23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 237/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1175]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/864 tal-31 ta' Mejju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/871 tal-1 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva amitrolu, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/872 tal-1 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isoproturon, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 0864: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/864 tal-31 ta' Mejju 2016 (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 32),

32016 R 0871: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/871 tal-1 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 4),

32016 R 0872: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/872 tal-1 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 7).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzzzzf (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/560):

“13zzzzzzg.

32016 R 0864: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/864 tal-31 ta' Mejju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 32).

13zzzzzzh.

32016 R 0871: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/871 tal-1 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva amitrolu, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 4).

13zzzzzzi.

32016 R 0872: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/872 tal-1 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isoproturon, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/864, (UE) 2016/871 u (UE) 2016/872 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 144, 1.6.2016, p. 32.

(2)  ĠU L 145, 2.6.2016, p. 4.

(3)  ĠU L 145, 2.6.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.