19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 44/2016

tat-18 ta' Marzu 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1874]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2285 tat-8 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar ħajjin u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

L-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 u 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2285: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2285 tat-8 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 323, 9.12.2015, p. 2).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2285: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2285 tat-8 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 323, 9.12.2015, p. 2).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2285 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Marzu 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 323, 9.12.2015, p. 2.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.