22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2017

tat-3 ta' Frar 2017

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1769]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Ġappun għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/753/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' Singapor għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (2) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/754/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju ta' Ħong Kong għal kontropartijiet ċentrali għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (3) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/755/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Awstralja għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (4) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2038 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tar-Repubblika tal-Korea għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (5) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2039 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Afrika t'Isfel għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (6) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2040 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' numru ta' provinċji tal-Kanada għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (7) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2041 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Messiku dwar il-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (8) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2042 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Iżvizzera għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (9) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31bcaa.

32014 D 0752: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/752/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Ġappun għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 55).

31bcab.

32014 D 0753: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/753/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' Singapor għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 58).

31bcac.

32014 D 0754: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/754/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju ta' Ħong Kong għal kontropartijiet ċentrali għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 62).

31bcad.

32014 D 0755: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/755/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Awstralja għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 66).

31bcae.

32015 D 2038: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2038 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tar-Repubblika tal-Korea għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 25).

31bcaf.

32015 D 2039: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2039 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Afrika t'Isfel għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 29).

31bcag.

32015 D 2040: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2040 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' numru ta' provinċji tal-Kanada għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 32).

31bcah.

32015 D 2041: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2041 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Messiku dwar il-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 38).

31bcai.

32015 D 2042: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2042 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Messiku dwar il-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/752/UE, 2014/753/UE, 2014/754UE, 2014/755/UE, (UE) 2015/2038, (UE) 2015/2039, (UE) 2015/2040, (UE) 2015/2041 u (UE) 2015/2042, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2017, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2016 tat-30 ta’ Settembru 2016 (10), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 55.

(2)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 58.

(3)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 62.

(4)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 66.

(5)  ĠU L 298, 14.11.2015, p. 25.

(6)  ĠU L 298, 14.11.2015, p. 29.

(7)  ĠU L 298, 14.11.2015, p. 32.

(8)  ĠU L 298, 14.11.2015, p. 38.

(9)  ĠU L 298, 14.11.2015, p. 42.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.

(10)  ĠU L 46, 23.2.2017, p. 53.