistrati għal dak il-għan.

Kull Parti tista' tivvaluta l-eliġibbiltà għal trattament preferenzjali ta' prodotti koperti minn provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni skont il-leġiżlazzjoni proprja tagħha.

4.   

Kull Parti għandha tipprovdi li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu rispettati qabel il-ħruġ jew it-tħejjija ta' prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni:

(a)

provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu jew isiru biss jekk il-provi tal-oriġini inizjali kienu nħarġu jew tħejjew skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Unjoni jew fin-Norveġja;

(b)

biss fejn prodotti ma jkunux ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f'Parti, prova tal-oriġini jew prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni tista' tiġi sostitwita bi prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni waħda jew aktar għall-finijiet li jintbagħtu l-prodotti kollha, jew xi wħud minnhom, koperti mill-prova tal-oriġini inizjali minn dik il-Parti għall-Parti l-oħra;

(c)

il-prodotti għandhom ikunu baqgħu taħt is-superviżjoni doganali fil-Parti rikonsenjatriċi u ma għandhomx ikunu ġew alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal operazzjonijiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom (“prinċipju ta' nonalterazzjoni”);

(d)

fil-każ fejn prodotti kisbu status oriġinarju taħt deroga mir-regoli ta' oriġini mogħtija minn Parti, provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni ma għandhomx jinħarġu jew isiru jekk il-prodotti jiġu rikonsenjati lill-Parti l-oħra;

(e)

il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi fejn il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra jkunu kisbu status oriġinarju permezz ta' akkumulazzjoni reġjonali;

(f)

il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi jekk il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra ma jingħatawx trattament preferenzjali mill-Parti rikonsenjatriċi.

5.   

Għall-finijiet tal-punt (c) tas-subparagrafu 4, għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn jidher li hemm raġunijiet għal dubju fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju ta' nonalterazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex jipprovdi evidenza ta' konformità ma' dak il-prinċipju, li tista' tingħata bi kwalunkwe mod;

(b)

fuq it-talba tar-rikonsenjatur, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom jiċċertifikaw li l-prodotti baqgħu taħt is-superviżjoni doganali tul is-soġġorn tagħhom fit-territorju ta' dik il-Parti u li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex matul il-ħażna tagħhom fit-territorju tal-Parti jiġu alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal ħidmiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom;

(c)

fejn l-evidenza ta' sostituzzjoni hija ċertifikat ta' sostituzzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali ma għandhomx jitolbu ċertifikat ta' nonmanipulazzjoni għaż-żmien li l-prodotti kienu fil-Parti l-oħra.

6.   

Kull Parti għandha tiżgura li:

(a)

fejn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu mal-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula fil-pajjiż benefiċjajru tal-iskema tas-SĠP tal-Unjoni u ta' dik tan-Norveġja, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tan-Norveġja għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta għall-finijiet ta' verifika sussegwenti ta' dawn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni. Fuq it-talba tal-Parti ta' destinazzjoni finali, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom iniedu u jsewgu l-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali korrispondenti;

(b)

meta l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu mal-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula f'pajjiż esklussivament benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP tal-Parti ta' destinazzjoni finali, dik il-Parti għandha twettaq il-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali f'kooperazzjoni mal-pajjiż benefiċjarju. Il-provi tal-oriġini inizjali li jikkorrispondu mal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika jew, fejn ikun il-każ, kopji tal-provi tal-oriġini injizjali li jikkorrispondu mal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi lill-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-proċedura ta' verifika sussegwenti.

7.   

Kull Parti għandha tiżgura li:

(a)

il-kaxxa ta' fuq, fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tindika l-isem tal-pajjiż intermedjarju ta' rikonsenja fejn jinħareġ;

(b)

il-kaxxa 4 għandu jkun fiha l-kliem “replacement certificate” jew “certificat de remplacement” (“ċertifikat ta' sostituzzjoni”), kif ukoll id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali, Formola A, u n-numru tas-serje tiegħu;

(c)

l-isem tar-rikonsenjatur għandu jingħata fil-kaxxa 1;

(d)

l-isem tad-destinatarju finali jista' jingħata fil-kaxxa 2;

(e)

id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati li jidhru fuq iċ-ċertifikat inizjali għandhom jiġu trasferiti għall-kaxex 3 sa 9;

(f)

referenzi għall-fattura tar-rikonsenjatur jistgħu jingħataw fil-kaxxa 10;

(g)

l-awtorità doganali li ħarġet iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tapprova l-kaxxa 11. Ir-responsabbiltà tal-awtorità hija limitata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni. Id-dettalji fil-kaxxa 12 dwar il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni finali għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A. Ir-rikonsenjatur għandu jiffirma ċ-ċertifikat ta' oriġini fil-kaxxa 12. Rikonsenjatur li jiffirma l-kaxxa 12 in bona fede ma għandux ikun responsabbli mill-preċiżjoni tad-dettalji mdaħħla fil-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali;

(h)

l-awtorità doganali li hija mitluba li toħroġ iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tniżżel fuq il-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali l-piżijiet, in-numri u n-natura tal-prodotti mibgħuta u għandha tindika fuqha n-numri tas-serje ta' kull ċertifikat jew ċertifikati ta' sostituzzjoni. Hija għandha żżomm it-talba għaċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A għal mill-inqas tliet snin;

(i)

iċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

8.   

Kull Parti għandha tipprovdi li:

(a)

ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini:

(1)

id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati meħuda mill-prova tal-oriġini inizjali;

(2)

id-data li fiha saret il-prova tal-oriġini inizjali;

(3)

id-dettalji tal-prova tal-oriġini inizjali inkluż, fejn ikun il-każ, informazzjoni dwar akkumulazzjoni applikata għall-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni ta' oriġini;

(4)

l-isem, l-indirizz u n-numru tal-esportatazzjoni reġistrat tar-rikonsenjatur;

(5)

l-isem u l-indirizz tad-destinatarju fl-Unjoni jew fin-Norveġja;

(6)

id-data u l-post meta u fejn issir id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew meta u fejn jinħareġ iċ-ċertifikat ta' oriġini;

(b)

kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun immarkata “Replacement statement”, jew “Attestation de remplacement”;

(c)

id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom isiru mir-rikonsenjaturi reġistrati fis-sistema elettronika tal-awtoċertifikazzjoni tal-oriġini mill-esportaturi, jiġifieri s-sistema ta' Esportaturi Reġistrati (sistema REX, Registered Exporter system), irrispettivament mill-valur tal-prodotti oriġinarji li jkunu jinsabu fil-konsenja inizjali;

(d)

fejn prova tal-oriġini tiġi sostitwita, ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq il-prova tal-oriġini inizjali:

(1)

id-data ta' meta ssir/jsiru d-dikjarazzjoni(jiet) ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini u l-kwantitajiet ta' merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni(jiet) ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini;

(2)

l-isem u l-indirizz tar-rikonsenjatur;

(3)

l-isem u l-indirizz tad-destinatarju/i fl-Unjoni jew fin-Norveġja;

(e)

id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bil-kelma “Replaced” jew “Remplacé”;

(f)

dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal tnax-il xahar mid-data ta' meta ssir;

(g)

id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

9.   

Il-provi tal-oriġini inizjali u kopji tal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jinżammu mir-rikonsenjatur għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha nħarġu jew minn meta saru l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni.

10.   

Il-Partijiet jaqblu li jikkondividu l-ispejjeż tas-sistema REX skont il-modalitajiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.

11.   

Kwalunkwe differenza bejn il-Partijiet li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta biss b'negozjati bilaterali bejn il-Partijiet. Jekk id-differenzi jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-Iżvizzera u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati.

12.   

Il-Partijiet jistgħu jemendaw dan il-Ftehim bi ftehim reċiproku bil-miktub fi kwalunkwe ħin. Iż-żewġ Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjoni fir-rigward ta' emendi possibbli għal dan il-Ftehim fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet. Jekk l-emendi jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-Iżvizzera u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati. Emendi bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tar-rekwiżiti interni rispettivi tagħhom.

13.   

Fil-każ ta' dubji serji dwar il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti tista' tissospendi l-applikazzjoni tagħha dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.

14.   

Dan il-Ftehim jista' jintemm minn kwalunkwe Parti dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.

15.   

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fl-Iżvizzera biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili mal-Iżvizzera u nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.

16.   

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fit-Turkija (1) biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili mat-Turkija u jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.

17.   

Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Iżvizzera u n-Norveġja skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan il-Ftehim, u soġġett għal reċiproċità mit-Turkija, kull Parti tista' tipprovdi li provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għal prodotti li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li jkunu ġew proċessati taħt akkumulazzjoni bilaterali fil-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP jistgħu jinħarġu jew isiru fil-Partijiet.

18.   

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba l-Unjoni u n-Norveġja jkunu notifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri ta' adozzjoni interni meħtieġa tagħhom. Minn dik id-data, huwa għandu jissostitwixxi l-Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi tal-EFTA li jikkonċedi preferenzi tat-tariffa skont is-SĠP (in-Norveġja u l-Isvizzera), li jipprovdi li l-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja jew fl-Isvizzera għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju tad-dwana tal-Komunità bħala oġġetti b'kontenut ta' oriġini Komunitarju, iffirmat fid-29 ta' Jannar 2001 (2).

Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan t'hawn fuq.

Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Utferdiget i Brussel,

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

For Den europeiske union

Image

B.   Ittra mir-Renju tan-Norveġja

Sinjura,

Għandi l-unur ninfurmak li rċevejna l-ittra tiegħek bid-data ta' llum li taqra kif ġej:

“1.

L-Unjoni Ewropea (‘l-Unjoni’) u r-Renju tan-Norveġja (‘in-Norveġja’) bħala l-Partijiet għal dan il-Ftehim jirrikonoxxu li, għall-finijiet tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (‘SĠP’), iż-żewġ Partijiet japplikaw regoli ta' oriġini simili bil-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a)

id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ msejsa fuq l-istess kriterji;

(b)

dispożizzjonijiet għal-akkumulazzjoni reġjonali ta' oriġini;

(c)

dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' akkumulazzjoni għal materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija;

(d)

dispożizzjonijiet għat-tolleranza ġenerali għal materjali mhux oriġinarji;

(e)

dispożizzjonijiet għan-nonalterazzjoni ta' prodotti mill-pajjiż benefiċjarju;

(f)

dispożizzjonijiet għall-ħruġ jew biex isiru provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni;

(g)

rekwiżit għall-kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi benefiċjarji dwar il-kwistjoni tal-provi tal-oriġini.

2.

L-Unjoni u n-Norveġja għandhom jirrikonoxxu li materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP rispettivi tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija, jakkwistaw l-oriġini ta' pajjiż benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet jekk f'dak il-pajjiż benefiċjajru jgħaddu minn ħidma jew proċessar li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet meqjusa bħala ħidma jew proċessar insuffiċjenti biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Dan is-subparagrafu għandu japplika għal materjali oriġinarji fl-Iżvizzera u fit-Turkija, soġġett għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-paragrafi 15 u 16.

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tan-Norveġja għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta b'mod partikolari għall-finijiet tal-verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini fir-rigward tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fil-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim tal-14 ta' Mejju 1973 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandhom jiġu applikati.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal prodotti tal-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija adottata mill-Organizzazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 1950.

3.

L-Unjoni u n-Norveġja b'dan jintrabtu li jaċċettaw provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni fil-forma ta' ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni Formola A (‘ċertifikati ta' sostituzzjoni’) maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Parti l-oħra u dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini magħmula minn rikonsenjaturi tal-Parti l-oħra, reġistrati għal dak il-għan.

Kull Parti tista' tivvaluta l-eliġibbiltà għal trattament preferenzjali ta' prodotti koperti minn provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni skont il-leġiżlazzjoni proprja tagħha.

4.

Kull Parti għandha tipprovdi li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu rispettati qabel il-ħruġ jew it-tħejjija ta' prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni:

(a)

provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu jew isiru biss jekk il-provi tal-oriġini inizjali kienu nħarġu jew tħejjew skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Unjoni jew fin-Norveġja;

(b)

biss fejn prodotti ma jkunux ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f'Parti, prova tal-oriġini jew prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni tista' tiġi sostitwita bi prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni waħda jew aktar għall-finijiet li jintbagħtu l-prodotti kollha, jew xi wħud minnhom, koperti mill-prova tal-oriġini inizjali minn dik il-Parti għall-Parti l-oħra;

(c)

il-prodotti għandhom ikunu baqgħu taħt is-superviżjoni doganali fil-Parti rikonsenjatriċi u ma għandhomx ikunu ġew alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal operazzjonijiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom (‘prinċipju ta' nonalterazzjoni’);

(d)

fil-każ fejn prodotti kisbu status oriġinarju taħt deroga mir-regoli ta' oriġini mogħtija minn Parti, provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni ma għandhomx jinħarġu jew isiru jekk il-prodotti jiġu rikonsenjati lill-Parti l-oħra;

(e)

il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi fejn il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra jkunu kisbu status oriġinarju permezz ta' akkumulazzjoni reġjonali;

(f)

il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi jekk il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra ma jingħatawx trattament preferenzjali mill-Parti rikonsenjatriċi.

5.

Għall-finijiet tal-punt (c) tas-subparagrafu 4, għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn jidher li hemm raġunijiet għal dubju fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju ta' nonalterazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex jipprovdi evidenza ta' konformità ma' dak il-prinċipju, li tista' tingħata bi kwalunkwe mod;

(b)

fuq it-talba tar-rikonsenjatur, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom jiċċertifikaw li l-prodotti baqgħu taħt is-superviżjoni doganali tul is-soġġorn tagħhom fit-territorju ta' dik il-Parti u li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex matul il-ħażna tagħhom fit-territorju tal-Parti jiġu alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal ħidmiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom;

(c)

fejn l-evidenza ta' sostituzzjoni hija ċertifikat ta' sostituzzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali ma għandhomx jitolbu ċertifikat ta' nonmanipulazzjoni għaż-żmien li l-prodotti kienu fil-Parti l-oħra.

6.

Kull Parti għandha tiżgura li:

(a)

fejn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu mal-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula fil-pajjiż benefiċjajru tal-iskema tas-SĠP tal-Unjoni u ta' dik tan-Norveġja, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tan-Norveġja għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta għall-finijiet ta' verifika sussegwenti ta' dawn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni. Fuq it-talba tal-Parti ta' destinazzjoni finali, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom iniedu u jsewgu l-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali korrispondenti;

(b)

meta l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu mal-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula f'pajjiż esklussivament benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP tal-Parti ta' destinazzjoni finali, dik il-Parti għandha twettaq il-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali f'kooperazzjoni mal-pajjiż benefiċjarju. Il-provi tal-oriġini inizjali li jikkorrispondu mal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika jew, fejn ikun il-każ, kopji tal-provi tal-oriġini injizjali li jikkorrispondu mal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi lill-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-proċedura ta' verifika sussegwenti.

7.

Kull Parti għandha tiżgura li:

(a)

il-kaxxa ta' fuq, fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tindika l-isem tal-pajjiż intermedjarju ta' rikonsenja fejn jinħareġ;

(b)

il-kaxxa 4 għandu jkun fiha l-kliem ‘replacement certificate’ jew ‘certificat de remplacement’ (‘ċertifikat ta' sostituzzjoni’), kif ukoll id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali, Formola A, u n-numru tas-serje tiegħu;

(c)

l-isem tar-rikonsenjatur għandu jingħata fil-kaxxa 1;

(d)

l-isem tad-destinatarju finali jista' jingħata fil-kaxxa 2;

(e)

id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati li jidhru fuq iċ-ċertifikat inizjali għandhom jiġu trasferiti għall-kaxex 3 sa 9;

(f)

referenzi għall-fattura tar-rikonsenjatur jistgħu jingħataw fil-kaxxa 10;

(g)

l-awtorità doganali li ħarġet iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tapprova l-kaxxa 11. Ir-responsabbiltà tal-awtorità hija limitata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni. Id-dettalji fil-kaxxa 12 dwar il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni finali għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A. Ir-rikonsenjatur għandu jiffirma ċ-ċertifikat ta' oriġini fil-kaxxa 12. Rikonsenjatur li jiffirma l-kaxxa 12 in bona fede ma għandux ikun responsabbli mill-preċiżjoni tad-dettalji mdaħħla fil-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali;

(h)

l-awtorità doganali li hija mitluba li toħroġ iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tniżżel fuq il-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali l-piżijiet, in-numri u n-natura tal-prodotti mibgħuta u għandha tindika fuqha n-numri tas-serje ta' kull ċertifikat jew ċertifikati ta' sostituzzjoni. Hija għandha żżomm it-talba għaċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A għal mill-inqas tliet snin;

(i)

iċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

8.

Kull Parti għandha tipprovdi li:

(a)

ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini:

(1)

id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati meħuda mill-prova tal-oriġini inizjali;

(2)

id-data li fiha saret il-prova tal-oriġini inizjali;

(3)

id-dettalji tal-prova tal-oriġini inizjali inkluż, fejn ikun il-każ, informazzjoni dwar akkumulazzjoni applikata għall-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni ta' oriġini;

(4)

l-isem, l-indirizz u n-numru tal-esportatazzjoni reġistrat tar-rikonsenjatur;

(5)

l-isem u l-indirizz tad-destinatarju fl-Unjoni jew fin-Norveġja;

(6)

id-data u l-post meta u fejn issir id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew meta u fejn jinħareġ iċ-ċertifikat ta' oriġini;

(b)

kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun immarkata ‘Replacement statement’, jew ‘Attestation de remplacement’;

(c)

id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom isiru mir-rikonsenjaturi reġistrati fis-sistema elettronika tal-awtoċertifikazzjoni tal-oriġini mill-esportaturi, jiġifieri s-sistema ta' Esportaturi Reġistrati (sistema REX, Registered Exporter system), irrispettivament mill-valur tal-prodotti oriġinarji li jkunu jinsabu fil-konsenja inizjali;

(d)

fejn prova tal-oriġini tiġi sostitwita, ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq il-prova tal-oriġini inizjali:

(1)

id-data ta' meta ssir/jsiru d-dikjarazzjoni(jiet) ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini u l-kwantitajiet ta' merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni(jiet) ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini;

(2)

l-isem u l-indirizz tar-rikonsenjatur;

(3)

l-isem u l-indirizz tad-destinatarju/i fl-Unjoni jew fin-Norveġja;

(e)

id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bil-kelma ‘Replaced’ jew ‘Remplacé’;

(f)

dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal tnax-il xahar mid-data ta' meta ssir;

(g)

id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

9.

Il-provi tal-oriġini inizjali u kopji tal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jinżammu mir-rikonsenjatur għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha nħarġu jew minn meta saru l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni.

10.

Il-Partijiet jaqblu li jikkondividu l-ispejjeż tas-sistema REX skont il-modalitajiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.

11.

Kwalunkwe differenza bejn il-Partijiet li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta biss b'negozjati bilaterali bejn il-Partijiet. Jekk id-differenzi jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-Iżvizzera u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati.

12.

Il-Partijiet jistgħu jemendaw dan il-Ftehim bi ftehim reċiproku bil-miktub fi kwalunkwe ħin. Iż-żewġ Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjoni fir-rigward ta' emendi possibbli għal dan il-Ftehim fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet. Jekk l-emendi jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-Iżvizzera u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati. Emendi bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tar-rekwiżiti interni rispettivi tagħhom.

13.

Fil-każ ta' dubji serji dwar il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti tista' tissospendi l-applikazzjoni tagħha dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.

14.

Dan il-Ftehim jista' jintemm minn kwalunkwe Parti dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.

15.

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fl-Iżvizzera biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili mal-Iżvizzera u nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.

16.

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fit-Turkija (3) biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili mat-Turkija u jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.

17.

Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Iżvizzera u n-Norveġja skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan il-Ftehim, u soġġett għal reċiproċità mit-Turkija, kull Parti tista' tipprovdi li provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għal prodotti li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li jkunu ġew proċessati taħt akkumulazzjoni bilaterali fil-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP jistgħu jinħarġu jew isiru fil-Partijiet.

18.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba l-Unjoni u n-Norveġja jkunu notifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri ta' adozzjoni interni meħtieġa tagħhom. Minn dik id-data, huwa għandu jissostitwixxi l-Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi tal-EFTA li jikkonċedi preferenzi tat-tariffa skont is-SĠP (in-Norveġja u l-Isvizzera), li jipprovdi li l-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja jew fl-Isvizzera għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju tad-dwana tal-Komunità bħala oġġetti b'kontenut ta' oriġini Komunitarju, iffirmat fid-29 ta' Jannar 2001 (4).

Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan t'hawn fuq.

Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.”.

Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-kontenut tal-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.

Utferdiget i Brussel,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

For Kongeriket Norge

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Za Kraljevinu Norvešku

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā –

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

Image


(1)  L-Unjoni ssodisfat din il-kundizzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitajru li jestendu s-sistema ta' akkumulazzjoni bilaterali stabbilita minn dak l-Artikolu għat-Turkija (ĠU C 134, 15.4.2016, p. 1).

(2)  ĠU L 38, 8.2.2001, p. 25.

(3)  L-Unjoni ssodisfat din il-kundizzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitajru li jestendu s-sistema ta' akkumulazzjoni bilaterali stabbilita minn dak l-Artikolu għat-Turkija (ĠU C 134, 15.4.2016, p. 1).

(4)  ĠU L 38, 8.2.2001, p. 25.