23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 227/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1165]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1718 tal-20 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) u l-proċedura għall-ittestjar tad-durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2011) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1718: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1718 tal-20 ta' Settembru 2016 (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1718 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 259, 27.9.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.