30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 95/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66d (id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'li ġej:

32010 R 0996: Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Is-sottoparagrafu segwenti jiżdied fl-Artikoli 18(5) u 19(1):

‘Minħabba l-fatt li l-Liechtenstein u l-Isvizzera għandhom bażi tad-dejta nazzjonali konġunta skont id-Direttiva 2003/42/KE, dejta rilevanti li tkun toriġina mil-Liechtenstein se tiġi integrata fir-repożitorju ċentrali flimkien mad-dejta Svizzera.’”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

(2)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 14.

(*)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.