7.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/1


Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2016, għandu, skont l-Artikolu 86.3 tiegħu, jiġi applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Novembru 2017. Bis-saħħa tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2016 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni u r-Repubblika ta' Kuba, iżda biss sa fejn huma jkopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inkluż kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni biex tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni:

Partijiet I sa IV; u

il-Parti V, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha huma limitati għall-iskop li jiżguraw l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.

Minkejja l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, l-Artikoli li ġejjin ma għandhomx jiġu applikati fuq bażi proviżorja:

l-Artikolu 29;

l-Artikolu 35;

l-Artikolu 55 sa fejn jikkonċerna l-kooperazzjoni dwar it-trasport marittimu;

l-Artikolu 58;

l-Artikolu 71 sa fejn jikkonċerna s-sigurtà tal-fruntieri; u

l-Artikolu 73 sa fejn jikkonċerna l-kooperazzjoni dwar indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli.


(1)  ĠU L 337 I, 13.12.2016, p. 1.