20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/252


FTEHIM TA’ SĦUBIJA VOLONTARJA

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea

L-UNJONI EWROPEA

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

u

IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Indoneżja”

minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien bħala “il-Partijiet”,

WAQT LI JFAKKRU fil-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn ir-Repubblika tal-Indoneżja u l-Komunità Ewropea ffirmat fid-9 ta’ Novembru 2009 f’Ġakarta;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Indoneżja, l-aktar fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor u t-Tajlandja – pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk;

WAQT LI JFAKKRU fl-impenn magħmul fid-Dikjarazzjoni ta’ Bali dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (FLEG) tat-13 ta’ Settembru 2001 minn pajjiżi mir-reġjun tal-Lvant tal-Asja u minn reġjuni oħra, li jieħdu azzjoni immedjata biex jintensifikaw sforzi nazzjonali u jsaħħu l-kollaborazzjoni bilaterali, reġjonali u multilaterali biex jindirizzaw ksur tal-liġijiet tal-foresti u reati b’rabta mal-foresti, b’mod partikolari l-qtugħ illegali tas-siġar, il-kummerċ illegali u l-korruzzjoni assoċjati, u l-effetti negattivi tagħhom fuq l-istat tad-dritt;

WAQT LI JINNOTAW li l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) bħala l-ewwel pass biex tkun ittrattata l-kwistjoni urġenti tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat;

WAQT LI JIRRIFERU għad-Dikjarazzjoni Konġunta bejn il-Ministru tal-Forestrija tar-Repubblika tal-Indoneżja u l-Kummissarji Ewropej għall-Iżvilupp u l-Ambjent, iffirmata fit-8 ta’ Jannar 2007 fi Brussell;

WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Awtorevoli ta’ Prinċipji Mhux Vinkolanti Legalment tal-1992 għal Kunsens Globali dwar il-ġestjoni, il-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, u l-adozzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Istrument Mhux Legalment Vinkolanti dwar it-tipi kollha ta’ foresti;

KONXJI dwar l-importanza tal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp ta’ Rio tal-1992 fil-kuntest tal-kisba ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u b’mod partikolari tal-Prinċipju 10 dwar l-importanza ta’ għarfien u parteċipazzjoni tal-pubbliku fi kwistjonijiet ambjentali, u tal-Prinċipju 22 dwar l-irwol vitali ta’ nies indiġeni u komunitajiet oħra lokali fil-ġestjoni u l-iżvilupp ambjentali;

WAQT LI JAGĦRFU l-isforzi tal-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja biex jippromwovi governanza tajba tal-forestrija, infurzar tal-liġi u kummerċ f’injam maqtugħ legalment, inkluż permezz tas-Sistem Verifikasi Legalitas Kayu (SVLK) bħala s-Sistema Indoneżjana ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) li hija żviluppata permezz ta’ proċess minn ħafna partijiet interessati skont il-prinċipji ta’ governanza tajba, kredibbiltà u rappreżentanza;

WAQT LI JAGĦRFU li t-TLAS Indoneżjana hija mfassla biex tiżgura l-konformità legali tal-prodotti kollha tal-injam;

WAQT LI JAGĦRFU li l-implimentazzjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja FLEGT għandha tirrinforza l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz ta’ anqas emissjonijiet minn deforestazzjoni u degradazzjoni tal-foresti u tal-irwol tal-konservazzjoni, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u t-tisħiħ tal-istokkijiet tal-karbonju tal-foresti (REDD+);

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u b’mod partikolari r-rekwiżit li permessi ta’ esportazzjoni maħruġin minn partijiet għas-CITES għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet I, II jew III jingħataw biss taħt ċerti kondizzjonijiet, inkluż li kampjuni bħal dawn ma jkunux inkisbu bi ksur tal-liġijiet ta’ dik il-parti għall-ħarsien tal-fawna u l-flora;

WAQT LI HUMA DETERMINATI li l-Partijiet għandhom jaraw li jimminimizzaw kull impatt ħażin fuq komunitajiet indiġeni u lokali u fuq nies foqra li jista’ jkun hemm bħala konsegwenza diretta tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu għal objettivi ta’ żvilupp maqbula f’livell internazzjonali u għall-Miri ta’ Żvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu lill-prinċipji u lir-regoli li jmexxu s-sistemi multilaterali tal-kummerċ, b’mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 u fi ftehimiet multilaterali oħra li jistabbilixxu l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-ħtieġa li japplikawhom b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;

WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea u r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID il-prinċipji ta’ rispett reċiproku, sovranità, ugwaljanza u nondiskriminazzjoni u jagħrfu l-benefiċċji għall-Partijiet li joħorġu minn dan il-Ftehim;

SKONT il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet;

B’DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Objettiv

1.   L-objettiv ta’ dan il-Ftehim, konsistenti mal-impenn komuni tal-Partijiet għall-ġestjoni sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, huwa li jkun ipprovdut qafas legali li jkollu l-għan li jkun żgurat li l-importazzjonijiet kollha għall-Unjoni mill-Indoneżja ta’ prodotti tal-injam koperti minn dan il-Ftehim ikunu nħadmu legalment u meta jsir dan li jkun promoss il-kummerċ fi prodotti tal-injam.

2.   Dan il-Ftehim jipprovdi wkoll bażi għal djalogu u kooperazzjoni bejn il-Partijiet biex titħaffef u tinġieb ’il quddiem l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-Ftehim u jissaħħu l-infurzar tal-liġi tal-foresti u l-governanza.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘importazzjoni fl-Unjoni’ tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ prodotti tal-injam fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità li ma tistax tkun ikkwalifikata bħala 'oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali' kif iddefiniti fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju;

(b)

‘esportazzjoni’ tfisser prodotti tal-injam li jintbagħtu jew jinħarġu fiżikament minn kull parti tat-territorju ġeografiku tal-Indoneżja;

(c)

‘prodotti tal-injam’ tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness IA u fl-Anness IB;

(d)

'Kodiċi SA' tfisser kodiċi ta’ komoditajiet b’erba’ jew b’sitt numri kif stabbilita fis-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Komoditajiet stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Komoditajiet tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;

(e)

‘Liċenzja FLEGT’ tfisser dokument Indoneżjan Ivverifikat Legali (V-Legali) li jikkonferma li trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam maħsubin għall-esportazzjoni għall-Unjoni tkun inħadmet legalment. Liċenzja FLEGT tista’ tkun karta jew f’għamla elettronika;

(f)

‘awtorità tal-liċenzji’ tfisser l-entitajiet awtorizzati mill-Indoneżja biex joħorġu u jivvalidaw liċenzji FLEGT;

(g)

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet maħturin mill-Istati Membri tal-Unjoni biex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw liċenzji FLEGT;

(h)

‘trasportazzjoni’ tfisser kwantità ta’ prodotti tal-injam koperti b’liċenzja FLEGT li tintbagħat minn speditur jew minn karigatur mill-Indoneżja u tkun ippreżentata biex tinħareġ għal ċirkolazzjoni libera f’uffiċċju doganali fl-Unjoni;

(i)

‘injam maħdum legalment’ tfisser prodotti tal-injam maħsudin jew importati u maħdumin skont il-leġiżlazzjoni kif stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 3

Skema ta’ liċenzjar FLEGT

1.   Skema ta’ liċenzji għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘Skema ta’ Liċenzjar FLEGT’) hija b’dan stabbilita bejn il-Partijiet għal dan il-Ftehim. Hija tistabbilixxi sett ta’ proċeduri u rekwiżiti bil-għan li jkun ivverifikat u kkonfermat, permezz ta’ liċenzji FLEGT, li prodotti tal-injam mibgħutin bil-baħar għall-Unjoni jkunu nħadmu legalment. Skont ir-Regolament tal-Kunsill 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005, l-Unjoni għandha taċċetta biss trasportazzjonijiet bħal dawn mill-Indoneżja għal importazzjoni fl-Unjoni jekk ikunu koperti minn liċenzji FLEGT.

2.   L-iskema ta’ liċenzjar FLEGT għandha tapplika għall-prodotti tal-injam elenkati fl-Anness IA.

3.   Il-prodotti tal-injam elenkati fl-Anness IB jistgħu ma jkunux esportati mill-Indoneżja u jista’ ma jkollhomx liċenzja FLEGT.

4.   Il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw l-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Awtoritajiet tal-Liċenzji

1.   L-Awtorità tal-Liċenzji tivverifika li prodotti tal-injam ikunu nħadmu legalment skont il-leġiżlazzjoni identifikata fl-Anness II. L-Awtorità tal-Liċenzji toħroġ liċenzji FLEGT li jkopru trasportazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin legalment għall-esportazzjoni lill-Unjoni.

2.   L-Awtorità tal-Liċenzji m’għandhiex toħroġ liċenzji FLEGT għall-ebda prodott tal-injam li jkun magħmul minn, jew ikun jinkludi, prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja minn pajjiż terz f’għamla li l-liġijiet ta’ dak il-pajjiż terz jipprojbixxu l-esportazzjoni, jew li dwarhom ikun hemm evidenza li dawk il-prodotti tal-injam ikunu nħadmu bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż fejn is-siġar ikunu nħasdu.

3.   L-Awtorità tal-Liċenzji żżomm u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-proċeduri tagħha għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT. L-Awtorità tal-Liċenzji żżomm ukoll reġistrazzjonijiet tat-trasportazzjonijiet kollha koperti minn liċenzji FLEGT u li jkunu konsistenti ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar protezzjoni tad-dejta u tagħmel dawn ir-reġistrazzjonijiet disponibbli għall-finijiet ta’ monitoraġġ indipendenti, filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni riżervata ta’ esportaturi.

4.   L-Indoneżja għandha tistabbilixxi Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji li sservi ta’ punt ta’ kuntatt għal komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtoritajiet tal-Liċenzji kif stabbilit fl-Annessi III u V

5.   L-Indoneżja għandha tinnotifika dettalji ta’ kuntatt tal-Awtorità tal-Liċenzji u tal-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 5

Awtoritajiet Kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li kull trasportazzjoni tkun koperta b’liċenzja FLEGT valida qabel ma jirrilaxxaw dik it-trasportazzjoni għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Ir-rilaxx tat-trasportazzjoni jista’ jkun sospiż u t-trasportazzjoni tinżamm jekk ikun hemm dubji dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jippubblikaw kull sena reġistrazzjoni ta’ liċenzji FLEGT li jkunu rċevew.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lil persuni jew lil korpi maħturin bħala moniters indipendenti ta’ swieq aċċess għad-dokumenti u d-dejta rilevanti, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tad-dejta.

4.   L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx iwettqu l-azzjoni deskritta fl-Artikolu 5(1) fil-każ ta’ trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam derivati minn speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES minħabba li dawn huma koperti mid-dispożizzjonijiet għall-verifika stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

5.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Indoneżja bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 6

Liċenzji FLEGT

1.   Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu mill-Awtorità tal-Liċenzji bħala mezz ta’ attestazzjoni li prodotti tal-injam ikunu nħadmu legalment.

2.   Il-liċenzja FLEGT għandha titfassal u titlesta bl-Ingliż.

3.   Il-Partijiet jistgħu, bi ftehim, jistabbilixxu sistemi elettroniċi biex jinħarġu, jintbagħtu u jkunu rċevuti liċenzji FLEGT.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzja huma stabbiliti fl-Anness IV. Il-proċedura għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT hija stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 7

Verifika ta’ Injam Maħdum Legalment

1.   L-Indoneżja għandha timplimenta TLAS biex tivverifika li prodotti tal-injam għal trasportazzjoni jkunu nħadmu legalment u biex tiżgura li trasportazzjonijiet biss verifikati bħala tali jkunu esportati għall-Unjoni.

2.   Is-sistema biex ikun ivverifikat li prodotti tal-injam għal trasportazzjonijiet ikunu nħadmu legalment hija stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 8

Rilaxx ta’ Trasportazzjonijiet koperti b’Liċenzja FLEGT

1.   Il-proċeduri li jirregolaw rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni għal trasportazzjonijiet koperti b’liċenzja FLEGT huma deskritti fl-Anness III.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet tajba biex jissuspettaw li liċenzja ma tkunx valida jew awtentika jew ma tkunx konformi mat-trasportazzjoni li tkun maħsuba tkopri, jistgħu jkunu applikati l-proċeduri li hemm fl-Anness III.

3.   Meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil jew diffikultajiet persistenti f’konsultazzjonijiet dwar liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tiġi rinvjata lill-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni.

Artikolu 9

Irregolaritajiet

Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin jekk jissuspettaw jew ikunu sabu evażjoni jew irregolarità fl-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT, inkluż b’rabta ma’ dan li ġej:

(a)

evażjoni tal-kummerċ, inkluż bdil fid-direzzjoni tal-kummerċ mill-Indoneżja lill-Unjoni permezz ta’ pajjiż terz;

(b)

liċenzji FLEGT li jkopru prodotti tal-injam li jkun fihom injam ġej minn pajjiżi terzi li jkun issuspettat li jkun qed jinħadem illegalment; jew

(c)

frodi fil-ksib jew użu ta’ liċenzji FLEGT.

Artikolu 10

Applikazzjoni tat-TLAS Indoneżjana u Miżuri Oħra

1.   Bl-użu tat-TLAS Indoneżjana, l-Indoneżja għandha tivverifika l-legalità ta’ injam esportat għal swieq mhux tal-Unjoni u injam mibjugħ fi swieq domestiċi, u għandha tagħmel l-isforzi tagħha biex tivverifika l-legalità ta’ prodotti tal-injam importati billi tuża, meta jkun possibbli, is-sistema żviluppata għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   B’appoġġ għal sforzi bħal dawn, l-Unjoni għandha tinkuraġġixxi l-użu tas-sistema msemmija hawn fuq fir-rigward tal-kummerċ fi swieq internazzjonali oħra u ma’ pajjiżi terzi.

3.   L-Unjoni għandha timplimenta miżuri biex ma tħallix li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni injam maqtugħ illegalment u prodotti derivati minnu.

Artikolu 11

Involviment ta’ Partijiet Interessati fl-Implimentazzjoni tal-Ftehim

1.   L-Indoneżja għandha żżomm konsultazzjonijiet regolari ma’ partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u f’dak ir-rigward għandha tippromwovi strateġiji ta’ konsultazzjoni, modalitajiet u programmi xierqa.

2.   L-Unjoni għandha żżomm konsultazzjonijiet ma’ partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, billi tqis l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Il-Konvenzjoni Aarhus)

Artikolu 12

Salvagwardji Soċjali

1.   Biex jimminimizzaw impatti ħżiena li jista’ jkun hemm ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw qbil aħjar dwar l-impatti fuq l-industrija tal-injam, kif ukoll fuq l-għajxien ta’ komunitajiet indiġeni u lokali li jistgħu jintlaqtu, kif deskritt fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali rispettivi tagħhom.

2.   Il-Partijiet għandhom jimmonitorjaw l-impatti ta’ dan il-Ftehim fuq dawk il-komunitajiet u fuq atturi oħra identifikati fil-paragrafu 1, filwaqt li jieħdu miżuri biex itaffu kull impatt ħażin. Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar miżuri addizzjonali biex jindirizzaw impatti ħżiena.

Artikolu 13

Inċentivi tas-Suq

Billi tqis l-obbligi internazzjonali tagħha, l-Unjoni għandha tippromwovi pożizzjoni favorevoli fis-suq tal-Unjoni għall-prodotti tal-injam koperti b’dan il-Ftehim. Sforzi bħal dawn jinkludu b’mod partikolari miżuri biex jagħtu appoġġ lil:

(a)

politiki ta’ akkwist pubbliku u privat li jirrikonoxxu provvista ta’ prodotti tal-injam maqtugħ legalment u jiżguraw li jkun hemm suq għalihom; u

(b)

perċezzjoni aktar favorevoli ta’ prodotti b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 14

Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu konġunt (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni" jew "KKI"), biex iqis kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Kull Parti għandha tinnomina r-rappreżentanti tagħha għall-KKI li għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’kunsens. Il-KKI għandu jkun ippresedut b’mod konġunt minn uffċjali anzjani; wieħed mill-Unjoni u l-ieħor mill-Indoneżja.

3.   Il-KKI għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

4.   Il-KKI għandu jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena, f’data u b’aġenda li jkunu maqbula minn quddiem mill-Partijiet. Jistgħu jissejħu laqgħat addizzjonali meta jintalbu minn waħda miż-żewġ Partijiet.

5.   Il-KKI għandu:

(a)

iqis u jadotta miżuri konġunti biex jimplimenta dan il-Ftehim;

(b)

jirrivedi u jimmonitorja l-progress globali fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż il-funzjonament tat-TLAS u miżuri relatati mas-suq, abbażi tas-sejbiet u r-rapporti dwar il-mekkaniżmi stabbiliti skont l-Artikolu 15;

(c)

jivvaluta l-benefiċċji u l-limitazzjonijiet li jinqalgħu fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u jiddeċiedi dwar miżuri rimedjali;

(d)

jeżamina rapporti u lmenti dwar l-applikazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT fit-territorju ta’ waħda jew l-oħra tal-Partijiet;

(e)

jaqbel dwar id-data li minnha għandha tibda titħaddem l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT wara evalwazzjoni tal-funzjonament tat-TLAS abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII;

(f)

jidentifika oqsma ta’ kooperazzjoni biex jgħin fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(g)

jistabbilixxi korpi sussidjarji għal xogħol li jkun jeħtieġlu kompetenzi speċifiċi, jekk ikun meħtieġ;

(h)

iħejji, japprova u jqassam, u jagħmel pubbliċi rapporti annwali, rapporti tal-laqgħat tiegħu u dokumenti oħra li joħorġu minn ħidmitu.

(i)

iwettaq kull kompitu ieħor li dwaru jaqbel li għandu jsir minnu.

Artikolu 15

Monitoraġġ u Evalwazzjoni

Il-Partijiet jaqblu li jużaw ir-rapporti u s-sejbiet taż-żewġ mekkaniżmi li ġejjin biex jevalwaw l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Ftehim.

(a)

l-Indoneżja, b’konsultazzjoni mal-Unjoni, għandha minn żmien għal ieħor tqabbad is-servizzi ta’ Evalwatur Perjodiku biex jimplimenta l-kompiti kif stabbiliti fl-Anness VI.

(b)

l-Unjoni, b’konsultazzjoni mal-Indoneżja, għandha tqabbad is-servizzi ta’ Moniter Indipendenti tas-Suq biex jimplimenta l-kompiti kif stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 16

Miżuri ta’ Sostenn

1.   Il-provvediment ta’ kull riżorsa meħtieġa għal miżuri li jgħinu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, identifikata skont l-Artikolu 14(5) (f) hawn fuq, għandu jkun iddeterminat fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ programmar tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-kooperazzjoni mal-Indoneżja.

2.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li attivitajiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ikunu kkoordinati ma’ programmi u inizjattivi eżistenti u għall-ġejjieni.

Artikolu 17

Rapportar u Żvelar ta’ Informazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-mod kif jaħdem il-KKI ikun trasparenti kemm jista’ jkun. Rapporti li joħorġu minn ħidmitu għandhom jitħejjew b’mod konġunt u jsiru pubbliċi.

2.   Il-KKI għandu jagħmel pubbliku rapport annwali li jkun jinkludi inter alia, dettalji dwar:

(a)

kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam esportati lill-Unjoni skont l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti;

(b)

l-għadd ta’ liċenzji FLEGT maħruġin mill-Indoneżja;

(c)

il-progress għall-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tiegħu;

(d)

azzjonijiet li ma jħallux li prodotti tal-injam maħdumin illegalment ikunu esportati, importati u mqegħdin jew ikkummerċjalizzati fis-suq domestiku;

(e)

kwantitajiet ta’ injam u prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja u azzjonijiet meħudin biex ma jitħalliex ikun hemm importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin illegalment u biex tinżamm l-integrità tal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT;

(f)

każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT u l-azzjoni meduda biex ikunu ttrattati;

(g)

kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam importati fl-Unjoni skont l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-importazzjoni fl-Unjoni tkun saret;

(h)

l-għadd ta’ liċenzji FLEGT rċevuti mill-Unjoni;

(i)

l-għadd ta’ każijiet u kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam involuti meta jkunu saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

3.   Biex jinkiseb l-objettiv ta’ titjib fil-governanza u t-trasparenza fis-settur tal-foresti u biex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-impatti ta’ dan il-Ftehim kemm fl-Indoneżja kif ukoll fl-Unjoni, il-Partijiet jaqblu li l-informazzjoni kif deskritta fl-Anness IX għandha ssir disponibbli pubblikament.

4.   Il-Partijiet jaqblu li ma jiżvelawx informazzjoni kunfidenzjali skambjata b’dan il-Ftehim, skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom. L-ebda waħda miż-żewġ Partijiet m’għandha tiżvela lill-pubbliku, lanqas ma tħalli lill-awtoritajiet tagħha jiżvelaw, informazzjoni skambjata b’dan il-Ftehim dwar sigrieti fil-kummerċ jew informazzjoni kunfidenzjali fil-kummerċ.

Artikolu 18

Komunikazzjoni dwar Implimentazzjoni

1.   Ir-rappreżentanti tal-Partijiet responsabbli għall-komunikazzjonijiet uffiċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu:

Għall-Indoneżja:

Għall-Unjoni

Id-Direttur-Ġeneral tal-Foresti

Utilizzazzjoni, Ministeru għall-Forestrija

Il-Kap tad-Delegazzjoni

tal-Unjoni Ewropea fl-Indoneżja

2.   Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin b’mod f’waqtu l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi bidliet fil-paragrafu 1.

Artikolu 19

Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jkun applikat bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, min-naħa l-waħda, u għat-territorju tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 20

Riżoluzzjoni ta’ Disputi

1.   Il-Partijiet għandhom ifittxu li jirriżolvu kull disputa dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet fil-pront.

2.   Jekk disputa ma tiġix riżolta permezz ta’ konsultazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tat-talba inizjali għal konsultazzjonijiet, parti jew oħra tista’ tirriferi d-disputa lill-KKI li għandu jagħmel sforz biex isolviha. Il-KKI għandu jkun ipprovdut bl-informazzjoni kollha rilevanti għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni biex tinstab riżoluzzjoni aċċettabbli. Għal dan l-għan il-KKI ikun jeħtieġlu jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex jara li l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim tibqa’ għaddejja.

3.   F’każ li l-KKI ma jkunx jista’ jirriżolvi d-disputa fi żmien xahrejn, il-Partijiet jistgħu flimkien ifittxu l-bon offiċji ta’, jew jitolbu l-medjazzjoni minn, parti terza.

4.   Jekk ma tkunx possibbli riżoluzzjoni għad-disputa skont il-paragrafu 3, jew Parti jew oħra tista’ tinnotifika lill-parti l-oħra dwar il-ħatra ta’ arbitru; il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar it-tieni arbitru fi żmien tletin jum kalendarju mill-ħatra tal-ewwel arbitru. Il-Partijiet għandhom flimkien jaħtru t-tielet arbitru fi żmien xahrejn mill-ħatra tat-tieni arbitru.

5.   Id-deċiżjonijiet tal-arbitri għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ voti fi żmien sitt xhur mill-ħatra tat-tielet arbitru.

6.   Id-deċiżjoni għandha torbot lill-Partijiet u ma jkunx hemm appell minnha.

7.   Il-KKI għandu jistabbilixxi proċeduri tax-xogħol tal-arbitraġġ.

Artikolu 21

Sospensjoni

1.   Parti li tkun tixtieq tissospendi dan il-Ftehim għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Il-kwistjoni għandha wara tkun diskussa bejn il-Partijiet.

2.   Parti jew oħra tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni għandhom ikunu nnotifikati lill-Parti l-oħra bil-miktub.

3.   Il-kondizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma jibqgħux japplikaw tletin jum kalendarju wara li jkun ingħata avviż bħal dan.

4.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha terġa’ tibda tletin jum kalendarju wara li l-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni tiegħu tgħarraf lill-Parti l-oħra li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw.

Artikolu 22

Emendi

1.   Parti jew oħra li tkun tixtieq temenda dan il-Ftehim għandha tressaq il-proposta mill-anqas tliet xhur qabel il-laqgħa li jkun imiss tal-KKI. Il-KKI għandu jiddiskuti l-proposta u jekk jintlaħaq kunsens, huwa għandu jagħmel rakkomandazzjoni. Jekk il-Partijiet jaqblu mar-rakkomandazzjoni, huma għandhom japprovawha skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

2.   Kull emenda approvata b’dan il-mod mill-Partijiet għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-fini jkunu tlestew.

3.   Il-KKI jista’ jadotta emendi għall-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

4.   Notifika ta’ kull emenda għandha ssir lis-Segretarju-Ġeneral tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Indoneżja permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

Artikolu 23

Dħul fis-Seħħ, Durata u Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub li huma jkunu lestew il-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan il-fini.

2.   In-notifika għandha ssir lis-Segretarju-Ġeneral tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Indoneżja permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

3.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għall-perjodu ta’ ħames snin. Għandu jkun estiż għal perjodi konsekuttivi ta’ ħames snin jekk Parti ma tirrinunzjax għall-estensjoni billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub mill-anqas tnax-il xahar qabel ma dan il-Ftehim jiskadi.

4.   Parti jew oħra tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jibqa’ japplika tnax-il xahar wara d-data ta’ notifika bħal din.

Artikolu 24

Annessi

L-Annessi ta’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali tiegħu.

Artikolu 25

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mfassal f'eżemplari fil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Indoneżjana (Indoneżja Bahasa), b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku. F’każ ta’ diverġenza ta’ interpretazzjoni t-test Ingliż għandu jipprevalixxi.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на тридесети септември две хиляди и тринадесета година.

Hecho en Bruselas, el treinta de septiembre de dos mil trece.

V Bruselu dne třicátého září dva tisíce třináct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredivte september to tusind og tretten.

Geschehen zu Brüssel am dreißigsten September zweitausenddreizehn.

Kahe tuhande kolmeteistkümnenda aasta septembrikuu kolmekümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες δεκατρία.

Done at Brussels on the thirtieth day of September in the year two thousand and thirteen.

Fait à Bruxelles, le trente septembre deux mille treize.

Sastavljeno u Bruxellesu tridesetog rujna dvije tisuće trinaeste.

Fatto a Bruxelles, addì trenta settembre duemilatredici.

Briselē, divi tūkstoši trīspadsmitā gada trīsdesmitajā septembrī.

Priimta du tūkstančiai tryliktų metų rugsėjo trisdešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenharmadik év szeptember havának harmincadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tletin jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u tlettax.

Gedaan te Brussel, de dertigste september tweeduizend dertien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzydziestego września roku dwa tysiące trzynastego.

Feito em Bruxelas, em trinta de setembro de dois mil e treze.

Întocmit la Bruxelles la treizeci septembrie două mii treisprezece.

V Bruseli tridsiateho septembra dvetisíctrinásť.

V Bruslju, dne tridesetega septembra leta dva tisoč trinajst.

Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä syyskuuta vuonna kaksituhattakolmetoista.

Som skedde i Bryssel den trettionde september tjugohundratretton.

Dibuat di Brussel, pada tanggal tiga puluh bulan September tahun dua ribu tiga belas.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Untuk Uni Eropa

Image 1

За Република Индонезия

Por la República de Indonesia

Za Indonéskou republiku

For Republikken Indonesien

Für die Republik Indonesien

Indoneesia Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Ινδονησίας

For the Republic of Indonesia

Pour la République d'Indonésie

Za Republiku Indoneziju

Per la Repubblica di Indonesia

Indonēzijas Republikas vārdā –

Indonezijos Respublikos vardu

Az Indonéz Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Indoneżja

Voor de Republiek Indonesië

W imieniu Republiki Indonezji

Pela República da Indonésia

Pentru Republica Indonezia

Za Indonézsku republiku

Za Republiko Indonezijo

Indonesian tasavallan puolesta

För Republiken Indonesien

Untuk Republik Indonesia

Image 2


ANNESS I

KOPERTURA TAL-PRODOTTI

Il-lista f’dan l-Anness tirriferi għas-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija tal-Unjoni Doganali Dinjija.

ANNESS IA

IL-KODIĊIJIET ARMONIZZATI TA’ KOMODITAJIET GĦALL-INJAM U PRODOTTI TAL-INJAM KOPERTI BL-ISKEMA TA’ LIĊENZJAR FLEGT

Kapitolu 44:

Kodiċijiet SA

Deskrizzjoni

 

Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta’ injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le.

4401.21

-

Injam f’laqx jew frak - koniferu

4401.22

-

Injam f’laqx jew frak - mhux koniferu

Ex.4404

-

Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu

Ex.4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta’ ħxuna iktar minn 6 mm.

4408

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin mit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf jew le, mhux eħxen minn 6 mm.

 

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le.

4409.10

-

Koniferu

4409.29

-

Mhux koniferu – oħrajn

4410

Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le.

4411

Bord tal-fibri ta’ injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew b’sustanzi organiċi oħrajn jew le.

4412

Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

4413

Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil.

4414

Gwarniċi ta’ injam għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili.

4415

Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; tnabar tal-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, ta’ injam; għenuq tal-palits ta’ injam.

4416

Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta’ buttar u partijiet tagħhom, ta’ injam, inklużi l-injam imqawwes (staves).

4417

Għodod, il-partijiet prinċipali ta’ għodod, mankijiet ta’ għodod, xkupi jew xkupilji proprja u l-mankijiet tagħhom, ta’ injam; forom ta’ bwiez jew żraben, ta’ injam.

4418

Xogħol ta’ injam għal bennejja, inklużi pannelli ta’ injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes.

Ex.4421.90

-

Blokok tal-injam għall-iċċangar

Kapitolu 47:

Kodiċijiet SA

Deskrizzjoni

 

Polpa tal-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat

4701

-

Polpa ta’ injam mekkanika

4702

-

Polpa ta’ injam kimika, gradi li jdubu

4703

-

Polpa ta’ injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu.

4704

-

Polpa ta’ injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu

4705

-

Polpa ta’ injam miksuba b’taħlita ta’ proċessi mekkaniċi u kimiċi li jagħmlu polpa

Kapitolu 48:

Kodiċijiet SA

Deskrizzjoni

4802

Karta u kartun mhux miksijin, ta’ tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief karta ta’ titlu 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn:

4803

Materjal lest biex minnu jsir tixju tat-tojlit jew tal-wiċċ, materjal lest għax-xugamani jew srievet u karta simili ta’ tip użata għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, imġegħdin (creped) jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji.

4804

Karta jew kartun kraft mhux miksi, f’rombli jew folji, ħlief dawk ta’ titlu 4802 jew 4803.

4805

Karta jew kartun oħrajn mhux miksi, f’rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat f’nota 3 għal dan il-kapitlu.

4806

Parċmina veġetali, karti oljati, karti għat-traċċar u karti jleqqu (glassine) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi, f’rombli jew folji.

4807

Karta u kartun komposti (magħmulin billi jitwaħħlu saffi ċatti ta’ karta jew kartun flimkien b’kolla), mhux bil-wiċċ miksi jew mimli kimika (impregnated), kemm jekk mirfudin minn ġewwa jew le, f’rombli jew folji.

4808

Karta u kartun, immewwġin (b’folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f’rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt f’titlu 4803.

4809

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (inkluża karta miksija jew mimlija kimika (impregnated) għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi tal-offset), stamapti jew le, f’rombli jew folji.

4810

Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b’kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b’materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisja oħra, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri) jew le, ta’ kull qies.

4811

Karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, miksijin, mimlijin kimika (impregnated), mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt f’titlu 4803 , 4809 jew 4810.

4812

Blokki, ċangaturi u pjanċi ta’ filtru, ta’ polpa tal-karta.

4813

Karta tas-sigarretti, maqtugħa għal qies jew le jew f’forma ta’ libretti jew tubi.

4814

Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi.

4816

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (ħlief dawk ta’ titlu 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi tal-offset, ta’ karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le.

4817

Envelops, kartolini tal-ittri, kartolini sempliċi u kartolini għal korrispondenza, tal-karta jew kartun; kaxxi, boroż, kartieri u pakketti għall-kitba (compendiums), tal-karta jew tal-kartun, li fihom taħlita ta’ kartolerija tal-karti.

4818

Karta tat-tojlit u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi, ta’ tip użati għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, f’rombli mhux usa’ minn 36 cm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; mkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampuni, lożor u oġġetti simili tad-dar, sanitarji jew tal-isptar, oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta’ polpa tal-karta, ta’ karta, ta’ materjal artab ta’ ċelluloża jew ta’ nsiġ ta’ fibri ċellulożi.

4821

Tikketti tal-karta jew tal-kartun ta’ kull tip, stampati jew le.

4822

Ċombini, rkiekel, kobob u rfid simili, ta’ polpa tal-karta, karta jew kartun (kemm jekk imtaqqbin jew imwebbsin).

4823

Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta’ polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri cellulożi.

Kapitolu 94:

Kodiċijiet SA

Deskrizzjoni

 

Sits (seats) bi frejms tal-injam:

9401.61.

-

Miksijin bit-tapizzerija

9401.69.

-

Oħrajn

 

Għamara oħra u partijiet tagħha

9403.30

-

Għamara tal-għuda ta’ tip użat f’uffiċċji

9403.40

-

Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kċina

9403.50

-

Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda

9403.60

-

Għamara oħra tal-injam

Ex. 9406.00.

-

Bini prefabbrikat tal-injam

ANNESS IB

IL-KODIĊIJIET ARMONIZZATI TA’ KOMODITAJIET GĦAL INJAM IPPROJBIT GĦALL-ESPORTAZZJONI SKONT IL-LIĠI INDONEŻJANA

Kapitolu 44:

Kodiċijiet SA

Deskrizzjoni

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff:

Ex. 4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom; injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu.

4406

Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm.

Ex. 4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta’ ħxuna iktar minn 6 mm.


ANNESS II

DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ

Daħla

L-injam Indoneżjan huwa meqjus legali meta l-oriġini u l-proċess ta’ produzzjoni tiegħu kif ukoll l-attivitajiet ta’ pproċessar, trasport u kummerċ tiegħu jiġu vverifikati bħala li jissodisfaw il-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani applikabbli kollha.

L-Indoneżja għandha ħames standards tal-legalità bbażati fuq sensiela ta’ prinċipji, kriterji, indikaturi u verifikaturi, ilkoll ibbażati fuq il-liġijiet, regolamenti u proċeduri bażi.

Dawn il-ħames standards huma:

Standard tal-Legalità 1: l-istandard għal konċessjonijiet fi ħdan żoni forestali ta’ produzzjoni fuq artijiet li huma proprjetà tal-Istat;

Standard tal-Legalità 2: l-istandard għal foresti ta’ pjantaġġuni komunitarji u foresti komunitarji fi ħdan żoni forestali ta’ produzzjoni fuq artijiet li huma proprjetà tal-Istat;

Standard tal-Legalità 3: l-istandard għal foresti li huma proprjetà tal-privat;

Standard tal-Legalità 4: l-istandard għal drittijiet ta’ użu tal-injam fi ħdan żoni mhux forestali fuq artijiet li huma proprjetà tal-Istat;

Standard tal-Legalità 5: l-istandard għal industriji primarji u ‘downstream’ ibbażati fuq il-foresti.

Dawn il-ħames standards tal-legalità japplikaw għal tipi differenti ta’ permessi għall-injam kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Tip ta’ permess

Deskrizzjoni

Sjieda tal-art / ġestjoni jew użu tar-riżorsi

Standard tal-legalità applikabbli

IUPHHK-HA/HPH

Permess għall-użu ta’ prodotti forestali minn foresti naturali

Proprjetà tal-Istat/ ġestita minn kumpanija

1

IUPHHK-HTI/HPHTI

Permess biex jiġi stabbilit u ġestit pjantaġġun forestali

Proprjetà tal-Istat/ ġestita minn kumpanija

1

IUPHHK-RE

Permess għar-restawr tal-ekosistema forestali

Proprjetà tal-Istat/ ġestita minn kumpanija

1

IUPHHK- HTR

Permess għal pjantaġġuni forestali komunitarji

Proprjetà tal-Istat/ ġestita mill-komunità

2

IUPHHK-HKM

Permess għal ġestjoni forestali komunitarji

Proprjetà tal-Istat/ ġestita mill-komunità

2

Art Privata

Ebda permess meħtieġ

Proprjetà tal-privat/ użu privat

3

IPK/ILS

Permess sabiex jintuża injam minn żoni mhux forestali

Proprjetà tal-Istat/ użu privat

4

IUIPHHK

Permess għall-istabbiliment u ġestjoni ta’ kumpanija ta’ pproċessar primarju

Mhux applikabbli

5

IUI Lanjutan jew IPKL

Permess għall-istabbiliment u ġestjoni ta’ kumpanija ta’ pproċessar sekondarju

Mhux applikabbli

5

Dawn il-ħames standards tal-legalità u l-verifikaturi assoċjati huma deskritti hawn taħt.

ANNESS II - STANDARD TA’ LEGALITÀ 1:   L-ISTANDARDS GĦAL KONĊESSJONIJIET F’ŻONI TA’ FORESTI TA’ PRODUZZJONI

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati (1)

1

P1.

Status legali taż-żona u dritt għal użu

K1.1

Unità ta’ ġestjoni ta’ foresti (konċessjonarji) tinsab fiż-żona ta’ produzzjoni ta’ foresta.

1.1.1

Detentur ta’ permess jista’ juri li l-permess għall-użu ta’ injam (IUPHHK) ikun validu

Ċertifikat ta’ dritt għal konċessjoni ta’ foresta

Regolament tal-Gvern PP72/2010

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P50/2010

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2010

Prova ta’ ħlas għall-permess għall-użu ta’ prodotti tal-injam tal-foresti.

2.

P2.

Kun konformi mas-sistema u l-proċeduri għal ħsad.

K2.1

Detentur ta’ permess ikollu pjan ta’ ħsad għaż-żona tal-qtugħ li tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti.

2.1.1

L-awtorità amministrattiva kompetenti approvat id-dokumenti tal-pjan ta’ ħidma: pjan prinċipali, Pjan Annwali ta’ Ħidma, inklużi l-annessi tagħhom.

Il-pjan prinċipali approvat u annessi, mfasslin abbażi ta’ inventarju komprensiv ta’ foresti magħmul minn persunal teknikament kompetenti.

Il-pjan annwali approvat ta’ xogħol, mfassal abbażi tal-pjan prinċipali

Mapep, mfasslin minn persunal teknikament kompetenti, li jiddeskrivu l-lejawt u l-konfini taż-żoni koperti mill-pjan ta’ ħidma

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P56/2009 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P60/2011

Mappa li tindika żoni ta’ esklużjoni ta’ qtugħ ta’ siġar fil-Pjan Annwali ta’ Ħidma u evidenza ta’ implimentazzjoni fil-post.

Postijiet ta’ ħsad (blokok jew kompartimenti) fuq il-mappa jkunu mmarkati b’mod ċar u vverifikati fil-post.

K2.2

Il-pjan ta’ ħidma huwa validu

2.2.1

Detentur ta’ permess għal foresta għandu pjan validu ta’ ħidma b’konformità mar-regolamenti applikabbli

Dokument ta’ pjan prinċipali u annessi għall-użu ta’ prodotti tal-injam tal-foresti (applikazzjonijiet viġenti jkunu aċċettabbli).

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P56/2009

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P60/2011

Il-post u l-volumi estrattabbli ta’ zkuk naturali mill-foresti f’żoni li għandhom jinħasdu jikkorrispondu mal-pjan ta’ ħidma.

2.2.2

Permessi għat-tagħmir kollu tal-ħsad ikunu validi u jkunu jistgħu jiġu vverifikati fil-qasam.(mhux applikabbli għal kumpanija statali ta’ foresta)

Permess għal tagħmir u trasferiment ta’ tagħmir

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P53/2009

3.

P3.

Il-legalità tat-trasport jew il-bidla fil-proprjetà ta’ zkuk tondi.

K3.1

Detenturi ta’ permess jiżguraw li z-zkuk kollha trasportati minn depost ta’ zkuk fil-foresta għall-industrija primarja ta’ prodotti ta’ foresti, jew lil negozjant reġistrat ta’ żkuk, inkluż permezz ta’ depost intermedju ta’ zkuk, ikunu identifikati fiżikament u akkumpanjati b’dokumenti validi.

3.1.1

Iz-zkuk kollha ta’ dijametru kbir maħsudin jew estratti kummerċjalment kienu rrapportati f’Rapport dwar Produzzjoni ta’ Injam

Dokumenti ta’ Rapport dwar Produzzjoni Approvata ta’ Injam

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

3.1.2

L-injam kollu trasportat miż-żoni tal-permess ikun akkumpanjat b’dokument validu ta’ trasport.

Dokumenti validi ta’ trasport u annessi jakkumnpanjaw zkuk mid-depost taz-zkuk għall-industrija primarja ta’ prodotti tal-injam tal-foresti jew għal għand negozjant reġistrat ta’ zkuk, inkluż permezz ta’ deposti intermedji ta’ zkuk

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

3.1.3

Iz-zkuk tondi jkunu nħasdu fiż-żoni stabbiliti fil-permess għall-użu ta’ foresta

Marki/barcode ta’ amministrazzjoni ta’ injam (PUHH) fuq zkuk.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Detentur ta’ permess japplika l-immarkar tal-injam b’mod konsistenti

K3.2

Detentur ta’ permess għamel il-ħlas ta’ tariffi u imposti applikabbli għall-estrazzjoni kummerċjali ta’ injam

3.2.1

Detentur ta’ permess juri prova ta’ ħlas għal Fond ta’ Riforestazzjoni u/jew ta’ Provvediment ta’ Riżorsi tal-Foresti, li tikkorrispondi mal-produzzjoni ta’ zkuk u mat-tariffa applikabbli.

Ordnijiet ta’ Ħlas għal Fondi ta’ Riafforestazzjoni u/jew tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti.

Regolament tal-Gvern PP22/1997

Regolament tal-Gvern PP 51/1998

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2007

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 22/M-DAG/PER/4/2012

Regolament tal-Gvern PP59/1998

Prova ta’ Depożitu magħmul għall-Ħlas għal Fondi ta’ Riafforestazzjoni u/jew tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u l-Formoli ta’ Ħlas.

Ħlas tal-Fondi ta’ Riafforestazzjoni u/jew tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni ta’ zkuk u mat-tariffa applikabbli.

K3.3

Trasport u kummerċ bejn gżejjer

3.3.1

Detenturi ta’ permess li jittrasportaw zkuk bil-baħar huma Negozjanti Reġistrati ta’ Injam Bejn Gżejjeż (PKAPT).

Dokumenti PKAPT

Regolament tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/2003

Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, tal-Ministru għat-Trasport u tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

3.3.2

Il-bastiment użat għat-trasport ta’ zkuk tondi jtajjar il-bandiera Indoneżjana u għandu permess validu biex jopera.

Dokumenti ta’ reġistrazzjoni li juru l-identità tal-bastiment u l-permess validu.

Regolament tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/2003

Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, tal-Ministru għat-Trasport, u tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

4.

P4.

Konformità ma’ aspetti ambjentali u soċjali relatati ma’ ħsad ta’ injam

K4.1

Detentur ta’ permess ikollu dokument approvat ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u jkun implimenta miżuri identifikati magħha.

4.1.1

Detentur ta’ permess ikollu dokumenti approvati ta’ VIA mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti ta’ VIA

Regolament tal-Gvern PP27/1999

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija u l-Pjantaġġuni 602/1998

4.1.2

Detentur ta’ permess ikollu rapporti ta’ implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni ambjentali u ta’ pjan ta’ monitoraġġ ambjentali li jindikaw l-azzjonijiet meħudin biex jittaffew impatti ambjentali u jkunu pprovduti benefiċċji soċjali.

Dokumenti ta’ pjan ta’ ġestjoni ambjentali u ta’ pjan ta’ monitoraġġ ambjentali

Regolament tal-Gvern PP27/1999

Prova ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ta’ impatti ambjentali u soċjali sinifikanti

5.

P5.

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol

K.5.1

Twettiq tar-rekwiżiti ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali (SSO)

5.1.1

Disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ SSO

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 01/1978

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2009

Tagħmir ta’ SSO

Reġistrazzjonijiet ta’ korrimenti fl-impjieg

K.5.2

Twettiq tad- drittijiet tal-ħaddiema

5.2.1

Libertà ta’ assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Ħaddiema jappartienu lil junjins tal-ħaddiema jew politiki ta’ kumpanija jippermettu lil ħaddiema jistabbilixxu attivitajiet ta’ junjin jew li jkunu involuti fihom

Att 21/2000

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

5.2.2

Eżistenza ta’ ftehimiet kollettivi ta’ xogħol

Dokumenti ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew dokumenti ta’ politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol

Att 13/2003

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

5.2.3

Kumpanija ma timpjegax minuri/ ħaddiema taħt l-età

M’hemmx ħaddiema taħt l-età

Att 13/2003

Att 23/2003

Att 20/2009


STANDARD TA’ LEGALITÀ 2:   L-ISTANDARD GĦAL FORESTI TA’ PJANTAĠĠUNI KOMUNITARJI U FORESTI KOMUNITARJI F’ŻONI TA’ FORESTI TA’ PRODUZZJONI

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.

Status legali ta’ żona u dritt għal użu

K1.1

Unità ta’ ġestjoni ta’ foresti tinsab fiż-żona ta’ produzzjoni ta’ foresta.

1.1.1

Detentur ta’ permess jista’ juri li l-permess għall- użu ta’ injam (IUPHHK) ikun validu.

Ċertifikat ta’ dritt għal konċessjoni ta’ foresta

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2011

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P37/2007

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P49/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2010

Prova ta’ ħlas għall-permess għall-użu ta’ prodotti tal-injam tal-foresti.

2.

P2.

Kun konformi mas-sistema u l-proċeduri għal ħsad

K2.1

Detentur ta’ permess għandu pjan għal ħsad għaż-żona tal-qtugħ li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti

2.1.1

L-awtorità amministrattiva kompetenti tkun approvat id-dokument tal-pjan annwali ta’ ħidma.

Dokument ta’ pjan annwali approvat ta’ xogħlijiet.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Mappa li tindika żoni ta’ esklużjoni ta’ qtugħ ta’ siġar fil-Pjan Annwali ta’ Ħidma u evidenza ta’ implimentazzjoni fil-post.

Post ta’ blokka ta’ ħsad huwa immarkat b’mod ċar u jista’ jkun ivverifikat fil-post.

K2.2

Il-pjan ta’ ħidma huwa validu

2.2.1

Detentur ta’ permess għal foresta għandu pjan validu ta’ ħidma b’konformità mar-regolamenti applikabbli.

Dokument u annessi ta’ pjan prinċipali ta’ użu ta’ prodotti tal-injam tal-foresti (applikazzjonijiet viġenti jkunu aċċettabbli)

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Il-post u l-volumi estrattabbli ta’ zkuk fiż-żona li għandha tkun stabbilita għal immobiljari tal-injam għandhom ikunu jaqblu mal-pjan ta’ ħidma.

2.2.2

Permessi għat- tagħmir kollu tal-ħsad ikunu validi u jkunu jistgħu jiġu vverifikati fiżikament fil-qasam.

Permess għal tagħmir u trasferiment ta’ tagħmir.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P53/2009.

K2.3

Detenturi ta’ permess jiżguraw li z-zkuk kollha trasporati minn depost ta’ zkuk fil-foresta għall- industrija primarja ta’ prodotti ta’ foresti jew għal negozjant reġistrat ta’ żkuk, inkluż permezz ta’ depost intermedju ta’ zkuk

2.3.1

Iz-zkuk kollha ta’ dijametru kbir li jkunu nħasdu jew ġew estratti kummerċjalment ikunu rrapportati fir-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Injam.

Dokumenti ta’ Rapport dwar Produzzjoni Approvata ta’ Injam

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006 ikunu idenfifikati fiżikament u akkumpanjati b’dokumenti validi.

2.3.2

Iz-zkuk kollha trasportati miż-żona ta’ permess ikunu akkumpanjati b’dokument legali ta’ trasport.

Dokumenti legali ta’ trasport u annessi rilevanti mid-Depost taz-Zkuk għad-Depost Intermedju taz-Zkuk u mid-Depost Intermedju taz-Zkuk għall-industrija primarja u/jew għal għand negozjant reġistrat ta’ zkuk.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

2.3.3

Iz-zkuk tondi jkunu nħasdu fiż-żoni stabbiliti fil-permess għall-użu ta’ foresta

Marki/barcode ta’ amministrazzjoni ta’ injam (PUHH) fuq zkuk.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Detentur ta’ permess japplika l-immarkar tal-injam b’mod konsistenti.

2.3.4

Detentur ta’ permess jista’ juri l-eżistenza ta’ dokumenti ta’ trasport ta’ zkuk li jakkumpanjaw iz-zkuk trasportati minn depost ta’ zkuk.

Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk li miegħu jkun mehmuż dokument ta’ lista ta’ zkuk.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

K2.4

Detentur ta’ permess ħallas it-tariffa u imposti applikabbli mitluba għall-estrazzjoni kummerċjali ta’ injam

2.4.1

Detenturi ta’ permess juru prova ta’ ħlas għal Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti li jikkorrispondi għall-produzzjoni ta’ zkuk u mat-tariffa applikabbli.

Ordni ta’ Ħlas għal Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2007

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 22/M-DAG/PER/4/2012

Prova ta’ Ħlas għal Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti

Ħlas tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni ta’ zkuk u mat-tariffa applikabbli.

3.

P3.

Konformità ma’ aspetti ambjentali u soċjali li jappartienu lil ħsad ta’ injam

K3.1

Detentur ta’ permess għandu dokument approvat ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u implimenta miżuri identifikati miegħu.

3.1.1

Detentur ta’ permess għandu dokumenti ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti ta’ VIA

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija u l-Pjantaġġuni 622/1999

3.1.2

Detentur ta’ permess għandu rapporti dwar ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ta’ implimentazzjoni magħmulin biex jittaffew impatti ambjentali u jkunu pprovduti benefiċċji soċjali.

Dokumenti rilevanti dwar ġestjoni ambjentali u monitoraġġ

Regolament tal-Gvern PP27/1999

Prova ta’ implimentazzjoni ta’ ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ta’ impatti ambjentali u soċjali sinifikanti


STANDARD TA’ LEGALITÀ 3:   L-ISTANDARD GĦAL FORESTI TA’ PROPRJETÀ PRIVATA

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.

Proprjetà tal-injam tista’ tkun ivverifikata

K1.1

Legalità ta’ proprjetà jew titolu għal art b’rabta maż-żona ta’ ħsad ta’ injam.

1.1.1

Sid ta’ art privata jew ta’ foresta jista’ jagħti prova ta’ proprjetà jew juża drittijiet fuq l-art.

Dokumenti validi ta’ proprjetà jew ta’ okkupazzjoni ta’ art (dokumenti ta’ titolu għal art rikonoxxuti minn awtoritajiet kompetenti)

Att 5/1960

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P33/2010

Regolament tal-Gvern PP12/1998

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 36/2007

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 37/2007

Att 6/1983

Att 13/2003

Att 23/2003

Att 20/2009

Dritt għal kultivazzjoni ta’ art.

Att ta’ Twaqqif tal-Kumpanija

Liċenzja ta’ negozju għal kumpaniji li jagħmlu negozju fil-kummerċ (SIUP)

Reġistrazzjoni ta’ kumpanija (TDP)

Reġistrazzjoni ta’ kontribwent (NPWP)

Mappa taż-żona ta’ foresta privata u qsam imqegħin fuq l-art.

1.1.2

Unitajiet ta’ ġestjoni (ta’ proprjetà individwali jew ta’ grupp) juru dokumenti validi ta’ trasport ta’ injam.

Ċertifikat ta’ Oriġini ta’ Injam jew Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P30/2012

Fattura/ rċevuta ta’ bejgħ/ żdoganar ta’ merkanzija.

1.1.3

Unitajiet ta’ ġestjoni juru prova ta’ ħlas ta’ imposti applikabbli relatati ma’ siġar li jkun hemm qabel it-trasferiment ta’ drittijiet jew okkupazzjoni taż-żona.

Prova ta’ ħlas għal Fond ta’ Riforestazzjoni u/jew għal Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u kumpens għall-istat tal-valur taz-zkuk li jibqgħu fl-art ta’ siġar maħsudin.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2007

2.

P2.

Konformità ma’ aspetti ambjentali u soċjali relatati ma’ ħsad ta’ injam fil-każ ta’ żoni soġġetti għal Drittijiet ta’ Kultivazzjoni ta’ Art

K2.1

Detentur ta’ permess għandu dokument approvat ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u jkun implimenta miżuri identifikati miegħu.

2.1.1

Detentur ta’ permess għandu dokumenti ta’ VIA approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti ta’ VIA

Regolament tal-Gvern PP27/1999

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija u l-Pjantaġġuni 602/1998

3.

P3.

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol fil-każ ta’ żoni soġġetti għal Drittijiet ta’ Kultivazzjoni ta’ Art

K3.1

Twettiq ta’ miżuri ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali (SSO)

3.1.1

Disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ SSO

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 01/1978

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2009

Tagħmir ta’ SSO

Reġistrazzjonijiet ta’ korrimenti fl-impjieg

K.3.2

Twettiq ta’ drittijiet tal-ħaddiema

3.2.1

Libertà ta’ assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Ħaddiema jappartienu lil junjins tal-ħaddiema jew politiki ta’ kumpanija jippermettu lil ħaddiema jistabbilixxu attivitajiet ta’ junjin jew li jkunu involuti fihom

Att 21/2000

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

3.2.2

Eżistenza ta’ ftehimiet kollettivi ta’ xogħol

Dokumenti ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew dokumenti ta’ politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol

Att 13/2003

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

3.2.3

Kumpanija ma timpjegax minuri/ ħaddiema taħt l-età

M’hemmx ħaddiema taħt l-età

Att 13/2003

Att 23/2003

Att 20/2009


STANDARD TA’ LEGALITÀ 4:   L-ISTANDARD GĦAL DRITTIJIET GĦAL UŻU TA’ INJAM F’ŻONI MHUX TA’ FORESTI

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.

Status legali ta’ żona u dritt għal użu

K.1.1.

Permess ta’ ħsad ta’ injam f’żona mhux ta’ foresta mingħajr ma jinbidel l-istatus legali tal-foresta.

1.1.1

Operazzjoni ta’ ħsad awtorizzata skont Permess Legali Ieħor (ILS) / permessi ta’ konverżjoni (IPK) f’żona ta’ kiri.

Permessi ILS/IPK għal operazzjonijiet ta’ ħsad fiż-żona ta’ kiri

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2011

Mapep mehmużin mal-permessi ILS/IPK taż-żona ta’ kiri u evidenza ta’ konformità fil-post.

K1.2

Permess ta’ ħsad ta’ injam f’żona mhux ta’ foresta li jwassal għal bidla fl-istatus legali tal-foresta

1.2.1

Ħsad ta’ injam awtorizzat skont permess ta’ konverżjoni ta’ art (IPK).

Permess ta’ negozju u mapep mehmużin mal-permess (dan ir-rekwiżit japplika kemm għal detenturi ta’ permess ta’ IPK kif ukoll għal detenturi ta’ permess ta’ negozju)

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P14/2011

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P33/2010

IPK f’żoni ta’ konverżjoni

Mapep mehmużin ma’ IPK

Dokumenti li jawtorizzaw bidliet fl-istatus legali tal-foresta (dan ir-rekwiżit japplika kemm għal detenturi ta’ permess ta’ IPK kif ukoll għal detenturi ta’ permess ta’ negozju)

K1.3

Permess biex ikunu estratti prodotti tal-injam tal-foresti minn żona ta’ foresta tal-Istat għal attivitajiet ta’ Foresta ta’ Pjantaġġuni abbażi ta’ Riforestazzjoni (HTHR)

1.3.1.

Ħsad ta’ injam ikun awtorizzat skont permess biex ikunu estratti prodotti tal-injam tal-foresti minn foresti ta’ pjantaġġuni abbażi ta’ riforestazzjoni f’żoni indikati għal foresti ta’ pjantaġġuni abbażi ta’ riforestazzjoni (HTHR)

Permess HTHR

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P59/2011

Mapep mehmużin ma’ HTHR u evidenza ta’ konformità fil-post

2.

P2.

Konformità ma’ sistemi u proċeduri legali għal ħsad ta’ siġar u għat-trasport ta’ zkuk

K2.1

Pjan IPK/ILS u implimentazzjoni jkunu konformi ma’ ppjanar ta’ użu ta’ art.

2.1.1

Pjan approvat ta’ xogħol għaż-żoni koperti minn IPK/ ILS

Dokumenti ta’ pjan ta’ ħidma IPK/ILS

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P53/2009

Permess validu għal tagħmir

2.1.2

Id-detentur ta’ permess jista’ juri li z-zkuk ittrasportati jkunu minn żoni b’permess validu ta’ konverżjoni ta’ art/ użu ieħor (IPK/ILS)

Dokumenti ta’ inventarju ta’ foresti

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Dokumenti ta’ Rapport dwar Produzzjoni ta’ Injam (LHP)

K2.2

Ħlas ta’ tariffi u imposti tal-gvern u konformità ma’ rekwiżiti dwar trasport ta’ injam

2.2.1

Evidenza ta’ ħlas ta’ imposti.

Prova ta’ ħlas għal Fondi ta’ Riafforestazzjoni, Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u kumpens lill-Istat għall-valur taz-zkuk li jibqgħu fl-art ta’ siġar maħsudin.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2007

2.2.2

Detentur ta’ permess għandu dokumenti validi għal trasport ta’ injam

Fattura ta’ Trasport ta’ Zkuk (FAKB) u lista ta’ zkuk għal zkuk b’dijametru żgħir

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Dokument ta’ Legalità ta’ Zkuk (SKSKB) u lista ta’ zkuk għal zkuk b’dijametru kbir

3.

P3.

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol

K.3.1

Twettiq ta’ rekwiżiti ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali (SSO)

3.1.1

Disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ SSO

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 01/1978

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2009

Tagħmir ta’ SSO

Reġistrazzjonijiet ta’ korrimenti fl-impjieg

K.3.2

Twettiq ta’ drittijiet tal-ħaddiema

3.2.1

Libertà ta’ assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Ħaddiema li jappartjenu lil junjins tal-ħaddiema jew politiki ta’ kumpanija li jippermettu lil ħaddiema jistabbilixxu attivitajiet ta’ junjin jew li jkunu involuti fihom

Att 21/2000

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

3.2.2

Eżistenza ta’ ftehimiet kollettivi ta’ xogħol

Dokumenti ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew dokumenti ta’ politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol

Att 13/2003

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

3.2.3

Kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M’hemmx ħaddiema taħt l-età

Att 13/2003

Att 23/2003

Att 20/2009


STANDARD TA’ LEGALITÀ 5:   L-ISTANDARD GĦALL-INDUSTRIJA PRIMARJA U SEKONDARJA ABBAŻI TA’ FORESTA

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

P1.

Industrija tal-ipproċessar ta’ prodotti tal-injam tal-foresti tgħin biex ikun hemm kummerċ legali fl-injam.

K1.1.

Unitajiet ta’ negozju fl-għamla ta’:

(a)

Industrija tal-ipproċessar, u

(b)

Esportaturi ta’ prodotti pproċessati għandhom

fil- pussess tagħhompermessi validi

1.1.1

Unitajiet ta’ industriji tal-ipproċessar għandhom fil-pussess tagħhom permessi validi

L-Att ta’ Twaqqif tal-Kumpanija u emendi reċenti għall-att (l-Att tat-Twaqqif tal-Kumpanija)

Regolament tal-Ministru Għal-Liġi u d-Drittijiet tal-Bniedem M.01-HT.10/2006

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 36/2007

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 37/2007

Att 6/1983

Regolament tal-Gvern PP80/2007

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P35/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P16/2007

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 39/2011

Regolament tal-Ministru għall-Industrija 41/2008

Regolament tal-Ministru għall-Ambjent 13/2010

Permess biex jibda jsir negozju fil-kummerċ (Liċenzja ta’ Negozju /SIUP) jew permess ta’ negozju, li jista’ jkun Permess ta’ Negozju Industrijali (IUI) jew Permess ta’ Negozju Permanenti (IUT) jew Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Permess ta’ fastidju/ disturb (permess maħruġ lill-kumpanija talli tkun affettwat l-ambjent li madwaru tkun qed topera n-negozju tagħha)

Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni ta’ Kumpanija (TDP)

Numru ta’ Identifikazzjoni ta’ Kontribwent (NPWP)

Disponibbiltà ta’ dokumenti ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali

Disponibbiltà ta’ Permess ta’ Negozju Industrijali (IUI) jew Permess ta’ Negozju Permanenti (IUT) jew Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Disponibbiltà ta’ Ppjanar ta’ Stokkijiet ta’ Materja Prima (RPBBI) għall-Industrija Primarja ta’ Prodotti ta’ Foresti (IPHH).

1.1.2

Esportaturi ta’ prodotti ta’ injam ipproċessat għandhom permessi validi kemm bħala produtturi kif ukoll bħala esportaturi ta’ prodotti tal-injam.

L-esportaturi għandhom l-istatus ta’ Esportaturi Reġistrati ta’ Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK).

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ P64/2012

K1.2

Unitajiet ta’ negozju fl-għamla ta’ gruppi ta’ artiġjani / industriji ta’ affarijiet domestiċi huma rreġistrati legalment

1.2.1

Il-gruppi ta’ negozju (kooperattivi / sħubija limitata (CV) / gruppi oħra ta’ negozju) huma stabbiliti legalment.

Att ta’ stabbiliment

Att 6/1983

Reġistrazzjoni tal-Kontribwent Fiskali (NPWP)

1.2.2

Negozjanti ta’ prodotti ta’ injam ipproċessat għandhom reġistrazzjoni valida bħala esportaturi u għandhom provvisti minn industrija tal-ipproċessar żgħira u ta’ daqs medju iċċertifikata u mhumiex irreġistati bħala esportaturi

Reġistrazzjoni tan-negozjanti bħala Esportaturi Mhux Produtturi ta’ Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK Non Produsen).

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ P64/2012

Ftehim jew kuntratt ta’ kollaborazzjoni ma’ unità ta’ industrija tal-ipproċessar li jkollha ċertifikat ta’ legalità għall-injam (S-LK)

P2.

Unitajiet ta’ negozju japplikaw sistema ta’ rintraċċar ta’ injam li tiżgura li l-oriġini tal-injam tkun tista’ tiġi rintraċċata

K2.1

Eżistenza u applikazzjoni ta’ sistema li tintraċċa l-injam fil-prodotti ta’ foresti

2.1.1

Unitajiet ta’ negozju jistgħu juru li l-injam irċevut jiġi minn sorsi legali.

Dokumenti ta’ bejgħ u xiri u/jew kuntratt ta’ provvista ta’ materjali u/jew prova ta’ xiri u li kollhom magħhom dokumenti tal-legalità ta’ prodotti ta’ foresti / ittra ta’ attestazzjoni tal-legalità ta’ prodotti ta’ foresti

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P30/2012

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P56/2009

Rapport approvat dwar it-trasferiment ta’ injam u/jew prova ta’ trasferiment u/jew rapport uffiċjali dwar l-eżami ta’ injam; ittra ta’ attestazzjoni tal-legalità ta’ prodotti ta’ foresti

Injam importat ikun akkumpanjat b’dokumenti ta’ Avviż ta’ Importazzjoni u informazzjoni dwar l-oriġini tal-injam, kif ukoll dokumenti li jiċċertifikaw il-legalità tal-injam u l-pajjiż tal-ħsad

Dokumenti ta’ trasport ta’ zkuk

Dokumenti ta’ trasport (SKAU/ Nota) b’rapporti uffiċjali korrispondenti mingħand l-uffiċjal tal-awtorità lokali fir-rigward ta’ injam użat minn bini/strutturi mwaqqa’, injam maqlugħ mill-art u injam midfun.

Dokumenti ta’ trasport fl-għamla ta’ FAKO/ Nota għal injam industrijali mormi

Dokumenti/ rapporti dwar bidliet fl-istokk ta’ zkuk tondi (LMKB) /rapporti dwar bidliet fl-istokk ta’ zkuk tondi b’dijametru żgħir (LMKBK)/rapporti dwar bidliet fl-istokk ta’ prodotti pproċessati tal-injam tal-foresti (LMHHOK)

Dokumenti ta’ sostenn, jiġifieri, Ippjanar ta’ Stokkijiet ta’ Materja Prima (RPBBI), ittra ta’ deċiżjoni li tiċċertifika uffiċjalment il-pjan annwali ta’ ħidma (SK RKT)

2.1.2

Unitajiet ta’ negozju japplikaw sistema ta’ rintraċċar ta’ injam u joperaw f’livelli permessi ta’ produzzjoni

Karti tat-talja dwar l-użu ta’ materja prima u dwar outputs ta’ produzzjoni.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Regolament tal-Ministru għall-Industrija 41/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P35//2008

Rapporti dwar outputs dwar il-produzzjoni ta’ prodotti pproċessati.

Il-produzzjoni tal-unità ma taqbiżx il-kapaċità permessa tal-produzzjoni.

2.1.3

Proċess ta’ produzzjoni b’kollaborazzjoni ma’ parti oħra (industrija oħra jew ma’ artiġjani/industriji ta’ affarijiet domestiċi) jipprovdi għal rintraċċar ta’ injam

Kuntratt ta’ kollaborazzjoni jew kuntratt ta’ servizz għall-ipproċessar ta’ prodotti ma’ parti oħra

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 37/M-DAG/PER/9/2007

Att 6/1983

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P35/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P16/2007

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 39/M-DAG/PER/12/2011

Regolament tal-Ministru għall-Industrija 41/M- IND/PER/6/2008

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Il-parti kollaboratriċi għandha permessi validi kif stabbilit fil-Prinċipju 1

Segregazzjoni/ tifrid ta’ prodotti maħdumin.

Dokumentazzjoni ta’ materja prima, proċessi, produzzjoni u fejn applikabbli ta’ esportazzjonijiet jekk l-esportazzjoni titmexxa permezz tal-unità tan-negozju / ta’ kumpanija oħra li magħha jkun sar ftehim ta’ kollaborazzjoni.

P3.

Legalità tal-kummerċ jew il-bidla tal-proprjetà f’injam ipproċessat.

K3.1

Trasport u kummerċ bejn gżejjer ikun konformi ma’ leġiżlazzjoni applikabbli.

3.1.1

L-unità tan-negozju li tittrasporta bejn gżejjer ta’ prodotti pproċessati tal-injam ikunu Negozjanti Reġistrati ta’ Injam Bejn Gżejjer (PKAPT).

Dokumenti PKAPT

Regolament tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/MPP/Kep/2/2003

Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, tal-Ministru għat-Trasport, u tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

Dokumenti ta’ rapporti PKAPT

3.1.2

Il-bastiment użat biex iġorr injam ipproċessat itajjar il-bandiera Indoneżjana u għandu permessi validi biex jopera.

Dokumenti li juru l-identità tal-bastiment. Dokumenti ta’ reġistrazzjoni li juru l-identità tal-bastiment u permess validu.

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P30/2012

Regolament tal-Ministru għat-Trasport KM71/2005

L-identità tal-bastiment taqbel ma’ dik iddikjarata fid-dokumenti ta’ trasport ta’ zkuk jew injam

Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, Ministru għat-Trasport, u Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

3.1.3

Negozjanti Reġistrati ta’ Injam Bejn Gżejjer (PKAPT) jistgħu juru li l-injam trasportat joriġina minn sorsi leġittimi

Dokumenti ta’ trasport ta’ zkuk jew injam

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P30/2012

Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, Ministru għat-Trasport, u Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

Marki/barcode ta’ amministrazzjoni ta’ injam (PUHH) fuq zkuk.

K3.2

Tbaħħir ta’ injam ipproċessat għall-esportazzjoni jkun konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

3.2.1

T ta’ injam ipproċessat għall-esportazzjoni b’dokumenti ta’ Avviż ta’ Esportazzjoni (PEB)

PEB

Att 17/2006 (Custom)

Regolament tal-Ministru tal-Finanzi 223/PMK.011/2008.

Regolament tad-Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Doganali P-40/BC/2008

Regolament tad-Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Doganali P-06/BC/2009

Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ P64/2012

Digriet Presidenzjali 43/1978

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija 447/2003

Lista ta’ imballaġġ

Fattura

P/K (polza ta’ kargu)

Dokumenti ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni (V-Legali)

Riżultati ta’ verifika teknika (Rapport ta’ servejer) għal prodotti li għalihom il-verifika teknika hija obbligatorja

Prova ta’ ħlas ta’ dazju ta’ esportazzjoni, fejn applikabbli.

Dokumenti oħra rilevanti (inklużi permessi CITES) għal tipi ta’ injam li l-kummerċ fihom ikun ristrett

P4.

Twettiq ta’ regolamenti tax-xogħol dwar dak li jikkonċerna l-industrija tal-ipproċessar

K.4.1

Twettiq ta’ rekwiżiti ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali (SSO)

4.1.1

Disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ SSO u implimentazzjoni

Implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ SSO.

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 01/1978

Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2009

Tagħmir ta’ SSO bħal apparat ħafif ħafna li jitfi n-nar, tagħmir ta’ protezzjoni għall-persuna u rotta ta’ evakwazzjoni

Reġistrazzjonijiet ta’ korrimenti fl-impjieg

K.4.2

Twettiq tad-drittijiet of ħaddiema

4.2.1

Libertà ta’ assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Trejdjunjin jew politika ta’ kumpanija li tippermetti lil min jimpjega/ ħaddiema li jwaqqfu trejdjunjin jew li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ trejdjunjin

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

4.2.2

Eżistenza ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol

Disponibbiltà ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew dokumenti ta’ politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol

Att 13/2013

Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

4.2.3

Kumpanija ma timpjegax minuri/ ħaddiema taħt l-età

M’hemmx ħaddiema taħt l-età

Att 13/2003

Att 23/2003

Att 20/2009


(1)  Huma indikati regolamenti ewlenin, li jkopru wkoll emendi sussegwenti.


ANNESS III

KONDIZZJONIJIET GĦAR-RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI LIBERA FL-UNJONI TA’ PRODOTTI TAL-INJAM INDONEŻJANI LIĊENZJATI SKONT FLEGT

1.   IL-PREŻENTAZZJONI TAL-LIĊENZJA

1.1.

Il-liċenzja għandha tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih it-trasportazzjoni koperta minn dik il-liċenzja tkun ippreżentata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Dan jista’ jsir b’mod elettroniku jew b’mezzi oħra ta’ ħeffa.

1.2.

Liċenzja għandha tkun aċċettata jekk tħares ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness IV u ebda verifika oħra skont is-sezzjonijiet 3, 4 u 5 ta’ dan l-Anness ma titqies li tkun meħtieġa.

1.3.

Liċenzja tista’ tkun ippreżentata qabel il-wasla tat-trasportazzjoni koperta minnha.

2.   L-AĊĊETTAZZJONI TAL-LIĊENZJA

2.1.

Kull liċenzja li ma tħarisx ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tkun invalida.

2.2.

Tħassir jew alterazzjonijiet fil-liċenzja għandhom ikunu aċċettati biss jekk tħassir jew alterazzjonijiet bħal dawn ikunu ġew ivvalidati mill-Awtorità tal-Liċenzji.

2.3.

Liċenzja għandha titqies nulla jekk tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti wara d-data ta’ skadenza indikata fil-liċenzja. L-estensjoni tal-validità ta’ liċenzja m’għandhiex tkun aċċettata jekk dik l-estensjoni ma tkunx ġiet ivvalidata mill-Awtorità tal-Liċenzji.

2.4.

Liċenzja duplikata jew sostitwita m’għandhiex tkun aċċettata sakemm ma tkunx inħarġet u ġiet ivvalidata mil-Awtorità tal-Liċenzji.

2.5.

Meta tkun meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-liċenzja jew dwar it-trasportazzjoni, skont dan l-Anness, il-liċenzja għandha tkun aċċettata biss wara li tkun waslet l-informazzjoni meħtieġa.

2.6.

Meta l-volum jew il-piż tal-prodotti tal-injam li jkun hemm fit-trasportazzjoni ppreżentata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ma jvarjawx b’aktar minn għaxra fil-mija mill-volum jew mill-piż indikati fil-liċenzja korrispondenti, għandu jitqies li t-trasportazzjoni tkun konformi mal-informazzjoni mogħtija fil-liċenzja f’dak li jkollu x’jaqsam ma’ volum jew piż.

2.7.

L-awtorità kompetenti għandha, skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli, tgħarraf lill-awtoritajiet doganali malli liċenzja tkun ġiet aċċettata.

3.   VERIFIKA TAL-VALIDITÀ U L-AWTENTIĊITÀ TAL-LIĊENZJA

3.1.

F’każ ta’ dubju dwar il-validità jew l-awtentiċità ta’ liċenzja, ta’ liċenzja duplikata jew ta' liċenzja sostitwita, l-awtorità kompetenti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji.

3.2.

L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti biex tibgħatilha kopja tal-liċenzja inkwistjoni.

3.3.

Jekk ikun meħtieġ l-Awtorità tal-Liċenzji għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja korretta li tkun awtentikata bl-approvazzjoni stampata 'Duplikata' u tibgħatha lill-awtorità kompetenti.

3.4.

Jekk ma tasal ebda tweġiba lill-awtorità kompetenti fi żmien wieħed u għoxrin jum kalendarju mit-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji, kif speċifikat fis-sezzjoni 3.1 ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

3.5.

Jekk il-validità tal-liċenzja tkun ikkonfermata, l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti minnufih, l-aħjar b’mezzi elettroniċi. Il-kopji li jintbagħtu lura għandhom ikunu awtentikati bl-approvazzjoni stampata 'Validata fi'.

3.6.

Jekk wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali u investigazzjoni ulterjuri, ikun iddeterminat li l-liċenzja ma tkunx valida jew awtentika l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

4.   VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-LIĊENZJA MAT-TRASPORTAZZJONI

4.1.

Jekk jitqies li tkun meħtieġa verifika ulterjuri tat-trasportazzjoni qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk liċenzja tkunx tista’ tiġi aċċettata, jistgħu jsiru kontrolli biex ikun stabbilit jekk it-trasportazzjoni inkwistjoni tkunx konformi mal-informazzjoni mogħtija fil-liċenzja u/jew mar-reġistrazzjonijiet b’rabta mal-liċenzja rilevanti miżmuma mill-Awtorità tal-Liċenzji.

4.2.

F’każ ta’ dubju dwar il-konformità tat-trasportazzjoni mal-liċenzja l-awtorità kompetenti konċernata tista’ titlob kjarifika ulterjuri mingħand l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji.

4.3.

L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti biex tibgħat kopja tal-liċenzja jew is-sostituzzjoni inkwistjoni.

4.4.

Jekk ikun meħtieġ, l-Awtorità tal-Liċenzji għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja korretta li għandha tkun awtentikata bl-approvazzjoni stampata 'Duplikata' u mibgħuta lill-awtorità kompetenti.

4.5.

Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi ebda tweġiba fi żmien wieħed u għoxrin jum kalendarju mit-talba għall-kjarifika ulterjuri kif speċifikat fis-sezzjoni 4.2 hawn fuq, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

4.6.

Jekk wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali u investigazzjoni ulterjuri, ikun ġie ddeterminat li t-trasportazzjoni inkwistjoni ma tkunx konformi mal-liċenzja u/jew mar-reġistrazzjonijiet b’rabta mal-liċenzja rilevanti miżmuma mill-Awtorità tal-Liċenzji, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

5.   AFFARIJIET OĦRA

5.1.

Spejjeż li jkunu saru waqt li l-verifika tkun qed titlesta għandhom jitħallsu mill-importatur, ħlief fejn il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli tal-Istat Membru tal-Unjoni konċernat jiddetermina mod ieħor.

5.2.

Meta jinqala’ nuqqas ta’ qbil jew diffikultajiet b’mod persistenti mill-verifika ta’ liċenzji l-kwistjoni tista’ tiġi rriferita lill-KKI.

6.   DIKJARAZZJONI DOGANALI TAL-UE

6.1.

In-numru tal-liċenzja li jkopri l-prodotti tal-injam li jkunu qed jiġu ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandu jiddaħħal fil-Kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Uniku li fuqu ssir id-dikjarazzjoni doganali.

6.2.

Meta d-dikjarazzjoni doganali ssir permezz ta’ teknika ta’ pproċessar ta’ dejta r-referenza għandha tingħata fil-kaxxa adatta.

7.   RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI LIBERA

7.1.

Trasportazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam għandhom ikunu rrilaxxjati għal ċirkolazzjoni libera biss meta l-proċedura deskritta fis-sezzjoni 2.7 hawn fuq tkun tlestiet kif imiss.

ANNESS IV

REKWIŻITI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TA’ LIĊENZJI FLEGT

1.   REKWIŻITI ĠENERALI TA’ LIĊENZJI FLEGT

1.1.

Liċenzja FLEGT tista’ tkun karta jew f’għamla elettronika.

1.2.

Liċenzji kemm b’bażi tal-karta kif ukoll elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 1, skont in-noti għal gwida stabbiliti fl-Appendiċi 2.

1.3.

Liċenzja FLEGT għandu jingħatalha numru b’mod li jippermetti lill-Partijiet jiddistingwu bejn liċenzja FLEGT li tkopri trasportazzjonijiet destinati għal swieq tal-Unjoni u Dokument V-Legali għal trasportazzjonijiet destinati għal swieq mhux tal-Unjoni.

1.4.

Liċenzja FLEGT għandha tkun valida mid-data li fiha tinħareġ.

1.5.

Il-perjodu ta’ validità ta’ liċenzja FLEGT m’għandux jaqbeż erba’ xhur. Id-data ta’ skadenza għandha tkun indikata fuq il-liċenzja.

1.6.

Liċenzja FLEGT għandha titqies nulla wara li tkun skadiet. Jekk ikun hemm force majeure jew kawżi validi oħra lil hinn mill-kontroll tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja, l-Awtorità tal-Liċenzji tista’ testendi l-perjodu ta’ validità għal xahrejn addizzjonali. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha ddaħħal u tivvalida d-data l-ġdida ta’ skadenza meta tagħti estensjoni bħal din.

1.7.

Liċenzja FLEGT għandha titqies nulla u għandha tintradd lill-Awtorità tal-Liċenzji jekk il-prodotti tal-injam koperti minn dik il-liċenzja jkunu ntilfu jew inqerdu qabel ma jkunu waslu fl-Unjoni.

2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI FIR-RIGWARD TA’ LIĊENZJI FLEGT B’BAŻI TAL-KARTA

2.1.

Liċenzji b’bażi tal-karta għandhom ikunu konformi mal-format stabbilit fl-Appendiċi 1.

2.2.

Id-daqs tal-karta għandu jkun standard A4. Il-karta għandu jkollha marki tal-ilma li juru l-logo li għandu jkun ibbuzzat ’il barra fuq il-karta flimkien mas-siġill.

2.3.

Liċenzja FLEGT għandha titlesta b’test ittajpjat jew b’mezzi kompjuterizzati. Tista’ titlesta billi tinkiteb bl-id, jekk ikun meħtieġ.

2.4.

Il-bolli tal-Awtorità tal-Liċenzji għandhom ikunu applikati permezz ta’ imbullatur. Iżda bbuzzar jew titqib jistgħu jkunu sostitwiti mill-boll tal-Awtorità tal-Liċenzji.

2.5.

L-Awtorità tal-Liċenzji għandha tuża metodu li ma jħallix li jkun hemm tbagħbis biex tkun irreġistrata l-kwantità allokata b’mod li tagħmilha impossibbli li jiddaħħlu figuri jew referenzi.

2.6.

Il-forma m’għandu jkun fiha ebda taħsira jew alterazzjoni, sakemm dik it-tħassira jew l-alterazzjoni ma tkunx ġiet awtentikata bil-boll u l-firma tal-Awtorità tal-Liċenzji.

2.7.

Liċenzja FLEGT għandha tkun stampata u lesta bl-Ingliż.

3.   KOPJI TA’ LIĊENZJI FLEGT

3.1.

Liċenzja FLEGT għandha sir f’seba’ kopji, kif ġej:

i.

‘Oriġinali’ għall-awtorità kompetenti fuq karta bajda;

ii.

‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ fuq karta safra;

iii.

‘Kopja għall-Importatur’ fuq karta bajda;

iv.

‘Kopja għall-Awtorità tal-Liċenzji’ karta bajda;

v.

‘Kopja għall-persuna li tingħatalha l-liċenzja’ fuq karta bajda;

vi.

‘Kopja għall-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji’ fuq karta bajda;

vii.

‘Kopja għad-Dwana Indoneżjana’ fuq karta bajda

3.2.

Il-kopji mmarkati ‘Oriġinali’, ‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ u ‘Kopja għall-Importatur’ għandhom jingħataw lill-persuna li tingħatalha l-liċenzja, li għandha tibgħathom lill-importatur. L-importatur għandu jippreżenta l-Oriġinali lill-awtorità kompetenti u l-kopja rilevanti lill-awtorità doganali tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih it-trasportazzjoni koperta minn dik il-liċenzja tkun iddikjarata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. It-tielet kopja mmarkat ‘Kopja għall-Importatur’ għandha tinżamm mill-importatur għar-rekords tal-importatur.

3.3.

Ir-raba’ kopja mmarkata 'Kopja għall-Awtorità tal-Liċenzji' għandha tinżamm mill-Awtorità tal-Liċenzji għar-rekords tagħha u possibbilment għal verifika fil-ġejjieni ta’ liċenzji maħruġin.

3.4.

Il-ħames kopja mmarkata 'Kopja għall-persuna li tingħatalha l-liċenzja' għandha tingħata lill-persuna li tingħatalha l-liċenzja għar-rekords tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja.

3.5.

Is-sitt kopja mmarkata ‘Kopja għall-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji’ għandha tingħata lill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji għar-rekords tagħha.

3.6.

Is-seba’ kopja mmarkata ‘Kopja għad-Dwana Indoneżjana’ għandha tingħata lill-awtorità doganali tal-Indoneżja għall-finijiet ta’ esportazzjoni.

4.   LIĊENZJA FLEGT MITLUFA, MISRUQA JEW MEQRUDA

4.1.

Fil-każ ta’ telf, serq jew qerda tal-kopja mmarkata ‘Oriġinali’ jew tal-kopja mmarkata ‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ jew tat-tnejn, il-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja tista’ tapplika mal-Awtorità tal-Liċenzji biex tingħatalha sostituzzjoni. Flimkien mal-applikazzjoni, il-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja għandhom jagħtu spjegazzjoni għat-telf tal-oriġinali u/jew tal-kopja.

4.2.

Jekk tkun sodisfatta bl-ispjegazzjoni, l-Awtorità tal-Liċenzji għandha toħroġ sostituzzjoni tal-liċenzja fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun irċeviet it-talba mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja.

4.3.

Is-sostituzzjoni għandu jkollha l-informazzjoni u l-entrati li kienu jidhru fuq il-liċenzja li tkun issostitwiet, inkluż in-numru tal-liċenzja, u għandu jkollha fuqha l-approvazzjoni 'Liċenzja Sostitwita'.

4.4.

Fil-każ li l-liċenzja mitlufa jew misruqa tinstab, hija m’għandhiex tintuża u għandha tintradd lill-Awtorità tal-Liċenzji.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI FIR-RIGWARD TA’ LIĊENZJI FLEGT ELETTRONIĊI

5.1.

Il-liċenzja FLEGT tista’ tinħareġ u tkun ipproċessata bl-użu ta’ sistemi elettroniċi.

5.2.

Fi Stati Membri tal-Unjoni li ma jkollhomx konnessjoni ma’ sistema elettronika għandha tkun disponibbli liċenzja b’bażi tal-karta.

Appendiċijiet

1.   

Format tal-Liċenzja

2.   

Noti għal Gwida.

Appendiċi 1

FORMAT TAL-LIĊENZJA

Image 3

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

NOTI GĦAL GWIDA

Ġenerali:

B’ittri kapitali.

Il-kodiċijiet ISO, fejn indikati, jirriferu għall-kodiċi standard internazzjonali ta’ żewġ ittri għal kull pajjiż.

Il-Kaxxa 2 hija għall-użu tal-awtoritajiet Indoneżjani biss

L-intestaturi A u B huma għall-użu tal-Liċenzjar FLEGT għall-UE biss

Intestatura A

Destinazzjoni

Daħħal 'Unjoni Ewropea' jekk il-liċenzja tkopri trasportazzjoni destinata għall-Unjoni Ewropea.

Intestatura B

Liċenzja FLEGT

Daħħal 'FLEGT' jekk il-liċenzja tkopri trasportazzjoni destinata għall-Unjoni Ewropea.


Kaxxa 1

Awtorità emittenti

Indika l-isem, l-indirizz, u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-Awtorità tal-Liċenzji.

Kaxxa 2

Informazzjoni għall-użu mill-Indoneżja

Indika l-isem u l-indirizz tal-importatur, il-valur totali (f’USD) tat-trasportazzjoni, kif ukoll l-isem u l-kodiċi ISO b’żewġ ittri tal-pajjiż tad-destinazzjoni u fejn applikabbli tal-pajjiż ta’ transitu.

Kaxxa 3

V-Legali/numru tal-liċenzja

Indika n-numru tal-ħruġ.

Kaxxa 4

Data ta’ skadenza

Perjodu ta’ validità tal-liċenzja.

Kaxxa 5

Pajjiż tal-esportazzjoni

Dan jirriferi għall-pajjiż sieħeb minn fejn il-prodotti tal-injam kienu esportati għall-UE.

Kaxxa 6

Kodiċi ISO

Indika l-kodiċi ISO b’żewġ ittri għall-pajjiż sieħeb imsemmi fil-Kaxxa 5.

Kaxxa 7

Mezzi ta’ trasport

Indika l-mezzi tat-trasport fil-punt ta’ esportazzjoni.

Kaxxa 8

Persuna li tingħatalha l-liċenzja

Indika l-isem u l-indirizz tal-esportatur, inklużi n-numri tal-ETPIK tal-esportatur reġistrat u tal-kontribwent.

Kaxxa 9

Deskrizzjoni Kummerċjali

Indika d-deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott(i) tal-injam. Id-deskrizzjoni għandha tkun dettaljata b’mod suffiċjenti biex tippermetti l-klassifikazzjoni fis-SA.

Kaxxa 10

Kodiċi SA

Għall-"Oriġinali", "Kopja għad-Dwana tad-Destinazzjoni" u "Kopja għall-Importatur" jindikaw il-kodiċi ta’ komoditajiet b’erba’ numri jew b’sitt numri stabbilita skont is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni. Għal kopji għal użu fl-Indoneżja (kopji (iv) sa (vii) kif stabbilit fl-Artikolu 3.1 tal-Anness IV), indika l-kodiċi ta’ komoditajiet b’għaxar numri skont il-Ktieb ta’ Tariffi Doganali tal-Indoneżja.

Kaxxa 11

Ismijiet komuni u xjentifiċi

Indika l-ismijiet komuni u xjentifiċi tal-ispeċijiet ta’ injam użat fil-prodott. Meta tkun inkluża aktar minn speċi waħda fi prodott kompost, uża linja separata. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 12

Pajjiżi tal-ħasda

Indika l-pajjiżi fejn l-ispeċijiet ta’ injam imsemmija fil-Kaxxa 10 jkunu nħasdu. Meta prodott ikun kompost inkludi s-sorsi kollha ta’ injam użat. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih ħafna speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 13

Kodiċijiet ISO

Indika l-kodiċi ISO tal-pajjiżi msemmija fil-Kaxxa 12. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih ħafna speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 14

Volum (m3)

Indika l-volum globali f’m3. Tista’ titħalla barra jekk l-informazzjoni msemmija fil-Kaxxa 15 tkun tħalliet barra.

Kaxxa 15

Piż nett (kg)

Indika l-piż globali tat-trasportazzjoni fil-waqt meta jittieħed il-qies f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa netta tal-prodotti tal-injam mingħajr kontenituri immedjati jew kull imballaġġ, minbarra rfigħ, spazjar u stikers, eċċ.

Kaxxa 16

Għadd ta’ unitajiet

Indika l-għadd ta’ unitajiet, meta prodott manifatturat ikun ikkwantifikat l-aħjar b’dan il-mod. Tista’ titħalla barra.

Kaxxa 17

Marki distintivi

Daħħal barcode u kull marka distintiva fejn ikun jixraq, p.eż. numru ta’ lott, numru ta’ polza ta’ kargu. Tista’ titħalla barra.

Kaxxa 18

Firma u boll tal-awtorità emittenti

Il-kaxxa għandha tkun iffirmata mill-uffiċjal awtorizzat u stampata bill-boll uffiċjali tal-Awtorità tal-Liċenzji. Għandhon ikunu indikati wkoll l-ismijiet tal-firmatarji, kif ukoll il-post u d-data.


ANNESS V

SISTEMA TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ TA’ INJAM INDONEŻJAN

1.   DAĦLA

Objettiv: Biex tingħata assigurazzjoni li ħsad, trasport, ipproċessar u bejgħ ta’ zkuk tondi u ta’ prodotti pproċessati tal-injam ikunu konformi mal-liġijiet u l-leġiżlazzjoni kollha Indoneżjani.

Magħrufa għall-irwol tagħha ta’ pijuniera fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ f’injam maqtugħ illegalment u prodotti tal-injam, l-Indoneżja laqgħet il-Konferenza Ministerjali tal-Asja tal-Lvant dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u Governanza (FLEG) f’Bali, f’Settembru 2001, li rriżultat fid-Dikjarazzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u Governanza’ (Id-Dikjarazzjoni ta’ Bali). Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Indoneżja kompliet tkun minn ta’ quddiem nett fil-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u kummerċ assoċjat.

Bħala parti mill-isforzi internazzjonali biex ikunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, għadd dejjem jikber ta’ pajjiżi konsumaturi impenjaw lilhom infushom li jieħdu miżuri biex ma jħallux ikun hemm kummerċ f’injam maqtugħ illegalment fis-swieq tagħhom, filwaqt li pajjiżi produtturi impenjaw lilhom infushom li jipprovdu mekkaniżmu li jassigura l-legalità tal-prodotti tagħhom tal-injam. Huwa importanti li titwaqqaf sistema kredibbli biex tiggarantixxi l-legalità ta’ ħsad, trasport, ipproċessar u kummerċ ta’ prodotti tal-injam minn injam ipproċessat.

Is-Sistema Indoneżjana ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) tipprovdi assigurazzjoni li injam u prodotti tal-injam maħdumin u pproċessati fl-Indoneżja jiġu minn sors legali u jkunu f’konformità sħiħa mal-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani rilevanti, kif ivverifikat minn awditjar indipendenti u b’monitoraġġ mis-soċjetà ċivili.

1.1.   Liġijiet u regolamenti Indoneżjani bħala l-bażi tat-TLAS

Ir-Regolament Indoneżjan dwar ‘L-Istandards u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti u l-Verifika tal-Legalità tal-Injam fil-Foresti Proprjetà tal-Istat u tal-Privat’ (Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P.38/Menhut-II/2009) jistabbilixxu t-TLAS, kif ukoll l-iskema ta’ sostenibbiltà (SFM), biex itejbu l-governanza tal-foresti; irażżnu l-qtugħ illegali ta’ siġar u l-kummerċ assoċjat fl-injam u jiżguraw il-kredibbiltà u jtejbu d-dehra ta’ prodotti tal-injam tal-Indoneżja.

It-TLAS huwa magħmul mill-elementi li ġejjin:

1.

Standards ta’ legalità,

2.

Kontroll tal-Katina ta’ Provvista,

3.

Proċeduri ta’ Verifika,

4.

Skema ta’ liċenzjar

5.

Monitoraġġ.

It-TLAS hija s-sistema bażika użata biex tkun ivvalutata l-legalità tal-injam u ta’ prodotti tal-injam maħdumin fl-Indoneżja għall-esportazzjoni lill-Unjoni u lil swieq oħra.

1.2.   L-Iżvilupp tat-TLAS: proċess minn ħafna partijiet interessati

Sa mill-2003, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati Indoneżjani fil-forestrija kienu okkupati b’mod attiv biex jiżviluppaw, jimplimentaw u jevalwaw it-TLAS, biex b’hekk jipprovdu superviżjoni, trasparenza u kredibbiltà aħjar fil-proċess. Fl-2009, il-proċess minn ħafna partijiet interessati rriżulta fil-ħruġ ta’ Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P.38/Menhut-II/2009, segwit minn Linji Gwida Tekniċi għal Użu tad-DĠ għall-Foresti Nru 6/VI-SET/2009 u Nru 02/VI-BPPHH/2010.

2.   IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAT-TLAS

Riżorsi forestali Indoneżjani jistgħu b’mod ġenerali jinqasmu f’żewġ tipi ta’ proprjetà: foresti tal-Istat u foresti/artijiet ta’ sidien privati. Foresti tal-Istat huma magħmulin minn foresti ta’ produzzjoni għall-produzzjoni tal-injam fit-tul b’mod sostenibbli skont varjetà ta’ tipi ta’ permessi u żoni ta’ foresti li jistgħu jinbidlu għal finijiet mhux ta’ forestrija bħal pereżempju għal kolonizzazzjoni jew għal pjantaġġuni. L-applikazzjoni tat-TLAS għal foresti tal-Istat u għal dawk ta’ sidien privati hija stabbilita fl-Anness II.

It-TLAS tkopri injam u prodotti tal-injam mit-tipi kollha ta’ permessi, kif ukoll l-operazzjonijiet tan-negozjanti kollha tal-injam, ta’ proċessuri u esportaturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni.

It-TLAS tesiġi li injam u prodotti tal-injam importati jkunu approvati mid-dwana u li jkunu konformi mar-regolamenti tal-importazzjoni tal-Indoneżja. Injam u prodotti tal-injam importati għandhom ikunu akkumpanjati b’dokumenti li jipprovdu assigurazzjoni tal-legalità tal-injam fil-pajjiż tiegħu tal-ħasda. Injam u prodotti tal-injam importati jkollhom jidħlu f’katina ta’ provvista kkontrollata li tkun konformi mar-regoli u r-regolamenti Indoneżjani. L-Indoneżja tipprovdi gwida dwar kif dan ta’ hawn fuq ikun implimentat.

Ċerti prodotti tal-injam jista’ jkun fihom materjali riċiklati. L-Indoneżja tipprovdi gwida dwar kif l-użu ta’ materjali riċiklati jkun ittrattat skont it-TLAS.

Injam sekwestrat ma jkunx inkluż fit-TLAS u, għalhekk, ma jistax ikun kopert b’liċenzja FLEGT.

It-TLAS tkopri prodotti tal-injam destinati għal swieq domestiċi u internazzjonali. Il-produtturi, proċessuri u negozjanti (operaturi) Indoneżjani kollha jkunu vverifikati għal-legalità, inklużi dawk li jipprovdu għas-suq domestiku.

2.1.   Standards ta’ legalità tat-TLAS

It-TLAS għandha ħames standards ta’ legalità dwar l-injam. Dawn l-istandards u l-linji gwida ta’ verifika tagħhom huma stabbiliti fl-Anness II.

It-TLAS tinkorpora wkoll ‘L-Istandard u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti (SFM)’. Il-valutazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti bl-użu tal-istandard SFM tivverifika wkoll li l-oġġett tal-awditjar ikun konformi mal-kriterji ta’ legalità rilevanti. Organizzazzjonijiet li joperaw f’żoni ta’ foresti ta’ produzzjoni fuq artijiet proprjetà tal-Istat (dominju ta’ foresti permanenti) iħarsu kemm il-legalità rilevanti kif ukoll l-istandards SFM.

3.   KONTROLL TAL-KATINA TA’ PROVVISTA TA’ INJAM

Id-detentur ta’ permess (fil-każ ta’ konċessjonijiet) jew is-sid ta’ art (fil-każ ta’ art privata) jew il-kumpanija (fil-każ ta’ negozjanti, proċessuri u esportaturi) għandhom juru li kull nodu tal-katina ta’ provvista tagħhom ikun ikkontrollat u ddokumentat kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija P.55/Menhut-II/2006 u P.30/Menhut-II/2012 (minn hawn ‘il quddiem imsejħin ir-Regolamenti). Dawn ir-Regolamenti jesiġu li uffiċjali distrettwali u provinċjali tal-forestrija jagħmlu verifika fuq il-post u jivvalidaw id-dokumenti li jintbagħtu minn detenturi ta’ permess, sidien ta’ artijiet jew proċessuri f’kull nodu tal-katina ta’ provvista.

Il-kontrolli operazzjonali f’kull punt fil-katina ta’ provvista huma miġburin fil-qosor fid-Dijagramma 1; il-gwida għal importazzjonijiet qed tkun żviluppata.

Il-konsenji kollha fil-katina ta’ kontroll għandhom ikunu akkumpanjati b’dokumenti rilevanti ta’ trasport. Kumpaniji għandhom japplikaw sistemi adatti biex jissegregaw injam u prodotti tal-injam minn sorsi verifikati minn injam u prodotti tal-injam minn sorsi oħra, u jżommu reġistrazzjonijiet li jiddistingwu bejn dawn iż-żewġ sorsi. Kumpaniji f’kull punt fil-katina ta’ provvista jeħtiġilhom jirreġistraw jekk iz-zkuk involuti, il-prodotti jew il-konsenja ta’ injam ikunux ivverifikati skont it-TLAS.

Operaturi fil-katina ta’ provvista jeħtiġilhom iżommu reġistrazzjonijiet ta’ injam u prodotti tal-injam li jkunu rċevew, ħażnu, ipproċessaw u kkonsenjaw, biex wara tkun tista’ ssir rikonċiljazzjoni ta’ dejta kwantitattiva bejn u f’nodi tal-katina ta’ provvista. Dejta bħal din għandha tkun disponibbli għal uffiċjali provinċjali u distrettwali tal-forestrija biex iwettqu testijiet ta’ rikonċiljazzjoni. Attivitajiet u proċeduri ewlenin, inkluża rikonċiljazzjoni, għal kull stadju fil-katina ta’ provvista huma spjegati aktar fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness.

Image 4

Servej forestali

Pjan annwali ta' ħidma

Sit ta' qtugħ

Elenkar ta' zkuk

Rapport tal-ħsad ta' zkuk

Ħatt taz-zkuk

Ħlas ta' imposti

Elenkar ta' zkuk

Dokumenti ta' trasport

Rapport tal-bilanċ ta' zkuk

Depost taz-zkuk

Dokumenti ta' t rasport

Rapport tal-bilanċ ta' zkuk

Depost taz-zkuk inter medju

Foresti Statali

Foresti privati

Post ta' qtugħ

Titolu ta l-art

Ħsad ta' zkuk

Elenkar ta' zkuk

Dokumenti ta' t rasport

Rapport tal-bilanċ ta' zkuk

Karta tat-talja

Rapport tal-bilanċ tal-prodotti proċessati

Dokumenti ta' trasport

Proċessar primarju

Ċertifikat talesportatur reġistrat biex jikkummerċjalizza prodotti talindustrija forestali

Rapport tal-bilanċ ta' materja prima

Karta tat-talja

Rapport tal-bilanċ tal-prodotti proċessati

Dokumenti ta' t rasport

Proċessar sekondarju

Ċertifikat tale sportatur reġistrat biex jikkummerċjalizza prodotti tal-industrija fo restali

Dikjarazzjoni ta' esportaz zjoni

Rilaxx mid-dwana

Punt ta' esporta zzjoni

Dijagramma 1: Kontroll tal-katina ta’ provvista li turi d-dokumenti ewlenin meħtieġa f’kull punt fil-katina ta’ provvista.

4.   L-ISTRUTTURA ISTITUZZJONALI GĦALL-VERIFIKA TAL-LEGALITÀ U LIĊENZJAR GĦALL-ESPORTAZZJONI

4.1.   Daħla

It-TLAS Indoneżjana hija bbażata fuq approċċ magħruf bħala 'liċenzjar abbażi ta’ operatur' li għandu ħafna komuni ma’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ġestjoni ta’ prodotti jew ta’ foresti. Il-Ministeru għall-Foresterija Indoneżjan jaħtar għadd ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) li jawtorizzahom jagħmlu awditjar tal-legalità ta’ operazzjonijiet ta’ produtturi, negozjanti, proċessuri u esportaturi ('operaturi') tal-injam.

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (KVK) huma akkreditati mill-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni Indoneżjan (KAN). KVKs iqabbduhom b’kuntratt operaturi li jkunu jridu li l-operazzjonijiet tagħhom ikunu ċċertifikati bħala legali u jkun jeħtiġilhom joperaw skont linji gwida ISO rilevanti. Jirrapportaw ir-riżultat lil persuna awditjata u lill-Ministeru għall-Forestrija.

Il-KVKs jiżguraw li l-persuni awditjati joperaw b’konformità mad-definizzjoni Indoneżjana tal-legalità li hemm fl-Anness II, inklużi kontrolli biex ma jitħalliex jidħol materjal minn sorsi mhux magħrufa fil-katini ta’ provvista tagħhom. Meta l-persuna awditjata tinstab li tkun konformi, jinħareġ ċertifikat ta’ legalità b‘validità ta’ tliet (3) snin.

LVs jaġixxu wkoll bħala awtoritajiet ta’ liċenzjar ta’ esportazzjonijiet u jeżaminaw sistemi ta’ kontroll ta’ katini ta’ provvista ta’ esportaturi verifikati. Jekk ikunu konformi, huma joħorġu liċenzji ta’ esportazzjoni fl-għamla ta’ Dokumenti V-Legali. B’hekk esportazzjonijiet mingħajr permess ta’ esportazzjoni jkunu pprojbiti.

L-Indoneżja ħarġet regolament li jippermetti lil gruppi tas-soċjetà ċivili jagħmlu oġġezzjonijiet dwar il-verifika tal-legalità ta’ operatur minn KVK jew fil-każ ta’ attivitajiet illegali li jinkixfu matul operazzjonijiet. F’każ ta’ lmenti dwar l-operazzjonijiet ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, gruppi tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jippreżentaw lmenti lill-KAN.

Ir-relazzjoni bejn entitajiet differenti li jkollhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni tat-TLAS hija illustrata fid-Dijagramma 2:

Image 5

Il-Gvern (Ministeru tal-Foresti) bħala korp regulatorju

Korp ta' akkreditazzjoni (KAN)

ilmenti

Monitoraġġ indipendenti (CSO)

Ċertifikat ta' Akkreditazzjoni:

akkreditazzjoni

Korp ta' valutazzjoni tal-konformità / Awtorità tal-liċenzji

ilmenti

Legalità tal-injam jew ċertifikat SFM

awditjar

appell

Document V-Legali jew liċenzja FLEGT

Persuna awditjata

4.2.   Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jaqdu rwol fis-sistema Indoneżjana. Jitqabbdu b’kuntratt biex jivverifikaw il-legalità tal-attivitajiet ta’ produzzjoni, ipproċessar u kummerċ ta’ kumpaniji individwali fil-katina ta’ provvista, inkluża l-integrità tal-katina ta’ provvista. LVs joħorġu wkoll Dokumenti V-Legali għal trasportazzjonijiet individwali ta’ esportazzjoniet ta’ injam.

Hemm żewġ tipi ta’ KVKs: (i) korpi ta’ valutazzjoni (Lembaga Penilai/LP) li jawditjaw il-prestazzjoni ta’ Unitajiet ta’ Ġestjoni ta’ Foresti (FMUs) mal-istandard ta’ sostenibbiltà; u (ii) korpi ta’ verifika (Lembaga Verifikasi/LV), li jawditjaw FMUs u industriji bbażati fuq il-foresti mal-istandards ta’ legalità.

Biex ikun żgurat li dak l-awditjar li jivverifika l-istandards ta’ legalità kif stabbiliti fl-Anness II ikun tal-ogħla kwalità, LPs u LVs jeħtiġilhom jiżviluppaw is-sistemi ta’ ġestjoni meħtieġa li jindirizzaw il-kompetenza, il-konsistenza, l-imparzjalità, it-trasparenza, u rekwiżiti ta’ proċess ta’ valutazzjoni kif deskritt fil-qosor f’ISO/IEC 17021 (Standard SFM għal LPs) u/jew fil-Gwida 65 ISO/IEC (Standards ta’ legalità għal LVs). Dawn ir-rekwiżiti huma speċifikati fil-Linji gwida tat-TLAS.

LVs jistgħu jaġixxu wkoll bħala Awtoritajiet tal-Liċenzji. F’dan il-każ l-LVs joħorġu liċenzji ta’ esportazzjoni biex ikopru prodotti tal-injam destinati għal swieq internazzjonali. Għal swieq mhux tal-Unjoni, l-Awtoritajiet tal-Liċenzji joħorġu Dokumenti V-Legali, u dwar dak li għandu x’jaqsam mas-suq tal-Unjoni, jinħarġu liċenzji FLEGT skont ir-rekwiżiti li l-profil tagħhom jidher fl-Anness IV. L-Indoneżja qed tiżviluppa proċeduri dettaljati għad-Dokument V-Legali u għal-liċenzjar FLEGT ta’ konsenji għall-esportazzjoni.

L-LVs jitqabbdu b’kuntratt mill-persuna awditjata biex jagħmlu awditjar tal-legalità u joħorġu ċertifikati ta’ legalità tat-TLAS u dokument V-Legali jew Liċenzji FLEGT għall-esportazzjonijiet lil swieq internazzjonali. LPs jawditjaw konċessjonijiet li jipproċessaw l-injam mal-Istandard SFM. LPs ma joħorġux liċenzji ta’ esportazzjoni.

4.3.   Korp ta’ akkreditazzjoni

Il-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni Indoneżjan (Komite Akreditasi Nasional - KAN) huwa responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ KVKs. F’każ ta’ problema ma’ LP jew LV, lmenti jistgħu jintbagħtu lill-KAN.

Fl-14 ta’ Lulju 2009, il-KAN iffirma Memorandum ta’ Qbil mal-Ministeru għall-Forestrija biex jipprovdi servizzi ta’ akkreditazzjoni għat-TLAS. Il-KAN huwa korp ta’ akkreditazzjoni indipendenti mwaqqaf bir-Regolament tal-Gvern (Peraturan Pemerintah/PP) 102/2000 dwar Standardizzazzjoni Nazzjonali u bid-Digriet Presidenzjali (Keputusan Presiden/Keppres) 78/2001 dwar il-Kumitat Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni.

Il-KAN jopera skont il-gwida ta’ ISO/IEC 17011 (Rekwiżiti Ġenerali għal Korpi ta’ Akkreditazzjoni li Jakkreditaw Korpi ta’ Valutazzjoni tal-konformità). Żviluppa dokumenti ta’ prova interni speċifiċi għat-TLAS għall-akkreditazzjoni ta’ LPs (DPLS 13) u għal LVs (DPLS 14). Barra minn dn, il-KAN ser jiżviluppa rekwiżiti u gwida għall-akkreditazzjoni ta’ LVs għal liċenzjar ta’ esportazzjoni.

Il-KAN huwa rikonoxxut internazzjonalment mill-Kooperazzjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Paċifiku (PAC) u mill-Forum Internazzjonali ta’ Akkreditazzjoni (IAF) biex jakkredita korpi ta’ akkreditazzjoni għal Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Kwalita, Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali u Ċertifikazzjoni ta’ Prodotti. Il-KAN huwa rikonoxxut ukoll mill-Kooperazzjoni tal-Asja/Paċifiku ta’ Akkreditazzjoni ta’ Laboratorji (APLAC) u mill-Kooperazzjoni Internazzjonali ta’ Akkreditazzjoni ta’ Laboratorji (ILAC).

4.4.   Persuni awditjati

Persuni awditjati huma operaturi li huma soġġetti għal verifika tal-legalità. Jinkludu Unitajiet ta’ Ġestjoni ta’ Foresti (konċessjonarji jew detenturi ta’ permess għall-użu ta’ injam, detenturi ta’ permess għal foresti b’bażi komunitarja, sidien privati ta’ foresti/artijiet) u industriji bbażati fuq il-forestrija. L-unitajiet ta’ ġestjoni ta’ foresti u industriji bbażati fuq il-foresti għandhom ikunu konformi mal-istandard applikabbli tat-TLAS. Għal finijiet ta’ esportazzjoni, l-industriji bbażati fuq il-foresti għandhom ikunu konformi ma’ rekwiżiti ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni. Is-sistema tippermetti persuni awditjati jissottomettu appelli lil-LP jew lil-LV dwar it-tmexxija jew ir-riżultati ta’ awditjar.

4.5.   Moniter indipendenti

Is-soċjetà ċivili taqdi rwol ewlieni fil-Monitoraġġ Indipendenti (MI) tat-TLAS. Is-sejbiet tal-Moniter Indipendenti jistgħu jintużaw ukoll bħala parti mill-Evalwazzjoni Perjodika (EP) li hija meħtieġa skont dan il-Ftehim.

Jekk ikun hemm irregolarità relatata ma’ valutazzjoni, lmenti mis-soċjetà ċivili għandhom ikunu sottomessi direttament lil-LP jew lil-LV konċernat. Jekk ma tingħata ebda tweġiba xierqa għall-ilmenti, entitajiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jippreżentaw rapport lill-KAN. Għal irregolaritajiet relatati ma’ akkreditazzjoni, lmenti għandhom ikunu sottomessi direttament lill-KAN. Kull meta entitajiet tas-soċjetà ċivili jiskopru għemejjel ħżiena minn operaturi, huma jkunu jistgħu jippreżentaw ilmenti lil-LP jew lil-LV rilevanti.

4.6.   Il-Gvern

Il-Ministeru għall-Forestrija jirregola t-TLAS u jawtorizza lil-LPs akkreditati biex jagħmlu valutazzjoni SFM u lil-LVs akkreditati biex jagħmlu verifika tal-legalità u joħorġu Dokumenti V-Legali.

Barra dan, il-Ministeru għall-Forestrija jirregola wkoll l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji (UIL) bħala unità responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni li tirċievi u taħżen dejta u informazzjoni rilevanti dwar il-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u li twieġeb mistoqsijiet ta’ awtoritajiet kompetenti jew ta’ partijiet interessati.

5.   VERIFIKA TAL-LEGALITÀ

5.1.   Daħla

Injam Indoneżjan jitqies legali meta l-oriġini u l-proċess ta’ produzzjoni tiegħu, kif ukoll ipproċessar sussegwenti, trasport u attivitajiet ta’ kummerċ ikunu vverifikati bħala li jħarsu l-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani kollha applikabbli, kif stabbilit fl-Anness II. LVs jagħmlu valutazzjonijiet ta’ konformità biex jivverifikaw il-konformità.

5.2.   Proċess ta’ verifika tal-legalità

Skont il-Gwida 65 ISO/IEC u l-Linji gwida tat-TLAS, il-proċess ta’ verifika tal-legalità jikkonsisti minn dan li ġej:

Applikazzjoni u kuntratt: Id-detentur ta’ permess jissottometti lil-LV applikazzjoni li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ verifika, profil ta’ detentur ta’ permess u informazzjoni oħra meħtieġa. Ikun meħtieġ kuntratt bejn id-detentur ta’ permess u l-LV, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal verifika, qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta’ verifika.

Pjan ta’ verifika: Wara l-iffirmar tal-kuntratt ta’ verifika, l-LV iħejji pjan ta’ verifika, li jkun jinkludi l-ħatra tat-tim tal-awditjar, programm ta’ verifika u skeda ta’ attivitajiet. Il-pjan ikun ikkomunikat lill-persuna li jkun ser isirilha awditjar u d-dati ta’ attivitajiet ta’ verifika miftehma. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli minn qabel għall-moniters indipendenti permezz tal-websajts ta’ LVs u għall-Ministeru għall-Forestrija jew għall-mezzi tal-massa.

Attivitajiet ta’ verifika: L-awditjar tal-verifika huwa magħmul minn tliet stadji: (i) ftuħ tal-laqgħa tal-awditjar, (ii) verifika ta’ dokumenti u osservazzjoni fuq il-post (iii) għeluq tal-laqgħa tal-awditjar.

Ftuħ tal-laqgħa tal-awditjar: l-objettiv, il-kamp ta’ applikazzjoni, l-iskeda u l-metodoloġija tal-awditjar ikunu diskussi mal-persuna awditjata, biex il-persuna awditjata tagħmel mistoqsijiet dwar metodi u tmexxija ta’ attivitajiet ta’ verifika;

Stadju ta’ verifika ta’ dokumenti u osservazzjonijiet fuq il-post: biex tinġabar evidenza dwar il-konformità tal-persuna awditjata mar-rekwiżiti tat-TLAS Indoneżjana, biex l-LV jeżamina s-sistemi u l-proċeduri tal-persuna awditjata, dokumenti u reġistrazzjonijiet rilevanti. L-LV jagħmel verifiki fuq il-post biex jivverifika l-konformità, inkluża l-kontroverifika tas-sejbiet minn rapporti ta’ spezzjonijiet uffiċjali. L-LV jeżamina wkoll is-sistema taż-żamma tat-traċċi tal-injam tal-persuna awditjata biex jiżgura li, b’evidenza adegwata, l-injam kollu jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-legalità.

Għeluq tal-laqgħa tal-awditjar: ir-riżultati tal-verifika, b’mod partikolari kull nuqqas ta’ konformità li seta’ nstab, ikunu ppreżentati lill-persuna awditjata. Il-persuna awditjata tista’ tagħmel mistoqsijiet dwar ir-riżultati tal-verifika u tipprovdi kjarifika dwar l-evidenza ppreżentata mil-LV.

Rapportar u teħid ta’ deċiżjonijiet: It-tim tal-awditjar jagħmel rapport ta’ verifika, billi jsegwi struttura mogħtija mill-Ministeru għall-Forestrija. Ir-rapport jinqasam mal-persuna awditjata fi żmien erbatax-il jum kalendarju wara l-għeluq tal-laqgħa tal-awditjar. Kopja tar-rapport, li tkun tinkludi deskrizzjoni ta’ kulma jkun instab dwar nuqqasijiet ta’ konformità, tintbagħat lill-Ministeru għall-Forestrija.

Ir-rapport jintuża primarjament għal deċiżjoni dwar ir-riżultat tal-verifika tal-awditjar mil-LV. L-LV jieħu d-deċiżjoni dwar jekk joħroġx ċertifikat ta’ legalità abbażi tar-rapport tal-verifika mħejji mit-tim tal-awditjar.

F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-LV iżomm milli joħroġ ċertifikat ta’ legalità, ħaġa li ma tħallix li l-injam jidħol fil-katina ta’ provvista ta’ injam ivverifikat bħala maqtugħ legalment. Meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ġie indirizzat, l-operatur ikun jista’ jissottometti talba għal verifika tal-legalità.

Ksur li jkun instab mil-LV matul il-verifika u rrapportat lill-Ministeru għall-Forestrija, għandu jkun ittrattat mill-awtoritajiet responsabbli skont proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji. Jekk operatur ikun issuspettat li kiser regolamenti, l-awtoritajiet nazzjonali, provinċjali u distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jwaqqfu l-attivitajiet tal-operatur.

Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ legalità u ċertifikazzjoni mill-ġdid: l-LV joħroġ ċertifikat ta’ legalità jekk il-persuna awditjata tinstab li tkun konformi mal-indikaturi kollha fl-istandard ta’ legalità, inklużi r-regoli dwar kontroll tal-katina ta’ provvista ta’ injam.

L-LV jista’ jirrapporta f’kull żmien lill-Ministeru għall-Forestrija dwar ċertifikati maħruġin, mibdulin, sospiżi u rtirati, u kull tliet xhur għandu joħroġ rapport. Il-Ministeru għall-Forestrija mbagħad jippubblika dawn ir-rapporti fil-websajt tiegħu.

Ċertifikat ta’ legalità jkun validu għal perjodu ta’ tliet snin, li warajhom l-operatur ikun soġġett għal awditjar għal ċertifikazzjoni mill-ġdid. Iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid għandha ssir qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat.

Sorveljanza: Operaturi b’ċertifikat ta’ legalità jkunu soġġetti għal sorveljanza annwali li ssegwi l-prinċipji tal-attivitajiet ta’ verifika miġburin fil-qosor hawn fuq. L-LV jista’ wkoll iwettaq sorveljanza aktar kmieni milli jkun skedat qabel l-awditjar annwali jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika jkun ġie estiż.

It-tim ta’ sorveljanza jagħmel rapport ta’ sorveljanza. Kopja tar-rapport, inkluża deskrizzjoni ta’ kull nuqqas ta’ konformità misjub, tintbagħat lill-Ministeru għall-Forestrija. Nuqqasijiet ta’ konformità li jkunu nkixfu mis-sorveljanza jġibu magħhom is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ legalità.

Ksur skopert mil-LV matul is-sorveljanza u rrapportat lill-Ministeru għall-Forestrija għandu jkun ittrattat mill-awtoritajiet rilevanti, skont proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji.

Awditjar speċjali: Operaturi b’ċertifikat ta’ legalità jkunu obbligati jirrapportaw lil-LV kull bidla sinifikanti fi proprjetà, strutturi, ġestjoni u operazzjonijiet li jolqtu l-kwalità tal-kontrolli tal-legalità tiegħu li jieħdu fit-tul matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat. L-LV jista’ jagħmel awditjar speċjali biex jinvestiga kull ilment jew disputa ippreżentati mill-moniters indipendenti, minn istituzzjonijiet tal-gvern jew minn partijiet interessati oħra meta jirċievi r-rapport tal-operatur dwar bidliet li jolqtu l-kwalità tal-kontrolli tal-legalità tiegħu.

5.3.   Responsabbiltà tal-gvern għall-infurzar

Il-Ministeru għall-Forestrija, kif ukoll uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali huwa responsabbli għall-kontroll ta’ katini ta’ provvista ta’ injam u biex jivverifikaw dokumenti relatati (p.eż. pjani annwali ta’ xogħlijiet, rapporti dwar qtugħ ta’ siġar, rapporti dwar karti tal-bilanċ ta’ zkuk, dokumenti ta’ trasport, rapporti dwar karti tal-bilanċ ta’ zkuk/materja prima/prodotti pproċessati u karti tat-talja tal-produzzjoni). Jekk ikun hemm inkonsistenzi, uffiċjali forestali jistgħu jżommu milli jagħtu approvazzjoni tad-dokumenti ta’ kontroll li jġib miegħu sospensjoni ta’ operazzjonijiet.

Ksur skopert minn uffiċjali forestali jew minn moniters indipendenti jkun ikkomunikat lil-LV, li malli jkun ivverifikat jista’ jwassal lil-LV biex jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat ta’ legalità mogħti. Uffiċjali forestali jistgħu jieħdu azzjoni xierqa ta’ segwitu skont il-proċeduri regolatorji.

Il-Ministeru għall-Forestrija jirċievi wkoll kopji tar-rapporti ta’ verifika u ta’ sorveljanza sussegwenti u rapporti dwar awditjar speċjali maħruġin mil-LVs. Ksur skopert mil-LVs, minn uffiċjali forestali jew minn moniters indipendenti jkun ittrattat skont proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji. Jekk operatur ikun issuspettat li kiser regolamenti, l-awtoritajiet nazzjonali, provinċjali u distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jissospendu jew iwaqqfu l-attivitajiet tal-operatur.

6.   LIĊENZJAR FLEGT

Il-liċenzja FLEGT Indoneżjana hija magħrufa bħala “Id-Dokument V-Legali”. Din hija liċenzja ta’ esportazzjoni li tipprovdi evidenza li l-prodotti tal-injam esportati jħarsu l-istandard ta’ legalità Indoneżjan kif stabbilit fl-Anness II u li s-sors tagħhom ikun ġej minn katina ta’ provvista b’kontrolli adegwati kontra l-fluss ta’ dħul ta’ injam minn sorsi mhux magħrufin. Id-Dokument V-Legali jinħareġ mil-LVs li jaġixxu bħala Awtoritajiet tal-Liċenzji u jintuża bħala liċenzja FLEGT għal trasportazzjonijiet lill-Unjoni meta l-partijiet ikunu qablu li jibdew l-iskema ta’ liċenzji FLEGT.

L-Indoneżja ser tiddefinixxi b’mod ċar il-proċeduri għall-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u ser tikkomunika dawn il-proċeduri lill-esportaturi u lil kull parti oħra konċernata permezz tal-awtoritajiet tal-liċenzji (l-LVs) tagħha u tal-websajt tal-Ministeru għall-Forestrija.

Il-Ministeru għall-Forestrija stabbilixxa Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji biex iżomm database b’kopji tad-Dokumenti V-Legali kollha u rapporti ta’ LVs dwar nuqqas ta’ konformità. Fil-każ li jkun hemm inkjesta dwar l-awtentiċità, il-kompletezza u l-validità tad-Dokument V-Legali jew tal-liċenzja FLEGT, l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni jikkuntattjaw lill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji fil-Ministeru għall-Forestrija għal kjarifika ulterjuri. Din l-unità tikkomunika mal-LV rilevanti. L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji twieġeb lill-awtoritajiet kompetenti meta tirċievi l-informazzjoni mil-LV.

Id-Dokument V-Legali jinħareġ fil-punt li fih il-konsenja għall-esportazzjoni tkun stabbilita qabel it-trasport sal-punt ta’ esportazzjoni. Il-proċedura hija kif ġej:

6.1.

Id-Dokument V-Legali jinħareġ mil-LV, li jkollu kuntratt mal-esportatur, għall-konsenja ta’ prodotti tal-injam li jkollhom ikunu esportati.

6.2.

Is-sistema taż-żamma tat-traċċi interna tal-esportatur għandha tipprovdi evidenza dwar il-legalità tal-injam għal liċenzja ta’ esportazzjoni. Din is-sistema għandha mill-anqas tkopri l-kontrolli kollha relatati mal-katina ta’ provvista mill-istadju fejn il-materja prima (bħal zkuk jew prodotti nofshom ipproċessati) ikunu ntbagħtu fil-mitħan tal-ipproċessar, fis-sit stess tal-mitħan u mill-mitħan għall-punt ta’ esportazzjoni.

6.2.1.

Fir-rigward tal-industrija primarja, is-sistema taż-żamma tat-traċċi tal-esportatur għandha mill-anqas tkopri t-trasport mill-post tal-ħatt taz-zkuk jew mid-depost taz-zkuk u mill-istadji kollha sussegwenti sal-punt ta’ esportazzjoni.

6.2.2.

Fir-rigward tal-industrija sekondarja, is-sistema taż-żamma tat-traċċi għandha mill-anqas tkopri t-trasport mill-industrija primarja u mill-istadji kollha sussegwenti sal-punt ta’ esportazzjoni.

6.2.3.

Jekk ikun ġestit mill-esportatur, kull stadju ta’ qabel tal-katina ta’ provvista kif imsemmi fi 6.2.1 u 6.2.2 għandu wkoll ikun inkluż fis-sistema taż-żamma tat-traċċi interna tal-esportatur.

6.2.4.

Jekk ikun ġestit minn entità legali milli mill-esportatur, l-LV għandu jivverifika li l-istadji ta’ qabel tal-katina ta’ provvista kif imsemmi fi 6.2.1 u 6.2.2 ikunu kkontrollati mill-fornitur(i) tal-esportatur jew minn sottofornitur(i), u li d-dokumenti tat-trasport ikunu jiddikjaraw jekk l-injam joriġinax jew ma joriġinax minn sit ta’ qtugħ li ma jkunx ġie ċċertifikat għal-legalità.

6.2.5.

Biex jinħareġ Dokument V-Legali l-fornituri kollha fil-katina ta’ provvista tal-esportatur li jagħmlu parti mill-konsenja jkun imisshom ikunu koperti b’legalità valida jew b’ċertifikat SFM u jkollhom juru li fl-istadji kollha fil-katina ta’ provvista l-provvista ta’ injam legalment ivverifikat kienet inżammet segregata mill-provvisti li ma kinux koperti b’legalità valida jew b’ċertifikat SFM.

6.3.

Biex tikseb Dokument V-Legali, kumpanija jkollha tkun esportatriċi reġistrata (detentriċi ta’ ETPIK) li jkollha fil-pussess tagħha ċertifikat ta’ legalità validu. Id-detentur ta’ ETPIK jissottometti ittra ta’ applikazzjoni lil-LV u jehmeż id-dokumenti li ġejjin biex juri li l-materja prima ta’ injam fil-prodott toriġina biss minn sorsi legali verifikati:

6.3.1.

Sommarju tad-dokumenti ta’ trasport għall-injam kollu/materja prima kollha li jkunu waslu fil-fabbrika mill-aħħar awditjar (sa massimu ta’ tnax-il xahar); u

6.3.2.

Sommarji ta’ Rapporti ta’ Karti tal-Bilanċ ta’ Injam/Materja Prima u Rapporti ta’ Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat mill-aħħar awditjar (sa massimu ta’ tnax-il xahar);

6.4.

L-LV mbagħad iwettaq l-istadji ta’ verifika li ġejjin:

6.4.1.

Rikonċiljazzjoni ta’ dejta abbażi tas-sommarji tad-dokumenti ta’ trasport, tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam/Materja Prima, u tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat;

6.4.2.

Kontroll tar-rata/i ta’ rkupru għal kull tip ta’ prodott, abbażi ta’ analiżi tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam/Materja Prima u tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat;

6.4.3.

Meta jkun meħtieġ, tista’ ssir żjara fuq il-post wara r-rikonċiljazzjoni tad-dejta biex tkun żgurata l-konsistenza mal-informazzjoni li għandha tkun speċifikata fid-Dokument V-Legali. Dan jista’ jsir permezz ta’ kampjun ta’ konsenji għall-esportazzjoni billi jkunu vverifikati u spezzjonati l-operazzjoni u ż-żamma ta’ rekords tal-fabbrika.

6.5.

Riżultat tal-verifika:

6.5.1.

Jekk detentur ta’ ETPIK ikun konformi ma’ rekwiżiti ta’ legalità u ta’ katina ta’ provvista, f’dak il-każ l-LV joħroġ Dokument V-Legali fil-format ippreżentat fl-Anness IV;

6.5.2.

Detentur ta’ ETPIK li jissodisfa r-rekwiżiti msemmijin hawn fuq jitħalla juża l-immarkar ta’ konformità fuq il-prodotti u/jew fuq l-imballaġġ. Ġew żviluppati linji gwida dwar l-użu ta’ mmarkar ta’ konformità.

6.5.3.

Jekk detentur ta’ ETPIK ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-legalità u tal-katina ta’ provvista, l-LV joħroġ rapport dwar nuqqas ta’ konformità minflok Dokument V-Legali.

6.6.

L-LV għandu:

6.6.1.

Jibgħat kopja ta’ Dokument V-Legali jew rapport dwar nuqqas ta’ konformità lill-Ministeru għall-Forestrija fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-ħin li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni;

6.6.2.

Jissottometti rapport komprensiv u rapport sommarju pubbliku li jagħtu profil tal-għadd ta’ Dokumenti V-Legali maħruġin, kif ukoll tal-għadd u t-tip ta’ nuqqasijiet misjubin lill-Ministeru għall-Forestrija darba kull tliet xhur b’kopji lill-KAN, lill-Ministeru tal-Kummerċ u lill-Ministeru tal-Industrija;

7.   MONITORAĠĠ

It-TLAS Indoneżjana tinkludi monitoraġġ mis-soċjetà ċivili (Monitoraġġ Indipendenti) u Evalwazzjoni Komprensiva (EK). Biex is-sistema ssir ukoll aktar robusta għal FLEGT-FSV, jiżdied komponent ta’ Evalwazzjoni Perjodika (EP).

MI jsir mis-soċjetà ċivili biex tkun ivvalutata l-konformità tal-operaturi, LPs u LVs mar-rekwiżiti tat-TLAS Indoneżjana, inklużi standards ta’ akkreditazzjoni u linji gwida. Is-soċjetà ċivili hija ddefinita f’dan il-kuntest bħala entitajiet legali Indoneżjani, inklużi NGOs tal-forestrija, komunitajiet li jgħixu fil-foresta u madwarha u ċittadini individwali Indoneżjani.

EK ssir minn tim ta’ ħafna partijiet interessati li jeżaminaw it-TLAS Indoneżjana u jidentifikaw differenzi u possibbilment titjib fis-sistema skont mandat mogħti lilhom mill-Ministeru għall-Forestrija.

L-objettiv ta’ EP huwa li tkun ipprovduta assigurazzjoni indipendenti li t-TLAS Indoneżjana tkun qed tiffunzjona kif deskritt, b’hekk tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-liċenzji FLEGT maħruġin. EP tagħmel użu mis-sejbiet u mir-rakkomandazzjonijiet ta’ MI u ta’ EK. Termini ta’ Referenza għal EP huma stabbiliti fl-Anness VI.

Appendiċi

KONTROLL TAL-KATINA TAL-PROVVISTA

1.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TAL-KATINA TA’ PROVVISTA GĦAL INJAM MINN FORESTI PROPRJETÀ TAL-ISTAT

1.1.   Sit ta’ qtugħ

(a)

Attivitajiet ewlenin:

Servej forestali (enumerazzjoni ta’ siġar) mid-detentur ta’ permess;

Tħejjija ta’ rapport dwar Servej Forestali mid-detentur ta’ permess;

Verifika u approvazzjoni tar-Rapport dwar Servej Forestali mill-uffiċjal forestali distrettwali;

Sottomissjoni ta’ Pjan Annwali ta’ Ħidma Propost mid-detentur ta’ permess;

Approvazzjoni tal-Pjan Annwali ta’ Ħidma mill-uffiċjal forestali provinċjali;

Operazzjonijiet ta’ ħsad mid-detentur ta’ permess, inkluż ċaqliq ta’ zkuk għas-sit tal-ħatt ta’ zkuk.

(b)

Proċeduri:

Servej Forestali (enumerazzjoni ta’ siġar) isir mid-detentur ta’ permess billi jintużaw lametti. Dawn il-lametti jkunu magħmulin minn tliet sezzjonijiet li jinqalgħu, mwaħħlin maz-zkuk li jibqgħu fl-art ta’ siġar maħsudin, ma’ zkuk maħsudin, u mar-rapport tal-operatur. Kull sezzjoni jkun fiha t-tagħrif meħtieġ għar-rintraċċar tal-injam, inkluż in-numru tas-siġra u fejn tkun tinsab;

Id-detentur ta’ permess iħejji Rapport dwar Servej Forestali, li jkun fih tagħrif dwar l-għadd, il-volum stmat, l-identifikazzjoni preliminari ta’ speċijiet u fejn ikunu jinsabu s-siġar li jkollhom jinħasdu, u sommarju, bl-użu ta’ Formoli uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

Id-detentur ta’ permess jibgħat ir-Rapport dwar Servej Forestali lill-uffiċjal forestali distrettwali. L-uffiċjal jagħmel verifika tar-Rapport dwar Servej Forestali ibbażata kemm fuq dokumenti kif ukoll fuq verifika fuq il-post abbażi ta’ kampjun. L-uffiċjal japprova r-Rapport jekk kollox ikun sewwa;

Ir-Rapport dwar Servej Forestali jipprovdi l-bażi għall-Pjan Annwali ta’ Ħidma Propost, li jitħejja mid-detentur ta’ permess u jintbagħat lill-uffiċjal forestali provinċjali għal eżami u approvazzjoni. L-uffiċjal jagħmel eżami u kontroverifika tal-Pjan Annwali ta’ Ħidma Propost mar-Rapport dwar Servej Forestali approvat u japprova l-pjan ta’ ħidma jekk kollox ikun sewwa;

Malli l-Pjan Annwali ta’ Ħidma jkun approvat mill-uffiċjal, id-detentur ta’ permess jitħalla jibda operazzjonijiet ta’ ħsad;

Matul operazzjonijiet ta’ ħsad, jintużaw lametti biex ikun żgurat li z-zokk ikun minn sit ta’ qtugħ approvat, kif deskritt hawn fuq.

1.2.   Sit ta’ Ħatt ta’ Zkuk

(a)

Attivitajiet ewlenin:

Meta jkun meħtieġ, qtugħ trasversali taz-zkuk mid-detentur ta’ permess, u mmarkar ta’ zkuk bħal dawn biex tkun żgurata l-konsistenza mar-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk;

Skalar (kejl) u gradazzjoni ta’ zkuk mid-detentur ta’ permess;

Tħejjija ta’ lista ta’ zkuk mid-detentur ta’ permess;

Sottomissjoni ta’ Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk Propost mid-detentur ta’ permess;

Approvazzjoni tar-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk mill-uffiċjal forestali distrettwali.

(b)

Proċeduri:

Id-detentur ta’ permess jimmarka z-zkuk kollha maqtugħin trasversalment;

L-immarkar fiżiku permanenti taz-zkuk jikkonsisti min-numru tal-ID tas-siġra oriġinali u minn marki oħra biex iz-zokk ikun jista’ jkollu rabta mas-sit ta’ qtuħ approvat;

Id-detentur ta’ permess jiskala u jiggrada z-zkuk kollha u jirreġistra t-tagħrif fuq iz-zkuk f’lista ta’ zkuk billi juża Formola uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

Abbażi tal-lista ta’ zkuk, id-detentur ta’ permess iħejji perjodikament Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk u rapport sommarju billi juża Formoli uffiċjal tal-Ministeru għall-Forestrija;

Id-detentur ta’ permess jissottometti perjodikament ir-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk u sommarju lill-uffiċjal forestali distrettwali għall-approvazzjoni;

L-uffiċjal forestali distrettwali jagħmel verifika fiżika abbażi ta’ kampjun tar-rapporti. Ir-riżultat tal-verifika fiżika jinġabar fil-qosor f’lista ta’ verifika ta’ zkuk billi tintuża Formola uffiċjal tal-Ministeru għall-Forestrija;

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika fiżika l-uffiċjal japprova r-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk.

Malli z-zkuk ikunu ġew ivverifikati mill-uffiċjal huma għandhom jintrefgħu f’munzelli separati minn zkuk oħra mhux ivverifikati;

Ir-Rapport dwar il-Produzzjoni ta’ Zkuk jintuża biex ikun ikkalkulat il-pagament tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni (skont kif applikabbli).

(c)

Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

 

Għal konċessjoni ta’ foresti naturali:

L-uffiċjal forestali distrettwali jivverifika l-għadd ta’ zkuk, il-lametti u l-volum totali kumulattiv ta’ zkuk estratti u ddikjarati fir-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk mal-kwota approvata fil-Pjan Annwali ta’ Ħidma.

 

Għal konċessjoni ta’ pjantaġġuni ta’ injam:

L-uffiċjal forestali distrettwali jivverifika l-volum totali kumulattiv ta’ zkuk estratti u ddikjarati fir-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk mal-kwota approvata fil-Pjan Annwali ta’ Ħidma.

1.3.   Depost ta’ zkuk

Zkuk jinġarru mis-sit ta’ ħatt ta’ zkuk għal deposti ta’ zkuk u wara jew jinġarru direttament għal mitħan ta’ pproċessar jew għal depost intermedju ta’ zkuk.

(a)

Attivitajiet ewlenin:

Tħejjija ta’ lista ta’ zkuk mid-detentur ta’ permess

Fatturi mill-uffiċċju forestali distrettwali u ħlas tal-ammont rilevanti għad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni mid-detentur ta’ permess. Abbażi tal-lista ta’ zkuk, l-uffiċjal forestali distrettwali jagħmel spezzjoni fuq il-post;

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv mill-ispezzjoni fuq il-post, l-uffiċjal joħroġ Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk, li miegħu tkun mehmuża lista ta’ zkuk;

Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk mid-detentur ta’ permess.

(b)

Proċeduri:

Id-detentur ta’ permess jissottometti talba biex iħallas it-tariffi rilevanti lill-uffiċjal forestali distrettwali responsabbli mill-kontijiet, abbażi tal-lista ta’ zkuk, li tkun mehmuża mat-talba;

Abbażi tat-talba msemmija hawn fuq, l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ fattura jew fatturi għall-ħlas mid-detentur ta’ permess;

Id-detentur ta’ permess iħallas l-ammont stabbilit fid-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u/jew fil-Fattura/i tal-Fond għal Riforestazzjoni u l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ irċevuta jew irċevuti għal dan il-pagament.

Id-detentur ta’ permess jissottometti talba għall-ħruġ ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk, akkumpanjata bl-irċevuta tal-ħlas, il-lista ta’ zkuk, u r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk;

L-uffiċjal forestali distrettwali jagħmel verifika amministrattiva u fiżika taz-zkuk li jkollhom jinġarru u jħejji rapport ta’ verifika;

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ id-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk;

Id-detentur ta’ permess iħejji/jaġġorna r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk biex jirreġistra l-kwantità ta’ zkuk dieħla, maħżuna u ħierġa fid-depost taz-zkuk.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

L-uffiċjal forestali distrettwali jeżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk billi jqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ zkuk fid-depost taz-zkuk, abbażi tar-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk u Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk rilevanti.

1.4.   Depost Intermedju ta’ Zkuk

Deposti intermedji ta’ zkuk jintużaw jekk zkuk ma jinġarrux miż-żona ta’ konċessjoni direttament għad-depost tal-mitħan. Deposti intermedji ta’ zkuk jintużaw l-aktar għal ġarr ta’ zkuk bejn gżejjer jew jekk il-modalità tal-ġarr tinbidel.

Il-permess għat-twaqqif ta’ depost intermedju ta’ zkuk jingħata mill-uffiċjal tal-forestrija abbażi ta’ proposta mibgħuta mid-detentur ta’ permess. Permess għal depost intermedju ta’ zkuk ikun validu għal ħames snin, iżda jista’ jiġi estiż wara li jkun eżaminat u approvat mill-uffiċjal tal-forestrija.

(a)

Attivitajiet ewlenin:

Terminazzjoni tal-validità tad-Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk minn uffiċjal;

Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk mid-detentur ta’ permess;

Tħejjija ta’ lista ta’ zkuk mid-detentur ta’ permess;

Id-detentur ta’ permess ilesti d-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

(b)

Proċeduri

L-uffiċjal forestali distrettwali fiżikament jivverifika l-għadd, l-ispeċijiet u l-qisien ta’ zkuk deħlin billi jgħoddhom (ċensiment) jew abbażi ta’ kampjun jekk l-għadd ta’ zkuk jaqbeż il-mija (100);

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, l-uffiċjal jittermina l-validità tad-Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk għaz-zkuk deħlin;

Id-detentur ta’ permess iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk bħala mezz ta’ kontroll ta’ zkuk deħlin u ħerġin fid-depost intermedju ta’ zkuk;

Għaz-zkuk li jkunu qed jinħarġu, id-detentur ta’ permess iħejji lista ta’ zkuk, li tkun relatata mad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk preċedenti;

Id-Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk għat-tneħħija ta’ zkuk mid-depost intermedju taz-zkuk jitlesta mid-detentur ta’ permess.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

 

L-uffiċjal forestali distrettwali jeżamina l-konsistenza bejn iz-zkuk li jkunu nġarru mid-depost taz-zkuk u z-zkuk li jidħlu fid-depost intermedju taz-zkuk.

 

Id-detentur ta’ permess jaġġorna r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk, li jirreġistra dħul, ħruġ u ħżin ta’ zkuk fid-depost intermedju taz-zkuk, abbażi tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk rilevanti.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TA’ KATINI TA’ PROVVISTA TA’ INJAM MINN FORESTI/ARTIJIET TA’ PROPRJETÀ PRIVATA

Operazzjonijiet ta’ ħsad ta’ injam f’foresti/artijiet ta’ proprjetà privata huma regolati mir-Regolament P.30/Menhut-II/2012 tal-Ministru tal-Forestrija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-Regolament).

M’hemmx rekwiżiti legali għas-sidien privati ta’ foresti/artijiet biex iwaħħlu marki ta’ ID fuq siġar f’inventarju ta’ ħsad jew fuq zkuk. Deposti ta’ zkuk u deposti intermedji ta’ zkuk ġeneralment ma jintużawx għal injam maħsud minn foresti/artijiet ta’ proprjetà privata.

Proċeduri ta’ kontroll għal injam minn foresti/artijiet ta’ proprjetà privata jkunu differenti bejn dawk għal zkuk miksubin minn siġar li kienu fis-sit meta t-titolu għall-art kien inkiseb u dawk għal zkuk miksubin minn siġar li jkunu tħawlu minn meta t-titolu kien inkiseb. Jiddependu wkoll mill-ispeċijiet ta’ siġar maħsudin. Il-ħlas tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni japplika għal zkuk minn siġar li jkunu diġà hemm fis-sit meta t-titolu għall-art ikun ingħata; iżda ma japplikax għal zkuk minn siġar imħawlin wara l-għoti tat-titolu għall-art.

Fil-każ ta’ zkuk maqtugħin minn siġar imħawlin wara l-għoti tat-titolu għall-art, hemm żewġ xenarji:

għal speċijiet elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament, is-sid iħejji fattura, li sservi bħala d-dokument ta’ trasport.

għal speċijiet oħra, il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur joħroġ id-dokument ta’ trasport.

Fil-każ ta’ zkuk maqtugħin minn siġar li jkun hemm f’sit qabel l-għoti tat-titolu għall-art, l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ id-dokument ta’ trasport.

2.1.Sit ta’ qtugħ/ħatt ta’ zkuk

(a)

Attivitajiet ewlenin:

Għarfien tad-dritt għall-proprjetà;

Meta jkun meħtieġ, qtugħ trasversali

Skalar (kejl);

Tħejjija ta’ lista ta’ zkuk;

Fatturazzjoni mill-uffiċċju forestali distrettwali u ħlas tal-ammont f’fattura mis-sid tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u/jew għall-Fond tar-Riforestazzjoni

Ħruġ jew tħejjija tad-dokument ta’ trasport;

(b)

Proċeduri:

Is-sid tal-foresta/art privata jitlob għarfien tad-dritt għall-proprjetà tiegħu;

Malli d-dritt għall-proprjetà ta’ foresta/art jingħata għarfien, is-sid iħejji lista ta’ zkuk wara li jitkejlu z-zkuk;

Fil-każ ta’ zkuk maqtugħin minn siġar li jkun hemm f’sit qabel l-għoti tat-titolu għall-art:

Is-sid jissottometti lista ta’ zkuk u talba għall-ħlas tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta’ Riforestazzjoni lill-uffiċjal forestali distrettwali

L-uffiċjal jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (qisien, identifikazzjoni ta’ speċijiet u għadd ta’ zkuk);

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-eżamijiet tad-dokumenti u tal-verifika fiżika, l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ Fattura tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta’ Riforestazzjoni għal ħlas mis-sid;

Is-sid tal-art jissottometti l-irċevuta tal-ħlas ta’ Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta’ Riforestazzjoni lill-kap tar-raħal, flimkien ma’ talba għall-ħruġ ta’ Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk;

Il-kap tar-raħal jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (qisien, identifikazzjoni ta’ speċijiet u għadd ta’ zkuk);

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kap tar-raħal joħroġ id-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk.

Fil-każ ta’ zkuk maqtugħin minn siġar imħawlin wara l-għoti tat-titolu għall-art:

Speċijiet elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament:

Is-sid jimmarka z-zkuk u jidentifika l-ispeċijiet;

Is-sid iħejji lista ta’ zkuk;

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sid iħejji fattura skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservi wkoll bħala d-dokument ta’ trasport;

Speċijiet oħra mhux elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament:

Is-sid jimmarka z-zkuk u jidentifika l-ispeċijiet;

Is-sid iħejji lista ta’ zkuk;

is-sid jissottometti l-lista ta’ zkuk u talba għal ħruġ ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk lill-kap tar-raħal jew lill-uffiċjal maħtur;

Il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (identifikazzjoni ta’ speċijiet, għadd ta’ zkuk, post tal-ħasda);

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur joħroġ id-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

(c)

Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

Il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur jew l-uffiċjal forestali distrettwali jqabbel il-volum ta’ zkuk maħsudin mal-lista taz-zkuk.

3.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TA’ KATINI TA’ PROVVISTA TA’ INJAM GĦALL-INDUSTRIJA U GĦALL-ESPORTAZZJONI.

3.1.   Industrija Primarja/Integrata

(a)

Attivitajiet ewlenin:

Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk mill-mitħan tal-ipproċessar;

Verifika fiżika ta’ zkuk mill-uffiċjal forestali distrettwali;

Terminazzjoni tal-validità ta’ Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk minn uffiċjal;

Tħejjija ta’ Materja Prima u Karta tat-Talja ta’ Prodotti mill-mitħan;

Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat mill-mitħan;

Il-mitħan ilesti d-Dokument ta’ Trasport ta’ Prodotti tal-Injam skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Tħejjija ta’ rapport dwar bejgħ mill-mitħan.

(b)

Proċeduri:

Il-mitħan iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk bħala mezz biex ikun irreġistrat il-fluss ta’ zkuk għal ġol-mitħan u fih;

Il-mitħan jissottometti kopji tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk li jkunu jaqblu ma’ kull lott ta’ zkuk li jkun wasal fil-mitħan lill-uffiċjal forestali distrettwali;

L-uffiċjal jivverifika l-informazzjoni fir-rapporti billi jqabbel mal-prodotti fiżiċi. Dan jista’ jsir abbażi ta’ kampjun jekk ikun hemm aktar minn 100 oġġett;

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, l-uffiċjal jittermina l-validità tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk;

L-uffiċjal jiffajlja kopji tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk u jħejji Lista Sommarja tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk, skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Kopji tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk li l-validità tagħhom tkun ġiet itterminata minn uffiċjal jgħaddu għal għand il-kumpanija biex ikunu ffajljati;

Ġabra fil-qosor tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk tintbagħat lill-uffiċċju forestali distrettwali fl-aħħar ta’ kull xahar;

Il-mitħan iħejji karti tat-talja ta’ materja prima u ta’ prodotti skont linja ta’ produzzjoni bħala mezz ta’ kontroll ta’ dħul ta’ zkuk u ħruġ ta’ prodotti tal-injam u biex tkun ikkalkulata r-rata ta’ rkupru;

Il-mitħan iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat bħala mezz biex ikunu rrapportati flussi ta’ prodotti tal-injam fi u mill-mitħan, kif ukoll stokkijiet;

Il-kumpanija jew il-mitħan jibagħtu rapporti dwar bejgħ tal-mitħan lill-uffiċċju forestali distrettwali fuq bażi regolari.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

 

Il-kumpanija teżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk billi tqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ zkuk abbażi ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk.

 

Il-Karta tat-Talja tal-Produzzjoni tintuża għar-rikonċiljazzjoni ta’ volum ta’ dħul u ħruġ ta’ linji ta’ produzzjoni u r-rata ta’ rkupru titqabbel mar-rata medja ppubblikata.

 

Il-kumpanija teżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ ta’ Prodotti Pproċessati billi tqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ prodotti abbażi ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Prodotti tal-Injam;

 

L-uffiċjal forestali distrettwali jeżamina r-rikonċiljazzjoni magħmula mill-kumpanija.

3.2.   Industrija Sekondarja

(a)

Attivitajiet ewlenin:

Tħejjija ta’ Rapporti ta’ Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat (prodotti nofshom ipproċessati) u ta’ Prodotti Pproċessati mill-fabbrika;

Tħejjija ta’ fatturi mill-fabbrika, li jservu wkoll bħala dokumenti ta’ trasport għal prodotti pproċessati tal-injam;

Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat mill-fabbrika;

Tħejjija ta’ Rapport dwar Bejgħ mill-kumpanija jew mill-fabbrika.

(b)

Proċeduri:

Il-fabbrika tiffajlja d-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Injam Ipproċessat (għal materjal dieħel) u tħejji ġabra fil-qosor ta’ dawn id-dokumenti, li tintbagħat lill-uffiċjal forestali distrettwali;

Il-fabbrika tuża l-Karta tat-Talja ta’ Injam Ipproċessat u ta’ Prodotti Pproċessati skont linji ta’ produzzjoni bħala mezz għal rapportar dwar flussi ta’ materjali fil-fabbrika, ħruġ ta’ prodotti u biex tkun ikkalkulata r-rata ta’ rkupru ta’ materja prima;

Il-fabbrika tħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat bħala mezz biex ikunu eżaminati flussi ta’ materjali fil-mitħan, ħruġ ta’ prodotti tal-injam u stokkijiet miżmumin. Il-kumpanija jew il-fabbrika tħejji fatturi għal prodotti pproċessati, li jservu wkoll bħala d-dokument ta’ trasport, u tiffajlja kopji tal-fatturi. Lista ta’ prodotti tal-injam tkun mehmuża ma’ kull fattura;

Il-kumpanija jew il-fabbrika tibgħat Rapporti dwar Bejgħ lill-uffiċċju forestali distrettwali.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

 

Il-fabbrika teżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat billi tqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ materjali abbażi ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Injam Ipproċessat u ta’ Karta tat-Talja ta’ Injam Ipproċessat.

 

Il-Karta tat-Talja tal-Produzzjoni tintuża biex ikun eżaminat volum ta’ dħul u ħruġ ta’ linji ta’ produzzjoni u tkun evalwata r-rata ta’ rkupru.

 

Il-kumpanija teżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ ta’ Prodotti Pproċessati, billi tqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ prodotti abbażi ta’ fatturi.

 

Dan ta’ hawn fuq huwa soġġett għal verifiki skont il-Regolament P.8/VI-BPPHH/2011 tad-Direttur-Ġenerali għall-Utilizzazzjoni tal-Foresti.

4.   ESPORTAZZJONI

Il-proċeduri u l-proċessi ta’ rikonċiljazzjoni għall-esportazzjoni ta’ injam li joriġina minn foresti proprjetà tal-Istat u minn foresti/artijiet ta’ proprjetà privata huma identiċi.

(a)

Attivitajiet ewlenin:

Il-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ Ċertifikat ta’ Esportaturi Reġistrati ta’ Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK) lill-esportatur;

L-esportatur jitlob il-ħruġ ta’ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT għal kull konsenja ta’ esportazzjoni;

L-LV jivverifika li l-kondizzjonijiet rilevanti jkunu tħarsu u joħroġ dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT;

L-esportatur iħejji Dokument ta’ Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni, li jintbagħat lid-Dwana;

Id-Dwana toħroġ Dokument ta’ Approvazzjoni ta’ Esportazzjoni għal Approvazzjoni Doganali.

(b)

Proċeduri:

L-esportatur jitlob li l-LV biex joħroġ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT;

L-LV joħroġ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT wara verifika abbażi ta’ dokumenti u fiżika, biex ikun żgurat li l-injam jew il-prodotti tal-injam jiġu minn sorsi vverifikati legalment u jkunu, għalhekk, maħdumin b’konformità mad-definizzjoni ta’ legalità deskritta fl-Anness II;

L-esportatur jissottometti Dokument ta’ Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni li miegħu jkunu mehmużin il-fattura, Lista ta’ Imballaġġ, Rċevuta ta’ Dazju ta’ Esportazzjoni/Bukti Setor Bea Keluar (jekk tkun regolata), Ċertifikat ETPIK, Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT, Permess ta’ Esportazzjoni/Surat Persetujuan Ekspor (jekk ikun regolat), Rapport ta’ Servejer (jekk ikun regolat), u Dokument CITES (fejn applikabbli) lid-Dwara għal approvazzjoni;

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika tad-Dokument ta’ Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni, id-dwana toħroġ Dokument ta’ Approvazzjoni ta’ Esportazzjoni/Nota Pelayanan Ekspor


ANNESS VI

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAL EVALWAZZJONI PERJODIKA

1.   OBJETTIV

Evalwazzjoni Perjodika (EP) hija evalwazzjoni indipendenti magħmula minn parti terza indipendenti, msejħa Evalwatur. L-objettiv ta’ EP huwa li tingħata assigurazzjoni li t-TLAS tkun qed tiffunzjona kif deskritt, b’hekk tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-liċenzji FLEGT maħruġin skont dan il-Ftehim.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

EP għandha tkopri:

1.

Il-funzjonament ta’ miżuri ta’ kontroll mill-punt ta’ produzzjoni fil-foresta sal-punt ta’ esportazzjoni ta’ prodotti tal-injam.

2.

Is-sistemi tal-ġestjoni ta’ dejta u ż-żamma tat-traċċi ta’ injam li jgħinu lit-TLAS, il-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT, kif ukoll l-istatistika tal-produzzjoni, tal-liċenzjar u tal-kummerċ rilevanti għal dan il-Ftehim.

3.   OUTPUT

L-output ta’ EP jikkomprendi rapporti regolari li jippreżentaw sejbiet ta’ evalwazzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar miżuri li jkollhom jittieħdu biex ikunu indirizzati differenzi u dgħjufijiet ta’ sistemi identifikati mill-evalwazzjoni.

4.   ATTIVITAJIET EWLENIN

Attivitajiet ta’ EP jinkludu inter alia:

(a)

Awditjar ta’ konformità mill-korpi kollha li jkunu qed jaqdu funzjonijiet ta’ kontroll skont id-dispożizzjonijiet tat-TLAS;

(b)

Evalwazzjoni tal-effikaċja ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista mill-punt ta’ produzzjoni fil-foresta sal-punt ta’ esportazzjoni mill-Indoneżja;

(c)

Valutazzjoni ta’ kemm ikunu adegwati sistemi ta’ ġestjoni ta’ dejta u ta’ żamma tat-traċċi ta’ injam li jgħinu lit-TLAS, kif ukoll il-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT;

(d)

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u sistemi li jfallu, u li jkunu preskritti azzjonijiet korrettivi meħtieġa;

(e)

Valutazzjoni tal-implimentazzjoni effikaċi ta’ azzjonijiet korrettivi li jkunu ġew identifikati u rrakkomandati qabel; u

(f)

Rapportar ta’ sejbiet lill-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni (KKI).

5.   METODOLOĠIJA TA’ EVALWAZZJONI

5.1.

L-Evalwatur għandu juża metodoloġija dokumentata u b’bażi ta’ evidenza li tħares ir-rekwiżiti ta’ ISO/IEC 19011, jew ekwivalenti. Dan għandu jinkludi eżamijiet adegwati ta’ dokumentazzjoni rilevanti, proċeduri u reġistrazzjonijiet operattivi tal-operazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni tat-TLAS, identifikazzjoni ta’ kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ falliment ta’ sistemi, u ħruġ ta’ talbiet għal azzjoni korrettiva korrispondenti.

5.2.

L-Evalwatur għandu, inter alia:

(a)

Jevalwa l-proċess għal akkreditazzjoni ta’ Korpi Indipendenti ta’ Valutazzjoni u Verifika (LP u LV);

(b)

Jevalwa proċeduri dokumentati ta’ kull korp involut f’kontrolli ta’ implimentazzjoni tat-TLAS għall-kompletezza u l-koerenza;

(c)

Jeżamina l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u reġistrazzjonijiet dokumentati, inklużi prattiki ta’ xogħol, matul żjarat f’uffiċċji, f’żoni ta’ ħsad f’foresti, f’deposti taz-zkuk/vaski taz-zkuk, fi stazzjonijiet ta’ verifika ta’ foresti, f’siti ta’ mtieħen u punti ta’ esportazzjoni u importazzjoni;

(d)

Jeżamina informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet regolatorji u ta’ infurzar, LPs u LVs u korpi oħra identifikati fit-TLAS biex jivverifikaw il-konformità;

(e)

Jeżamina l-ġbir ta’ dejta minn organizzazzjonijiet tas-settur privat involuti f’implimentazzjoni tat-TLAS;

(f)

Jivvaluta d-disponibbiltà ta’ informazzjoni pubblika stabbilita fl-Anness IX, inkluża l-effikaċja ta’ mekkaniżmi ta’ żvelar ta’ informazzjoni;

(g)

Juża s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ rapporti ta’ Monitoraġġ Indipendenti u ta’ Evalwazzjoni Komprensiva, kif ukoll ta’ rapporti tal-Moniter Indipendenti tas-Suq;

(h)

Jitlob l-opinjonijiet ta’ partijiet interessati u juża informazzjoni li jirċievi minn partijiet interessati li jkunu jew direttament jew indirettament involuti fl-implimentazzjoni tat-TLAS; u

(i)

Juża t-teħid adatt ta’ kampjuni u metodi ta’ spezzjoni fuq il-post biex jevalwa x-xogħol tal-aġenziji regolatorji tal-foresti, LPs u LVs, industriji u atturi oħra rilevanti fil-livelli kollha ta’ attivitajiet għal foresti, kontroll ta’ katini ta’ provvista, ipproċessar ta’ injam u liċenzjar għall-esportazzjoni, inklużi kontroverifiki ma’ informazzjoni dwar importazzjonijiet ta’ injam mill-Indoneżja mogħtija mill-Unjoni.

6.   KWALIFIKI TAL-EVALWATUR

L-Evalwatur għandu jkun parti terza kompetenti, indipendenti u imparzjali li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

L-Evalwatur għandu juri l-kwalifiki u l-ħila li jħares ir-rekwiżiti tal-Gwida 65 ISO/IEC u ISO/IEC 17021, jew ekwivalenti, inkluża l-kwalifika li joffri servizzi ta’ valutazzjoni li jkopru s-settur tal-foresti u l-katini ta’ provvista ta’ prodotti ta’ foresti;

(b)

L-Evalwatur m’għandux ikun direttament involut f’ġestjoni ta’ foresti, ipproċessar ta’ injam, kummerċ fl-injam jew f’kontroll tas-settur tal-foresti fl-Indoneżja jew fl-Unjoni;

(c)

L-Evalwatur għandu jkun indipendenti mill-komponenti l-oħra kollha tat-TLAS u mill-awtoritajiet regolatorji tal-Indoneżja dwar il-foresti u għandu jkollu sistemi biex ikun evitat kull konflitt ta’ interess. L-Evalwatur għandu jiddikjara kull konflitt ta’ interess potenzjali li jista’ jinqala’ u jieħu azzjoni effikaċi biex itaffih;

(d)

L-Evalwatur u l-impjegati tiegħu li jagħmlu x-xogħlijiet ta’ evalwazzjoni għandu jkollhom esperjenza bil-provi ta’ awditjar ta’ ġestjoni ta’ foresti tropikali, ta’ industriji ta’ pproċessar ta’ injam u ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista relatati;

(e)

L-Evalwatur għandu jkollu mekkaniżmu lesti biex jirċievi u jittratta lmenti li jinqalgħu mill-attivitajiet u mis-sejbiet tiegħu.

7.   RAPPORTAR

7.1.

Ir-rapport ta’ EP għandu jikkomprendi: (i) rapport sħiħ li jkun fih l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-evalwazzjoni, is-sejbiet tagħha (inklużi każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u fallimenti ta’ sistemi) u rakkomandazzjonijiet; u (ii) rapport sommarju pubbliku msejjes fuq ir-rapport sħiħ, li jkopri sejbiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin;

7.2.

Ir-rapport sħiħ u r-rapport sommarju pubbliku għandhom jintbagħtu lill-KKI għal eżami u approvazzjoni qabel ma r-rapporti jinħarġu għall-pubbliku;

7.3.

Meta jintalab mill-KKI l-Evalwatur għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali biex isostni jew jiċċara s-sejbiet tiegħu;

7.4.

L-Evalwatur għandu jinnotifika lill-KKI b’kull ilment li jirċievi u bl-azzjonijiet meħudin biex jinħall.

8.   KUNFIDENZJALITÀ

L-Evalwatur għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta’ dejta li jirċievi waqt li jkun qed jagħmel l-attivitajiet tiegħu.

9.   ĦATRA, PERJODIĊITÀ U FINANZJAMENT

9.1.

L-Evalwatur għandu jinħatar mill-Indoneżja wara konsultazzjoni mal-Unjoni fil-KKI;

9.2.

EP għandha ssir f’intervalli ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar li jibdew mid-data maqbula mill-KKI skont l-Artikolu 14(5) (e) tal-Ftehim.

9.3.

Il-finanzjament tal-EP għandu jkun deċiż mill-KKI.

ANNESS VII

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAL MONITORAĠĠ INDIPENDENTI TAS-SUQ

1.   OBJETTIV TAL-MONITORAĠĠ INDIPENDENTI TAS-SUQ

Monitoraġġ Indipendenti tas-Suq (MIS) huwa monitoraġġ tas-suq magħmul minn parti terza indipendenti msejħa Moniter. L-objettiv tal-Monitoraġġ Indipendenti tas-Suq (MIS) huwa li tinġabar u tkun analizzata informazzjoni dwar l-aċċettazzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni, u biex ikunu eżaminati impatti tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam u dwar inizjattivi relatati bħal politiki ta’ akkwist pubbliku u privat.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

MIS għandu jkopri:

2.1.

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT f’punti ta’ dħul fl-Unjoni;

2.2.

Il-prestazzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u l-impatt ta’ miżuri relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni għat-talba ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT;

2.3.

Il-prestazzjoni ta’ injam mhux b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u l-impatt ta’ miżuri relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni għat-talba ta’ injam mhux b’liċenzja FLEGT;

2.4.

Eżami tal-impatt ta’ miżuri oħra relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni bħal politiki ta’ akkwist pubbliku, kodiċijiet ta’ bini kompatibbli mal-ambjent u azzjoni mis-settur privat bħal kodiċijiet ta’ prattika fil-kummerċ u responsabbiltà soċjali korporattiva.

3.   OUTPUT

L-output ta’ MIS għandu jinkludi rapporti regolari lill-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni (KKI) li jkun fih is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar miżuri biex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u biex titjib l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mas-suq biex ma jitħalliex li injam maqtugħ illegalment jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni.

4.   ATTIVITAJIET EWLENIN

MIS jinkludi inter alia:

4.1.

Evalwazzjoni ta’:

(a)

il-progress u l-impatti tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika għall-kontroll tal-kummerċ f’injam maqtugħ illegalment fl-Unjoni.

(b)

xejriet f’importazzjonijiet ta’ injam u prodotti tal-injam mill-Unjoni mill-Indoneżja, kif ukoll minn pajjiżi ta’ FSV u mhux ta’ FSV li jesportaw l-injam;

(c)

azzjonijiet minn gruppi ta’ pressjoni li jistgħu jaffettwaw talba għal injam u prodotti tal-injam jew swieq għall-kummerċ fi prodotti tal-foresti mill-Indoneżja.

4.2.

Rapportar ta’ sejbiet u rakkomandazzjonijiet lill-KKI.

5.   METODOLOĠIJA TA’ MONITORAĠĠ

5.1.

Il-Moniter għandu jkollu metodoloġija dokumentata u b’bażi ta’ evidenza. Din għandha tinkludi analiżi adegwata ta’ dokumentazzjoni rilevanti, identifikazzjoni ta’ kull inkonsistenza fid-dejta u fl-informazzjoni kummerċjali disponibbli, u intervisti fil-fond ma’ atturi rilevanti dwar indikaturi ewlenin tal-impatti u tal-effikaċja ta’ miżuri relatati mas-suq.

5.2.

Il-Moniter għandu jagħmel osservazzjonijiet u analiżi dwar, inter alia:

(a)

Il-qagħda kurrenti tas-suq u xejriet fl-Unjoni għall-injam u għal prodotti tal-injam;

(b)

Politiki ta’ akkwist pubbliku u t-trattament tagħhom ta’ injam u prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(c)

Leġiżlazzjoni li taffettwa l-industrija tal-injam, il-kummerċ fl-injam u fi prodotti tal-injam fl-Unjoni u importazzjonijiet ta’ injam u prodotti tal-injam fl-Unjoni;

(d)

Divrenzjar fil-prezzijiet bejn injam u prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(e)

Aċċettazzjoni fis-suq, perċezzjoni u s-sehem tas-suq f’injam u fi prodotti tal-injam fl-Unjoni b’liċenzja FLEGT u ċċertifikati;

(f)

Statistika u xejriet dwar volumi u valuri ta’ importazzjonijiet f’portijiet differenti tal-Unjoni ta’ injam u ta’ prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT mill-Indoneżja, kif ukoll minn pajjiżi oħra ta’ FSV u mhux ta’ FSV li jesportaw l-injam;

(g)

Deskrizzjonijiet tal-istrumenti u tal-proċessi legali, inkluża kull bidla, li bihom awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet ta’ kontroll tal-fruntieri fl-Unjoni jivvalidaw liċenzji FLEGT u jirrilaxxaw trasportazzjonijiet għal ċirkolazzjoni libera, kif ukoll penalitajiet imposti għal nuqqas ta’ konformità;

(h)

Diffikultajiet u limitazzjonijiet li jista’ jkun hemm li esportaturi u importaturi jiltaqgħu magħhom meta jġibu injam b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(i)

L-effikaċja ta’ kampanji għall-promozzjoni ta’ injam b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

5.3.

Il-Moniter għandu jirrakkomanda attivitajiet ta’ promozzjoni tas-suq biex tissaħħaħ aktar l-aċċettazzjoni fis-suq ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT

6.   KWALIFIKI TAL-MONITER INDIPENDENTI TAS-SUQ

Il-Moniter għandu:

(a)

ikun parti terza indipendenti b’esperjenza tajba bil-provi ta’ professjonaliżmu u integrità fil-monitoraġġ tas-suq tal-injam u ta’ prodotti tal-injam fl-Unjoni u f’affarijiet relatati mal-kummerċ;

(b)

ikun familjari fil-kummerċ u fis-swieq tal-injam u prodotti tal-injam Indoneżjani, b’mod partikolari ta’ injam iebes, u dwar dawk il-pajjiżi fl-Unjoni li jaħdmu prodotti simili;

(c)

ikollu sistemi biex jevita kull konflitt ta’ interess. Il-Moniter għandu jiddikjara kull konflitt ta’ interess potenzjali li jista’ jinqala’ u jieħu azzjoni effikaċi biex itaffih.

7.   RAPPORTAR

7.1.

Rapporti għandhom jintbagħtu kull sentejn u jkunu magħmulin minn: (i) rapport sħiħ tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet kollha rilevanti; u (ii) rapport sommarju abbażi tar-rapport sħiħ.

7.2.

Ir-rapport sħiħ u r-rapport sommarju għandhom jintbagħtu lill-KKI għal eżami u approvazzjoni qabel ma r-rapporti jinħarġu għall-pubbliku;

7.3.

Meta jintlab mill-KKI il-Moniter għandu jipprovdu informazzjoni addizzjonali biex isostni jew jiċċara s-sejbiet tiegħu.

8.   KUNFIDENZJALITÀ

Il-Moniter għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta’ dejta li jirċievi waqt li jkun qed jagħmel l-attivitajiet tiegħu.

9.   ĦATRA, PERJODIĊITÀ U FINANZJAMENT

9.1.

Il-Moniter għandu jinħatar mill-Unjoni wara konsultazzjoni mal-Indoneżja fil-KKI;

9.2.

Il-MIS għandu jagħmel f’intervalli ta’ mhux aktar minn erbgħa u għoxrin xahar li jibdew mid-data maqbula mill-KKI skont l-Artikolu 14(5) (e) tal-Ftehim

9.3.

Il-finanzjament ta’ MIS għandu jkun deċiż mill-KKI.

ANNESS VIII

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-OPERABBILTÀ TAS-SISTEMA TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ TA’ INJAM INDONEŻJAN

SFOND

Evalwazzjoni teknika indipendenti tat-TLAS Indoneżjana għandha ssir qabel ma jibda l-liċenzjar FLEGT ta’ esportazzjonijiet ta’ injam lill-Unjoni. Din l-evalwazzjoni teknika jkollha l-għan li: (i) teżamina l-funzjoni tat-TLAS fil-prattika biex ikun iddeterminat jekk twassalx ir-riżultati maħsuba u (ii) teżamina kull reviżjoni magħmula lit-TLAS wara li ġie ffirmat il-Ftehim;

Il-kriterji għal din l-evalwazzjoni huma stabbiliti hawn taħt:

1.

Definizzjoni ta’ legalità

2.

Kontroll tal-katina ta’ provvista

3.

Proċeduri ta’ verifika

4.

Liċenzjar ta’ esportazzjonijiet

5.

Monitoraġġ indipendenti

1.   DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ

Injam maħdum legalment għandu jkun iddefinit skont il-liġijiet applikabbli fl-Indoneżja. Id-definizzjoni użata għandha tkun mingħajr ambigwità, verifikabbli oġġettivament u tista’ titħaddem b’mod operabbli u, mill-anqas, tinkludi dawk il-liġijiet u regolamenti li jkopru:

Drittijiet ta’ ħsad: L-għoti ta’ drittijiet legali għal ħsad ta’ injam f’limitazzjonijiet indikati legalment u/jew ippubblikati uffiċjalment;

Operazzjonijiet għal foresti: Konformità ma’ rekwiżiti legali dwar ġestjoni ta’ foresti, inkluża l-konformità ma’ liġijiet u regolament rilevanti dwar l-ambjent u x-xogħol;

Tariffi u taxxi: Konformità ma’ rekwiżiti legali dwar taxxi, royalties u tariffi direttament relatati ma’ drittijiet ta’ ħsad ta’ injam u ma’ ħsad ta’ injam;

Utenti oħra: Rispett għall-okkupazzjoni legali jew għad-drittijiet ta’ użu ta’ artijiet u riżorsi ta’ partijiet oħra li jistgħu jintlaqtu minn drittijiet ta’ ħsad ta’ injam, meta drittijiet oħra bħal dawn ikunu jeżistu;

Kummerċ u dwana: Konformità ma’ rekwiżiti legali għal proċeduri ta’ kummerċ u dwana.

Mistoqsijiet ewlenin:

Id-definizzjoni ta’ legalità u l-istandards tal-verifika tal-legalità ġew emendati minn meta ġie konkluż il-Ftehim?

Il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti kienu inklużi fid-definizzjonijiet tal-legalità skont l-Anness II?

Fil-każ ta’ emendi għad-definizzjoni ta’ legalità, mistoqsijiet ewlenin għandhom jinkludu:

Il-partijiet interessati rilevanti kollha kienu kkonsultati dwar dawn l-emendi u dwar kull bidla sussegwenti għas-sistema tal-verifika tal-legalità permezz ta’ proċess li kien ħa qies tal-fehmiet tagħhom?

Huwa ċar liema strument legali huwa l-bażi ta’ kull element ġdid tad-definizzjoni? Huma speċifikati kriterji u indikaturi li jistgħu jintużaw biex jittestjaw il-konformità ma’ kull element tad-definizzjoni? Il-kriterji u l-indikaturi huma ċari, oġġettivi u jistgħu jitħaddmu b’mod operabbli?

l-kriterji u l-indikaturi jidentifikaw b’mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha rilevanti u l-verifika tivvaluta l-prestazzjoni tagħhom?

Id-definizzjoni ta’ legalità tinkludi l-oqsma ewlenin ta’ liġijiet u regolamenti eżistenti li l-profil tagħhom jidher hawn fuq? Jekk le, għaliex ċerti oqsma ta’ liġijiet u regolament tħallew barra mid-definizzjoni?

2.   KONTROLL TAL-KATINA TA’ PROVVISTA

Sistemi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista għandhom jipprovdu assigurazzjoni kredibbli li prodotti tal-injam ikunu jistgħu jiġu rrintraċċati tul il-katina kollha ta’ provvista mill-ħsad jew mill-punt ta’ importazzjoni sal-punt ta’ esportazzjoni. Ma jkunx dejjem meħtieġ li jkun hemm żamma fiżika tat-traċċi għal zokk, tagħbija ta’ zkuk jew prodott tal-injam mill-punt ta’ esportazzjoni lura għall-foresta tal-oriġini, iżda dejjem ikun hemm ħtieġa tagħha bejn il-foresta u l-ewwel punt ta’ taħlit (p.eż. terminal għal injam jew faċilità għal ipproċessar).

2.1.   Drittijiet ta’ użu

Hemm delineazzjoni ċara ta’ żoni fejn id-drittijiet ta’ użu ta’ Riżorsi tal-Foresti jkunu ġew allokati u d-detenturi ta’ dawn id-drittijiet ikunu ġew identifikati.

Mistoqsijiet ewlenin:

Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li injam biss li joriġina minn żona ta’ foresta bi drittijiet ta’ użu validi jidħol fil-katina ta’ provvista?

Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li intrapriżi li jagħmlu operazzjonijiet ta’ ħsad ikunu ngħataw drittijiet ta’ użu xierqa għaż-żoni konċernati ta’ foresti?

Il-proċeduri għall-ħruġ ta’ drittijiet għal ħsad u l-informazzjoni dwar drittijiet bħal dawn, inklużi d-detenturi tagħhom, huma disponibbli fid-dominju pubbliku?

2.2.   Metodi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista

Hemm mekkaniżmi effikaċi għar-rintraċċar ta’ injam tul il-katina kollha ta’ provvista mill-ħsad sal-punt ta’ esportazzjoni. L-approċċ għall-identifikazzjoni ta’ injam jista’ jvarja, fb’firxa mill-użu ta’ tikketti għal oġġetti individwali għal dipendenza fuq dokumentazzjoni li takkumpanja tagħbija jew lott. Il-metodu magħżul għandu jirrifletti t-tip u l-valur tal-injam u r-riskju ta’ tniġġis minn injam mhux magħruf jew maqtugħ illegalment.

Mistoqsijiet ewlenin:

L-alternattivi kollha tal-katina ta’ provvista, inklużi sorsi differenti ta’ injam, huma identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

L-istadji kollha fil-katina ta’ provvista huma identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

Kienu ddefiniti u ddokumentati metodi biex ikun identifikat l-oriġini tal-prodott u biex ma jitħalliex ikun hemm taħlit ma’ injam minn sorsi mhux magħrufin fl-istadji li ġejjin tal-katina ta’ provvista?

injam mhux maħsud

zkuk fil-foresta

trasport u ħżin temporanju (deposti/vaski ta’ zkuk, deposti/vaski temporanji ta’ zkuk)

wasla fil-faċilità tal-ipproċessar u ħżin ta’ materjali

dħul fi u ħruġ minn linji ta’ produzzjoni f’faċilità tal-ipproċessar

ħżin ta’ prodotti pproċessati fil-faċilità tal-ipproċessar

ħruġ mill-faċilità tal-ipproċessar u trasport

wasla f’punt ta’ esportazzjoni

Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għall-kontroll tal-flussi tal-injam? Għandhom riżorsi umani u oħrajn adegwati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ kontroll?

Jekk ikun hemm sejbiet konkreti li injam mhux verifikat jidħol fil-katina ta’ provvista, kienu identifkati dgħjufijiet fis-sistema ta’ kontroll p.eż. in-nuqqas ta’ inventarju ta’ injam mhux maħsud qabel ħsad minn foresti/artijiet privati?

L-Indoneżja għandha politika biex materjali riċiklati jiddaħħlu fit-TLAS Indoneżjana u jekk għandha, kienet żviluppata gwida dwar kif materjali riċiklati jiddaħħlu?

2.3.   Ġestjoni ta’ dejta kwantitattiva:

Hemm mekkaniżmi robusti u effikaċi għall-kejl u r-reġistrazzjoni tal-kwantitajiet ta’ injam jew prodotti tal-injam f’kull stadju tal-katina ta’ provvista, inklużi stimi affidabbli u korretti ta’ qabel il-ħsad tal-volum ta’ injam mhux maħsud f’kull sit ta’ ħsad.

Mistoqsijiet ewlenin:

Is-sistema ta’ kontroll tipproduċi dejta kwantitattiva ta’ dħul u ħruġ, inklużi proporzjonijiet ta’ konverżjoni fejn applikabbli, fl-istadji li ġejjin tal-katina ta’ provvista?

injam mhux maħsud

zkuk fil-foresta (fi ħtut ta’ zkuk)

injam trasportat u maħżun (deposti/vaski ta’ zkuk, deposti/vaski temporanji ta’ zkuk)

wasla fil-faċilità tal-ipproċessar u ħżin ta’ materjali

dħul fi u ħruġ minn linji ta’ produzzjoni

ħżin ta’ prodotti pproċessati fil-faċilità tal-ipproċessar

ħruġ mill-faċilità tal-ipproċessar u trasport

wasla fil-punt ta’ esportazzjoni

Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għaż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet dwar id-dejta kwantitattiva? Għandhom riżorsi adegwati f’dak li għandu x’jaqsam ma persunal u tagħmir?

X’inhija l-kwalità tad-dejta kontrollata?

Id-dejta kwantitattiva kollha hija rreġistrata b’mod li tagħmilha possibbli li jkunu vverifikati kwantitajiet mal-istadji ta’ qabel u ta’ wara fil-katina ta’ provvista b’mod f’waqtu?

X’informazzjoni dwar il-kontroll tal-katini ta’ provvista hija disponibbli pubblikament? Kif jistgħu partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

2.4.   Segregazzjoni ta’ injam ivverifikat legalment minn injam minn sorsi mhux magħrufin

Mistoqsijiet Ewlenin:

Hemm kontrolli suffiċjenti għal-lest li jeskludu injam minn sorsi mhux magħrufin jew injam li jkun inħasad mingħajr drittijiet ta’ ħsad legali?

X’miżuri ta’ kontroll huma applikati biex ikun żgurat li materjali verifikati u mhux verifikati jkunu ssegregati tul il-katina ta’ provvista?

2.5.   Prodotti tal-injam importati

Hemm kontrolli adegwati biex ikun żgurat li injam importat u prodotti derivati jkunu ġew importati legalment.

Mistoqsijiet ewlenin:

Kif tintwera l-importazzjoni legali ta’ injam u ta’ prodotti derivati?

X’dokumenti jinħtieġu biex ikun identifikat il-pajjiż tal-ħasda u biex tingħata assigurazzjoni li prodotti importati joriġinaw minn injam maħsud legalment, kif imsemmi fl-Anness V?

It-TLAS tidentifika injam importat u prodotti tal-injam tul il-katina ta’ provvista sakemm jitħalltu biex jinħadmu prodotti pproċessati?

Fejn jintuża injam importat, jista’ l-oriġini tal-pajjiż tal-ħasda jkun identifikat fuq il-liċenzja FLEGT (tista’ titħalla barra għal prodotti rikostitwiti)?

3.   PROĊEDURI TA’ VERIFIKA

Il-verifika tipprovdi kontrolli adegwati biex tkun żgurata l-legalità tal-injam. Għandha tkun robusta u effiċjenti b’mod suffiċjenti li tiżgura li kull nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti, jew fil-foresta jew fil-katina ta’ provvista, ikun identifikat u tittieħed azzjoni fil-pront.

3.1.   Organizzazzjoni

Il-verifika ssir minn organizzazzjoni ta’ parti terza li jkollha riżorsi adegwati, sistemi ta’ ġestjoni, persunal ta’ ħila u mħarreġ, kif ukoll mekkaniżmi ta’ kontroll robusti u effikaċi biex ikunu kkontrollati konflitti ta’ interess.

Mistoqsijiet ewlenin:

Il-korpi ta’ verifika għandhom ċertifikat ta’ akkreditazzjoni validu maħruġ mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN)?

Il-gvern jaħtar korpi biex jagħmlu x-xogħlijiet ta’ verifika? Il-mandat (u r-responsabbiltajiet assoċjati) huwa ċar u fid-dominju pubbliku?

Rwoli u responsabbiltajiet istituzzjonali huma ddefiniti u applikati b’mod ċar?

Il-korpi ta’ verifika għandhom riżorsi adegwati biex jagħmlu verifika skont id-definizzjoni ta’ legalità u s-sistemi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista tal-injam?

Il-korpi ta’ verifika għandhom sistema ta’ ġestjoni ddokumentata b’mod sħiħ li:

tiżgura li l-persunal tagħhom ikollu l-kompetenza u l-esperjenza meħtieġa biex jagħmel verifika effikaċi?

tapplika kontroll/superviżjoni interni?

tinkludi mekkaniżmi għall-kontroll ta’ konflitti ta’ interess?

tiżgura t-trasparenza tas-sistema?

iddefinixxi u tapplika metodoloġija ta’ verifika?

3.2.   Verifika fir-rigward tad-definizzjoni ta’ legalità

Hemm definizzjoni ċara li tistabbilixxi x’għandu jkun ivverifikat. Il-metodoloġija ta’ verifika tkun iddokumentata u tiżgura li l-proċess ikun sistematiku, trasparenti, abbażi ta’ referenza, magħmul f’intervalli regolari u jkun ikopri kulma jkun inkluż fid-definizzjoni.

Mistoqsijiet ewlenin:

Il-metodoloġija ta’ verifika użata mill-korpi ta’ verifika tkopri l-elementi kollha tad-definizzjoni ta’ legalità u tinkludi testijiet ta’ konformità mal-indikaturi kollha?

Il-korpi ta’ verifika:

jeżaminaw dokumentazzjoni, reġistrazzjonijiet operattivi u operazzjonijiet fuq il-post (inkluż permezz ta’ verifiki fuq il-post)?

jiġbru informazzjoni mingħand partijiet interessati barranin?

jirreġistraw l-attivitajiet ta’ verifika tagħhom?

Ir-riżultati ta’ verifika huma disponibbli pubblikament? Kif jistgħu l-partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

3.3.   Verifika ta’ sistemi għall-kontroll tal-integrità tal-katina ta’ provvista

Hemm kamp ta’ applikazzjoni ċar biex kriterji u indikaturi jkunu vverifikati li jkopri l-katina kollha ta’ provvista. Il-metodoloġija ta’ verifika hija ddokumentata, tiżgura li l-proċess ikun sistematiku, trasparenti abbażi ta’ evidenza, isir f’intervalli regolari, ikopri l-kriterji u l-indikaturi kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni u jinkludi rikonċiljazzjoni regolari u f’waqtha ta’ dejta bejn kull stadju fil-katina.

Mistoqsijiet ewlenin:

Il-metodoloġija ta’ verifika tkopri b’mod sħiħ il-verifika ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista? Dan jingħad b’mod ċar fil-metodoloġija tal-verifika?

X’evidenza hemm li turi applikazzjoni ta’ verifika ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista?

Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għal verifika ta’ dejta? Għandhom riżorsi umani u oħrajn adegwati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ dejta?

Hemm metodi biex tkun ivvalutata l-korrispondenza bejn injam mhux maħsud, zkuk maħsudin u injam li jidħol fil-faċilità tal-ipproċessar jew fil-punt ta’ esportazzjoni?

Hemm metodi biex tkun ivvalutata l-koerenza bejn dħul ta’ materja prima u l-ħruġ ta’ prodotti pproċessati f’postijiet fejn jisserraw l-injam il-kbir u f’impjanti oħra? Dawn il-metodi jinkludu speċifikazzjoni u aġġornament perjodiku ta’ proporzjonijiet ta’ konverżjoni?

X’sistemi u teknoloġiji ta’ informazzjoni huma applikati għal ħżin, verifika u reġistrazzjoni ta’ dejta? Hemm sistemi robusti għal-lest biex tinkiseb id-dejta?

Ir-riżultati tal-verifika dwar kontroll ta’ katini ta’ provvista huma disponibbli pubblikament? Kif jistgħu l-partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

3.4.   Mekkaniżmi biex ikunu ttrattati lmenti

Hemm mekkaniżmi adegwati biex ikunu ttrattati lmenti u disputi li jinqalgħu mill-proċess ta’ verifika.

Mistoqsijiet ewlenin:

Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmu għal ilmenti disponibbli għall-partijiet interessati kollha?

Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmi għal-lest biex jirċievu u jwieġbu oġġezzjonijiet mingħand il-moniters indipendenti?

Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmi għal-lest biex jirċievu u jwieġbu għal vjolazzjonijiet/ksur mikxufin minn uffiċjali tal-gvern?

Huwa ċar kif ilmenti jkunu rċevuti, iddokumentati u skalati (meta jkun meħtieġ) u mwieġba?

3.5.   Mekkaniżmi biex ikun ittrattat nuqqas ta’ konformità

Hemm mekkaniżmi adegwati biex ikunu ttrattati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati matul il-proċess ta’ verifika jew miġjubin ’il quddiem permezz ta’ lmenti u monitoraġġ indipendenti.

Mistoqsijiet ewlenin:

Hemm mekkaniżmu effikaċi li jaħdem li jesiġi u li jinforza deċiżjoni korrettiva xierqa dwar riżultati ta’ verifika u azzjoni fejn ikun identifikat ksur?

Is-sistema ta’ verifika tiddefinixxi r-rekwiżit ta’ hawn fuq?

Kienu żviluppati mekkaniżmi biex ikunu ttrattati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità? Dawn ikunu applikati fil-prattika?

Hemm reġistrazzjonijiet adegwati disponibbli dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ korrezzjoni tar-riżultati ta’ verifika, jew dwar azzjonijiet oħra meħudin? Hemm evalwazzjoni tal-effikaċja ta’ azzjonijiet bħal dawn?

Hemm mekkaniżmu għal rapportar lill-gvern dwar sejbiet ta’ verifika tal-korpi ta’ verifika?

X’tip ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tmur fid-dominju pubbliku?

4.   LIĊENZJAR TA’ ESPORTAZZJONIJIET

L-Indoneżja assenjat responsabbiltà globali għall-ħruġ ta’ Dokument V-Legali/liċenzji FLEGT lil awtoritajiet ta’ liċenzji. Liċenzji FLEGT jinħarġu għal trasportazzjonijiet individwali destinati għall-Unjoni.

4.1.   Struttura organizzazzjonali

Mistoqsijiet ewlenin:

Liema korpi huma assenjati r-responsabbiltà għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT?

L-Awtorità tal-Liċenzji għandha ċertifikat ta’ akkreditazzjoni validu maħruġ mill-KAN?

L-irwoli tal-Awtorità tal-Liċenzji u l-persunal tagħha fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT huma ddefiniti b’mod ċar u disponibbli pubblikament?

Ir-rekwiżiti ta’ kompetenza huma ddefiniti u l-kontrolli interni huma stabbiliti għal persunal tal-Awtorità tal-Liċenzji?

L-Awtorità tal-Liċenzji għandha riżorsi adegwati biex tagħmel ix-xogħol tagħha?

4.2.   Ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u l-użu tagħhom għal liċenzjar FLEGT

Saru arranġamenti adegwati biex jintużaw Dokumenti V-Legali għal liċenzjar FLEGT.

Mistoqsijiet ewlenin:

L-Awtorità tal-Liċenzji għandha proċeduri dokumentati li jistgħu jinkisbu mill-pubbliku għal ħruġ ta’ Dokument V-Legali?

X’evidenza hemm li dawn il-proċeduri jkunu applikati sewwa fil-prattika?

Hemm reġistrazzjonijiet adegwati dwar Dokumenti V-Legali maħruġin u dwar każijiet fejn Dokumenti V-Legali ma nħarġux? Ir-reġistrazzjonijiet juru b’mod ċar l-evidenza li fuqha huwa msejjes il-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali?

L-Awtorità tal-Liċenzji għandha proċeduri adegwati biex tiżgura li kull trasportazzjoni ta’ injam tħares ir-rekwiżiti tad-definizzjoni ta’ legalità u l-kontrolli tal-katini ta’ provvista?

Ir-rekwiżiti għall-ħroġ ta’ liċenzji kienu ddefiniti b’mod ċar u kkomunikati lil esportaturi u lil partijiet konċernati oħra?

X’tip ta’ informazzjoni dwar liċenzji maħruġin tmur fid-dominju pubbliku?

Il-liċenzji FLEGT huma konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li hemm fl-Anness IV?

L-Indoneżja żviluppat sistema ta’ enumerazzjoni għal liċenzji FLEGT li biha tkun tista’ ssir differenza bejn liċenzji FLEGT destinati għas-suq tal-Unjoni u Dokumenti V-Legali destinati għal swieq mhux tal-Unjoni?

4.3.   Mistoqsijiet dwar liċenzji FLEGT maħruġin

Hemm mekkaniżmu adegwat għal-lest biex ikunu ttrattati mistoqsijiet minn awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ liċenzji FLEGT, kif stabbiliti fl-Anness III.

Mistoqsijiet ewlenin:

Kienet assenjata u stabbilita Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji, inter alia, biex tirċievi u twieġeb mistoqsijiet minn awtoritajiet kompetenti?

Kienu stabbiliti proċeduri ta’ komunikazzjoni ċari bejn l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji u l-awtoritajiet kompetenti?

Kienu stabbiliti proċeduri ta’ komunikazzjoni ċari bejn l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji u l-awtoritajiet tal-liċenzji?

Hemm mezzi għal partijiet interessati Indoneżjani u internazzjonali biex jistaqsu dwar liċenzji FLEGT li jkunu inħarġu?

4.4.   Mekkaniżmu biex ikunu ttrattati lmenti

Hemm mekkaniżmu adegwat biex ikunu ttrattati lmenti u disputi li jinqalgħu minn liċenzjar. Dan il-mekkaniżmu jagħmilha possibbli li kull ilment ikun ittrattat b’rabta mal-operazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar.

Mistoqsijiet ewlenin:

Hemm proċedura dokumentata biex ikunu ttrattati lmenti li tista’ tinkiseb mill-partijiet interessati kollha?

Huwa ċar kif ilmenti jkunu rċevuti, iddokumentati u skalati (meta jkun meħtieġ) u mwieġba?

5.   MONITORAĠĠ INDIPENDENTI

Il-Monitoraġġ Indipendenti (MI) jitmexxa mis-soċjetà ċivili tal-Indoneżja u huwa indipendenti minn elementi oħra tat-TLAS (dawk involuti fil-ġestjoni jew fir-regolamentazzjoni ta’ riżorsi tal-foresti u dawk involuti fl-awditjar indipendenti). Wieħed mill-objettivi ewlenin huwa ż-żamma tal-kredibbiltà tat-TLAS billi jsir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-verifika.

L-Indoneżja rrikonoxxiet formalment il-funzjoni tal-MI u qed tħalli lis-soċjetà ċivili tissottometti lmenti meta jinstabu irregolaritajiet fil-proċessi ta’ akkreditazzjoni, valutazzjoni u liċenzjar.

Mistoqsijiet ewlenin:

Il-gvern għamel il-linji gwida għall-MI disponibbli pubblikament?

Il-linji gwida jipprovdu rekwiżiti ċari dwar l-eliġibbiltà ta’ organizzazzjonijiet biex iwettqu funzjonijiet ta’ MI biex jiżguraw imparzjalità u jevitaw konflitti ta’ interess?

Il-linji gwida jipprovdu proċeduri għal aċċess għal informazzjoni li hemm fl-Anness IX?

Tista’ s-soċjetà ċivili jkollha aċċess fil-prattika għall-informazzjoni li hemm fl-Anness IX?

Il-linji gwida jipprovdu proċeduri għas-sottomissjoni ta’ lmenti? Dawn il-proċeduri jistgħu jinkisbu pubblikament?

Kienu ċċarati u stabbiliti dispożizzjonijiet dwar rapportar u żvelar pubbliku li japplikaw għal korpi ta’ verifika?


ANNESS IX

ŻVELAR PUBBLIKU TA’ INFORMAZZJONI

1.   DAĦLA

Il-partijiet huma marbutin li jiżguraw li informazzjoni ewlenija relatata mal-forestrija tkun disponibbli għall-pubbliku.

Dan l-Anness jipprovdi għal dan l-objettiv li jitħares billi jagħti profil (i) tal-informazzjoni relatata mal-forestrija li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, (ii) tal-korpi responsabbli biex dik l-informazzjoni tkun disponibbli, u (iii) tal-mekkaniżmi li bihom jista’ jkun hemm aċċess għaliha.

L-għan huwa li jkun żgurat li (1) operazzjonijiet tal-KKI matul implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ikunu trasparenti u mifhuma; (2) ikun jeżisti mekkaniżmu għall-Partijiet, kif ukoll għall-partijiet interessati rilevanti biex ikollhom aċċess għal informazzjoni ewlenija relatata mal-forestrija; (3) il-funzjonament tat-TLAS jissaħħaħ permezz tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni għal monitoraġġ indipendenti; u (4) jinkisbu objettivi akbar ta’ dan il-Ftehim. Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni għall-pubbliku tirrappreżenta kontribuzzjoni importanti għar-rinfurzar tal-governanza Indoneżjana tal-foresti.

2.   MEKKANIŻMI GĦAL AĊĊESS GĦAL INFORMAZZJONI

Dan l-Anness huwa konformi mal-Liġi Indoneżjana tal-Libertà ta’ Informazzjoni Nru 14/2008. Skont din il-Liġi huwa obbligatorju għal kull istituzzjoni pubblika li tiżviluppa regolamenti dwar aċċess għal informazzjoni mill-pubbliku. Il-liġi tiddistingwi erba’ kategoriji ta’ informazzjoni: (1) informazzjoni disponibbli u mxerrda b’mod attiv fuq bażi regolari; (2) informazzjoni li għandha ssir pubblika mingħajr dewmien; (3) informazzjoni li hija disponibbli f’kull żmien u mogħtija meta tintalab; u (4) informazzjoni li hija ristretta jew kunfidenzjali.

Il-Ministeru għall-Forestrija (Ministeru għall-Forestrija), uffiċċji provinċjali u distrettwali, il-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni (KAN), il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità (KVK), l-awtoritajiet tal-liċenzji huma kollha istituzzjonijiet sinifikanti fil-funzjonament tat-TLAS u, għalhekk, huma obbligati bħala parti mid-dmirijiet tagħhom li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-forestrija lill-pubbliku.

Biex jimplimenta l-imsemmija Liġi, il-Ministeru għall-Forestrija, uffiċċji provinċjali u distrettwali u aġenziji pubbliċi oħra, inkluż il-KAN, żviluppaw jew qed jiżviluppaw proċeduri biex informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku.

Il-KAN jeħtieġlu wkoll li jagħmel informazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont ISO/IEC 17011:2004, klawżola 8.2-Obbligazzjoni tal-korp ta’ akkreditazzjoni. Korpi ta’ verifika u awtoritajiet tal-liċenzji jeħtiġilhom jagħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija u ISO/IEC 17021:2006 klawżola 8.1-Informazzjoni aċċessibbli pubblikament u l-Gwida 65 ISO/IEC:1996 klawżola 4.8-Dokumentazzjoni.

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiffunzjonaw bħala wieħed mis-sorsi ta’ informazzjoni relatata mal-forestrija skont Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija.

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Ministru għall-Forestrija ħareġ ir-Regolament Nru P.7/Menhut-II/2011, li jipprevedi li talbiet għal informazzjoni miżmuma mill-Ministeru għall-Forestrija għandhom ikunu indirizzati lid-Direttur taċ-Ċentru għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru għall-Forestrija f’politika ta’ informazzjoni ċentralizzata. Gwida ulterjuri ta’ implimentazzjoni qed tkun żviluppata mill-Ministeru għall-Forestrija. Informazzjoni disponibbli f’uffiċċji forestali reġjonali, provinċjali u distrettwali jista’ jkun hemm aċċess għaliha direttament.

Biex dan l-Anness ikun jista’ jitħaddem, il-proċeduri/linji gwida/istruzzjonijiet biex l-istituzzjonijiet imsemmija jwieġbu għal talbiet għal informazzjoni jeħtiġilhom ikunu żviluppati u approvati. Barra dan, id-dispożizzjonijiet dwar rapportar u żvelar pubbliku li japplikaw għal korpi ta’ verifika u għal Awtoritajiet tal-Liċenzji għandhom ikunu ċċarati.

3.   IL-KATEGORIJI TA’ INFORMAZZJONI UŻATI GĦAR-RINFORZ TAL-MONITORAĠĠ U TAL-EVALWAZZJONI TAL-FUNZJONAMENT TAT-TLAS

Liġijiet u regolamenti: Il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards u l-linji gwida kollha elenkati fl-istandards ta’ legalità.

Allokazzjoni ta’ artijiet u foresti: mapep ta’ allokazzjonijiet ta’ artijiet u pjanti spazjali provinċjali, proċeduri għal allokazzjoni ta’ artijiet, konċessjoni ta’ foresti jew drittijiet ta’ użu u drittijiet oħra ta’ sfuttament u pproċessar, u dokument relatat bħal mepep ta’ konċessjonijiet, permess għal rilaxx ta’ żona ta’ foresta, dokumenti ta’ titoli għal artijiet u mapep ta’ titoli ta’ artijiet.

Prattiki ta’ ġestjoni ta’ foresti: pjanijiet għal użu ta’ foresti, pjanijiet annwali ta’ xogħlijiet, inklużi mapep u permess għal tagħmir, minuti ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ komunitajiet fi u madwar żona ta’ permess meħtieġa għall-iżvilupp tal-pjanijiet annwali ta’ xogħlijiet, pjan ta’ ħidma u annessi dwar sfruttament ta’ injam tal-foresti, dokumenti dwar Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u minuti ta’ laqgħat ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi meħtieġa għall-iżvilupp tar-rapporti tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, rapporti dwar produzzjoni ta’ zkuk, u dejta minn inventarji ta’ injam mhux maqtugħ f’art ta’ foresti proprjetà tal-Istat.

Informazzjoni dwar trasport u katini ta’ provvista, p.eż. dokumenti u annessi ta’ trasport ta’ zkuk jew ta’ prodotti tal-foresti u rapporti ta’ rikonċiljazzjoni ta’ injam, dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ trasport bejn gżejjer u dokumenti li juru l-identità ta’ vapuri.

Informazzjoni dwar ipproċessar u industriji: p.eż. att ta’ twaqqif ta’ kumpanija, liċenzja ta’ negozju u numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kumpanija, rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, liċenzja ta’ negozju industrijali jew numri ta’ reġistrazzjonijiet industrijali, pjanijiet ta’ provvista ta’ materja prima industrijali għal industriji primarji ta’ prodotti ta’ foresti, reġistrazzjoni tal-esportatur ta’ prodotti tal-industrija tal-foresti, rapporti dwar materja prima u prodotti pproċessati, lista ta’ detenturi ta’ drittijiet għal ipproċessar, u informazzjoni dwar kumpaniji ta’ pproċessar sekondarju.

Tariffi relatati ma’ foresti: p.eż. tariffi ta’ ħlas abbażi ta’ żona u fatturi ta’ formoli ta’ ħlas, ordnijiet ta’ ħlas u fatturi għal tariffi għal riżorsi għal riforestazzjoni u forestrija.

Informazzjoni dwar verifika u liċenzjar: gwida tal-kwalità u standard ta’ proċeduri għal akkreditazzjoni; l-isem u l-indirizz ta’ kull KVK akkreditat, dati tal-għoti ta’ akkreditazzjoni u dati ta’ skadenza; kampijiet ta’ applikazzjoni ta’ akkreditazzjoni; lista tal-persunal ta’ KVK (awdituri, dawk li jieħdu deċiżjonijiet) assoċjati ma’ kull ċertifikat; kjarifika dwar x’titqies informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali; pjan ta’ awditjar biex ikun magħruf meta jsiru konsultazzjonijiet pubbliċi; tħabbir ta’ awditjar minn KVK; minuti minn konsultazzjonijiet pubbliċi ma’ KVK, inkluża lista ta’ parteċipanti; sommarju pubbliku ta’ riżultat ta’ awditjar; rapporti ta’ sommarji minn korp ta’ awditjar dwar ħruġ ta’ ċertifikati; rapport dwar status għall-awditjar kollu: ċertifikati mgħoddijin, falluti, dawk li jkunu għadhom qed jiġu pproċessati, mogħtijin, sospiżi u rtirati u kull bidla għal dan ta’ hawn fuq; każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità rilevanti għal awditjar u liċenzjar u l-azzjoni meħuda biex ikunu ttrattati; liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġin; rapporti regolari ta’ sommarji minn awtoritajiet tal-liċenzji.

Proċeduri ta’ monitoraġġ u lmenti: proċeduri standard ta’ operazzjoni għal ilmenti lil KAN, korpi ta’ verifika u awtoritajiet tal-liċenzji, inklużi proċeduri għall-monitoraġġ tal-progress ta’ rapporti ta’ lmenti u għeluq ta’ rapport dwar ilmenti.

Lista ta’ dokumenti ewlenin ta’ rilevanza għall-monitoraġġ ta’ foresti, l-aġenziji li jkollhom dawn id-dokumenti, kif ukoll il-proċedura li biha din l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb jinsabu fl-appendiċi to dan l-Anness.

4.   KATEGORIJI TA’ INFORMAZZJONI UŻATI GĦAR-RINFURZAR TA’ OBJETTIVI AKBAR TA’ FSV

1.

Reġistrazzjoni ta’ Diskussjonijiet fil-KKI

2.

Ir-rapport annwali tal-KKI li jagħti profil ta’:

(a)

il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam esportati mill-Indoneżja lill-Unjoni bl-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti, u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-importazzjoni lill-Unjoni tkun saret;

(b)

l-għadd ta’ liċenzji FLEGT maħruġin mill-Indoneżja;

(c)

il-progress fil-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u affarijiet b’rabta mal-implimentazzjoni tiegħu;

(d)

l-azzjonijiet biex prodotti tal-injam maħdumin illegalment ma jitħallewx ikunu esportati, importati, u mqiegħda jew ikkummerċjalizzati fis-suq domestiku;

(e)

il-kwantitajiet ta’ injam u prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja u azzjonijiet meħuda biex ma jitħalliex li jkun hemm importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin illegalment u tinżamm l-integrità tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT;

(f)

il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT u l-azzjoni meħuda biex ikunu ttrattati;

(g)

il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam importati fl-Unjoni bl-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih tkun saret l-importazzjoni lill-Unjoni;

(h)

l-għadd ta’ liċenzji FLEGT mill-Indoneżja li rċeviet l-Unjoni;

(i)

l-għadd ta’ każijiet u kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam involuti li dwarhom kienu saru konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji Indoneżjana.

3.

Rapport sħiħ u rapport sommarju tal-EP.

4.

Rapport sħiħ u rapport sommarju tal-MIS.

5.

Ilmenti dwar l-EP u l-MIS u dwar kif kienu ttrattati.

6.

Skeda ta’ żmien għal implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u prospett ta’ attivitajiet imwettqa.

7.

Kull dejta u informazzjoni oħra ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-Ftehim. Dan jinkludi:

 

Informazzjoni legali:

It-test ta’ dan il-Ftehim, l-Annessi tiegħu u kull emenda

It-test tal-liġijiet u r-regolamenti kollha msemmija fl-Anness II

Regolamenti u proċeduri ta’ implimentazzjoni

 

Informazzjoni dwar produzzjoni:

Total ta’ produzzjoni annwali ta’ injam fl-Indoneżja;

Volumi annwali ta’ prodotti tal-injam esportati (total u lill-Unjoni);

 

Informazzjoni dwar allokazzjoni ta’ konċessjonijiet:

Erja totali ta’ konċessjonijiet ta’ forestrija allokata;

Lista ta’ konċessjonijiet, l-ismijiet tal-kumpaniji li lilhom kienu allokati u l-ismijiet tal-kumpaniji li jiġġestuhom;

Mappa ta’ postijiet tal-konċessjonijiet kollha ta’ qtugħ ta’ siġar;

Lista ta’ kumpaniji ta’ forestrija rreġistrati (produzzjoni, ipproċessar, kummerċ u esportazzjonijiet);

Lista ta’ kumpaniji ta’ forestrija ċċertifikati skont l-SVLK (produzzjoni, ipproċessar, kummerċ u esportazzjonijiet);

 

Informazzjoni dwar ġestjoni:

Lista ta’ konċessjonijiet ġestiti skont it-tip;

Lista ta’ konċessjonijiet ta’ forestrija ċertifikati u t-tip ta’ ċertifikat li bih ikunu ġestiti;

 

Informazzjoni dwar awtoritajiet:

Lista ta’ Awtoritajiet tal-Liċenzji fl-Indoneżja, inkluż l-indirizz u dettalji ta’ kuntatt;

Indirizz u dettalji ta’ kuntatt tal-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji;

Lista ta’ awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni, inkluż indirizz u dettalji ta’ kuntatt;

Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-websajts tal-Partijiet.

5.   IMPLIMENTAZZJONI TA’ DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ŻVELAR PUBBLIKU

Bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness il-Partijiet għandhom jivvalutaw:

Il-ħtieġa għall-formazzjoni ta’ ħiliet dwar l-użu ta’ informazzjoni pubblika għal monitoraġġ indipendenti;

Il-ħtieġa li jikber l-għarfien min-naħa tas-settur pubbliku u minn partijiet interessati dwar id-dispożizzjonijiet dwar żvelar pubbliku li hemm f’dan il-Ftehim.

Appendiċi

INFORMAZZJONI GĦAL RINFURZAR TAL-VERIFIKA, IL-MONITORAĠĠ U L-FUNZJONAMENT TAT-TLAS

Nru

Dokument li għandu jsir disponibbli pubblikament

Aġenziji li jkollhom id-dokument

Kategorijata’ Informazzjoni

INJAM MINN FORESTI FUQ ARTIJIET PROPRJETÀ TAL-ISTAT (IUPHHK-HA/HPH, IUPHHK-HTI/HPHTI,IUPHHK RE) u INJAM MINN FORESTI FUQ ARTIJIET PROPRJETÀ TAL-ISTAT ĠESTITI MINN KOMUNITAJIET LOKALI (IUPHHK-HTR, IUPHHK-HKM)

1

Permessi għal Drittijiet ta’ Konċessjonijiet ta’ Foresti

(SK IUPHHK-HA/HPH, IUPHHK- HTI/HPHTI, IUPHHK RE)

Ministeru tal-Forestrija (BUK); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

2

Mapep ta’ konċessjonijiet

Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

3

Permessi għall-Użu ta’ Prodotti tal-Injam tal-Foresti ta’ Produzzjoni:

SK IUPHHK-HTR, IUPHHK- HKm

Ministeru tal-Forestrija (BUK); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

4

Mapep għall-Użu ta’ Prodotti tal-Injam tal-Foresti ta’ Produzzjoni

Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

5

Pjan ta’ Użu ta’ Foresti (TGHK)

Ministeru tal-Forestrija(BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

6

Pjan ta’ Ħidma ta’ Sfruttament ta’ Injam tal-Foresti (RKUPHHK) u annessi, inkluż permess għal tagħmir

Ministeru tal-Forestrija(BUK)

3

7

Tariffa ta’ Permess ta’ Ordni ta’ Ħlas ta’ IUPHHK (SPP) u formola ta’ ħlas

Ministeru tal-Forestrija (BUK)

3

8

Pjan Annwali ta’ Ħidma (RKT/ Pjan Dettaljat), inkluża mappa

Uffiċċji forestali provinċjali; kopji f’uffiċċji forestali distrettwali

3

9

Dokumenti ta’ rapporti dwar fili u produzzjoni (LHP u LHC)

Uffiċċji forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji provinċjali

3

10

Dokumenti ta’ trasport (skshh)

Uffiċċju forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji forestali provinċjali

3

11

Rapport ta’ rikonċiljazzjoni ta’ zkuk (LMKB)

Uffiċċji forestali distrettwali u unità lokali tal-Ministeru tal-Forestrija (BP2HP)

3

12

Ordni ta’ Ħlas u formola għal tariffa ta’ produzzjoni (SPP)

(skont iz-zkuk/volum)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

13

Irċevuta ta’ ħlas ta’ Tariffa għal Riżorsi Forestali u ta’ Tariffa għall-Fond ta’ Riforestazzjoni

(PSDH jew DR għal detenturi ta’ liċenzji ta’ foresti naturali jew PSDH għal detenturi ta’ liċenzji ta’ foresti ta’ pjantaġġuni)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

14

Dokumenti ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA)

(AMDAL, ANDAL, RKL and RPL)

Uffiċċju ambjentali provinċjali jew distrettwali (BAPEDALDA jew BLH); kopji fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK)

3

INJAM MINN ART PRIVATA

15

Dokument ta’ titolu validu għal art

Uffiċċju nazzjonali jew provinċjali/distrettwali ta’ aġenzija ta’ artijiet (BPN)

3

16

Titolu għal art/mapep ta’ postijiet

Uffiċċju nazzjonali jew provinċjali/distrettwali ta’ aġenzija ta’ artijiet (BPN)

3

17

Dokument ta’ trasport SKAU jew SKSKB ta’ zkuk stampat b’KR (Injam Komunitarju)

Kap ta’ raħal (SKAU); kopji f’uffiċċji forestali distrettwali (SKSKB-KR u SKAU).

3

INJAM MINN ART TA’ KONVERŻJONI TA’ FORESTA (IPK)

18

Liċenzji għal użu ta’ injam: ILS/IPK, inkluż permess għal tagħmir

Uffiċċji forestali distrettwali u provinċjali

3

19

Mapep mehmużin ma’ ILS/IPK

Uffiċċji forestali distrettwali u provinċjali

3

20

Permess għal rilaxx ta’ zona forestali

Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN) u Unità Provinċjali tal-Ministeru tal-Forestrija (BPKH)

3

21

Pjan ta’ ħidma IPK/ILS

Uffiċċji forestali distrettwali

3

22

Dejta minn inventarji ta’ injam mhux maqtugħ f’art ta’ foresti proprjetà tal-Istat li jkollha tiġi kkonvertita (sezzjoni fi pjan ta’ ħidma IPK/ILS)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

23

Dokument ta’ produzzjoni ta’ injam (LHP)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

24

Irċevuta ta’ ħlas DR u PSDH (ara nru 13)

Uffiċċji forestali distrettwali; kopji fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK)

3

25

Dokumenti ta’ trasport FAKB u l-annessi għal KBK u SKSKB u l-annessi għal KB

Uffiċċji forestali distrettwali

3

INDUSTRIJA BBAŻATA FUQ IL-FORESTI

26

Kuntratt ta’ Stabbiliment tal-Kumpanija

Ministeru għal-Liġi u d-Drittijiet tal-Bniedem; għal industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6 000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6 000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali; għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija.

3

27

Liċenzja Kummerċjali (SIUP)

Uffiċċju tal-investiment lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD), Ministru għall-Kummerċ. Għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija.

3

28

Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (TDP)

Uffiċċju tal-investiment lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD) u l-Ministru għall-Kummerċ

3

29

Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA) (UKL/UPL u SPPL)

Uffiċċji ambjentali provinċjali u distrettwali (BAPEDALDA jew BLH); kopji fl-uffiċċju kummerċjali lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD)

3

30

Liċenzja Kummerċjali Industrijali (IUI) jew Numru ta’ Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6 000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6 000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali, b’kapaċità inqas minn 2 000 m3 kopja f’Uffiċċji forestali distrettwali; għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija.

3

31

Pjan tal-Provvistra tal-Materja Prima Industrijali (RPBBI) għal Industriji tal-Prodotti Forestali Primarji (IPHH)

Industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6 000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6 000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali, b’kapaċità inqas minn 2 000 m3 kopja f’Uffiċċji forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali.

3

32

Esportatur Reġistrat tal-Prodott Industrijali Forestali (ETPIK)

Ministru għall-Kummerċ

3

33

Dokumenti tat-trasport (SKSKB, FAKB, SKAU u/jew FAKO)

Kap tal-villaġġ (SKAU); kopji fl-uffiċċji forestali distrettwali (SKSKB-KR, SKAU), kopji ta’ FAKO f’uffiċċji forestali provinċjali

3

34

Dokumenti li jirrapportaw tibdil fil-ħażniet taz-zkuk tondi (LMKB/LMKBK)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

35

Rapport tal-Prodott Ipproċessat (LMOHHK)

Uffiċċji forestali distrettwali, kopji lill-uffiċċji tal-forestrija provinċjali

3

36

Dokument kummerċjali tal-injam bejn gżira u oħra (PKAPT)

Ministru għall-Kummerċ (DĠ Kummerċ Domestiku)

3

37

Dokument li juri l-identità tal-bastiment

Uffiċċju Amministrattiv tal-Port Lokali (taħt il-Ministeru tat-Trasport); kopja fil-Bureau tal-Klassifikazzjoni Indoneżjan (BKI)

3

INFORMAZZJONI RELEVANTI OĦRA

38

Liġijiet u regolamenti: Il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards u l-linji gwida kollha elenkati fl-istandards ta’ legalità

Ministeru tal-Forestrija, Uffiċċji forestali provinċjali jew distrettwali

3

39

Informazzjoni dwar Verifika u Liċenzjar:

 

 

(a)

gwida tal-kwalità u standard ta’ proċeduri għal akkreditazzjoni

Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN)

1

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ kull korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat (LP u LV)

Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN)

1

(c)

lista tal-persunal (awdituri, dawk li jieħdu deċiżjonijiet) assoċjati ma’ kull ċertifikat

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV), Ministeru tal-Forestrija

1

(d)

kjarifika dwar x’titqies informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

(e)

pjan ta’ awditjar biex ikun magħruf meta jsiru konsultazzjonijiet pubbliċi; tħabbir ta’ awditjar minn korp tal-verifika, sommarju pubbliku tar-riżultat ta’ awditjar; rapporti ta’ sommarji minn korp ta’ awditjar dwar ħruġ ta’ ċertifikati

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

40

Rapporti dwar l-istatus għall-awditjar:

 

 

(a)

ċertifikati li jkunu għaddew, li ma jkunux għaddew, dawk li jkunu għadhom qed jiġu pproċessati, li jkunu ngħataw, li jkunu ġew sospiżi u rtirati u kull bidla għal dan ta’ hawn fuq

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

(b)

każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità rilevanti għal awditjar u liċenzjar u l-azzjoni meħuda għall-indirizzar tagħhom;

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

3

(c)

Liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġin (Dokument V-Legali); rapporti perjodiċi mill-korp tal-ħruġ tal-liċenzji

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

41

Proċeduri ta’ monitoraġġ u lmenti:

 

 

(a)

proċeduri standard ta’ operat għal ilmenti lil korp ta’ akkreditazzjoni u lil kull korp ta’ verifika

Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN), korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

(b)

proċeduri tas-soċjetà ċivili għall-monitoraġġ, ilmenti, rapporti mill-monitor tas-soċjetà ċivili

Ministeru tal-Forestrija, Monitor Indipendenti

1

(c)

dokumenti li jimmonitorjaw il-progress ta’ rapporti ta’ lmenti u r-rapport ta’ solvien tal-ilment

Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN), korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

3

Proċeduri għall-ksib ta’ informazzjoni:

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (UU 14/2008) jagħmel distinzjoni bejn erba’ kategoriji ta’ informazzjoni: (1) informazzjoni disponibbli u mqassma b’mod attiv fuq bażi regolari; (2) informazzjoni li għandha tkun magħmula pubblika minnufih; (3) informazzjoni li hija magħmula pubblika f’kull ħin u pprovduta malli tkun mitluba u (4) informazzjoni ristretta jew kunfidenzjali.

Informazzjoni skont il-kategorija 3 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni hija pprovduta lill-pubbliku meta din tintalab lil korp maħtur apposta (PPID) fi ħdan l-istituzzjoni rispettiva, eż. Ċentru tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru tal-Forestrija. Kull istituzzjoni għandha r-regolament implimentattiv tagħha stess fuq l-informazzjoni pubblika, abbażi tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Xi informazzjoni, għalkemm taqa’ taħt il-Kategorija 3 taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni hija ppubblikata fuq is-siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet relevanti, inter alia: digrieti u regolamenti, mapep ta’ allokazzjoni tal-art, pjanijiet tal-użu tal-foresti.