23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 234/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1172]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1174 tal-15 ta' Lulju 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih id-difenakum mogħtija minn Spanja skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1175 tal-15 ta' Lulju 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih l-ispinosad imressqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12nnx (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/904) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12nny.

32016 D 1174: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1174 tal-15 ta' Lulju 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih id-difenakum mogħtija minn Spanja skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 110).

12nnz.

32016 D 1175: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1175 tal-15 ta' Lulju 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih l-ispinosad imressqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 113).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1174 u (UE) 2016/1175 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 193, 19.7.2016, p. 110.

(2)  ĠU L 193, 19.7.2016, p. 113.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.