1.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/16


DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

tal-20 ta' Marzu 2015

li temenda t-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati [2015/542]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972 (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim it-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (2) ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta' Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b'mod partikulari l-Artikolu 7 ta' dak il-Protokoll,

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, ġew stabbiliti prezzijiet ta' referenza domestiċi għall-Partijiet Kontraenti.

(2)

Fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti nbidlu l-prezzijiet reali tal-materja prima li japplikaw għaliha l-miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet ta' referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2 jiġu aġġornati kif xieraq.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella III hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

Fit-Tabella IV, il-punt (b) huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tapplika mill-1 ta' April 2015.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Jean-Luc DEMARTY


(1)  ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


ANNESS I

“TABELLA III

Prezzijiet domestiċi ta' referenza tal-Isvizzera u tal-UE

Agrikoltura Materja prima

Prezz domestiku Svizzeru prezz ta' referenza

Prezz domestiku tal-UE prezz ta' referenza

l-Artikolu 4(1)

Applikat fuq in-naħa Svizzera Differenza Svizzera/UE prezz ta' referenza

l-Artikolu 3(3)

Applikat fuq in-naħa tal-UE Differenza Svizzera/UE prezz ta' referenza

CHF għal kull 100 kg nett

CHF għal kull 100 kg nett

CHF għal kull 100 kg nett

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

52,35

22,60

29,75

0,00

Qamħ durum

1,20

0,00

Segala

44,30

19,25

25,05

0,00

Xgħir

Qamħirrun

Dqiq tal-qamħ komuni

93,05

44,90

48,15

0,00

Trab tal-ħalib mhux xkumat (whole milk powder)

648,75

393,20

255,55

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

430,00

350,70

79,30

0,00

Butir

1 101,55

435,85

665,70

0,00

Zokkor abjad

Bajd

38,00

0,00

Patata friska

42,05

13,35

28,70

0,00

Xaħam veġetali

170,00

0,00”


ANNESS II

TABELLA IV

“(b)

L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat fuq in-naħa Svizzera

L-Artikolu 3(2)

Ammont bażiku applikat fuq in-naħa tal-UE

L-Artikolu 4(2)

 

CHF għal kull 100 kg nett

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

25,00

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Segala

20,90

0,00

Xgħir

Qamħirrun

Dqiq tal-qamħ komuni

41,00

0,00

Trab tal-ħalib mhux xkumat (whole milk powder)

215,95

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

67,00

0,00

Butir

560,60

0,00

Zokkor abjad

Bajd

32,00

0,00

Patata friska

22,35

0,00

Xaħam veġetali

145,00

0,00”