22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 10/2017

tat-3 ta’ Frar 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1744]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1788 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi, u li jemenda u jikkoreġi r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014, (UE) 2015/96, (UE) 2015/68 u (UE) 2015/208 fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-vetturi u r-rekwiżiti ġenerali, ir-rekwiżiti ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unitajiet tal-propulsjoni, ir-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi u rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32016 R 1788: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1788 tal-14 ta' Lulju 2016 (ĠU L 277, 13.10.2016, p. 1).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 40a (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014):

“, kif emendat bi:

32016 R 1788: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1788 tal-14 ta' Lulju 2016 (ĠU L 277, 13.10.2016, p. 1).”

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 40b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/68):

“, kif emendat bi:

32016 R 1788: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1788 tal-14 ta' Lulju 2016 (ĠU L 277, 13.10.2016, p. 1).”

4.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 40c (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/96):

“, kif emendat bi:

32016 R 1788: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1788 tal-14 ta' Lulju 2016 (ĠU L 277, 13.10.2016, p. 1).”

5.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 41 (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/208):

“, kif emendat bi:

32016 R 1788: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1788 tal-14 ta' Lulju 2016 (ĠU L 277, 13.10.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1788 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 277, 13.10.2016, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.