13.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2016, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 63.1 tal-Ftehim Qafas ġiet konkluża fid-29 ta' Settembru 2016.


(1)  ĠU L 329, 3.12.2016, p. 8.