22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2017

tat-3 ta’ Frar 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (2018/1764)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1056 tad-29 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1313 tal-1 ta’ Awissu 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1414 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva ċjantraniliprol, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1423 tal-25 ta’ Awwissu 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikolinafen skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1425 tal-25 ta’ Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva isofetammid skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1426 tal-25 ta’ Awwissu 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva etofumesat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 1056: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1056 tad-29 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 173, 30.6.2016, p. 52),

32016 R 1313: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1313 tal-1 ta’ Awwissu 2016 (ĠU L 208, 2.8.2016, p. 1),

32016 R 1414: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1414 tal-24 ta’ Awwissu 2016 (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 16),

32016 R 1423: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1423 tal-25 ta’ Awwissu 2016 (ĠU L 231, 26.8.2016, p. 20),

32016 R 1425: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1425 tal-25 ta’ Awwissu 2016 (ĠU L 231, 26.8.2016, p. 30),

32016 R 1426: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1426 tal-25 ta’ Awwissu 2016 (ĠU L 231, 26.8.2016, p. 34).”

2.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 13zzzzzzj (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/951):

“13zzzzzzk.

32016 R 1414: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1414 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva ċjantraniliprol, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 16).

13zzzzzzl.

32016 R 1423: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1423 tal-25 ta’ Awwissu 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikolinafen skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 231, 26.8.2016, p. 20).

13zzzzzzm.

32016 R 1425: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1425 tal-25 ta’ Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva isofetammid skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 231, 26.8.2016, p. 30).

13zzzzzzn.

32016 R 1426: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1426 tal-14 ta’ Awwissu 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva etofumesat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 231, 26.8.2013, p. 34).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/1056, (UE) Nru 2016/1313, (UE) Nru 2016/1414, (UE) Nru 2016/1423, (UE) Nru 2016/1425 u (UE) Nru 2016/1426 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 173, 30.6.2016, p. 52.

(2)  ĠU L 208, 2.8.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 230, 25.8.2016, p. 16.

(4)  ĠU L 231, 26.8.2016, p. 20.

(5)  ĠU L 231, 26.8.2016, p. 30.

(6)  ĠU L 231, 26.8.2016, p. 34.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.