26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 262/2014

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2129]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 418/2014 tal-24 ta’ April 2014 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, f’dak li għandu x’jaqsam mas-sustanza ivermektina (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0418: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 418/2014 tal-24 ta’ April 2014 (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 19).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 418/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 124, 25.4.2014, p. 19.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.