29.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 358/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ekwador tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-Adeżjoni tal-Ekwador

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ekwador avżaw dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-Adeżjoni tal-Ekwador (1), iffirmat fi Brussell fil-11 ta' Novembru 2016. Għaldaqstant, il-Protokoll għandu jiġi applikat proviżorjament, skont l-Artikolu 27(4) tiegħu, mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ekwador. Bħala riżultat, u skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2369 (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (3) għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja mill-Unjoni Ewropea kif previst fl-Artikolu 330(3) tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2, l-Artikolu 202(1) u l-Artikoli 291 u 292 tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 356, 24.12.2016, p. 3.

(2)  ĠU L 356, 24.12.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.