5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/1


DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

tat-22 ta’ Frar 2013

fir-rigward tal-emendament tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim

(2013/479/UE)

IL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (1) (“il-Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

Taħt l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit mill-Ftehim Agrikolu (“il-Kumitat Veterinarju Konġunt”) huwa responsabbli biex jikkunsidra kull materja li tirrileva ruħha b’konnessjoni ma’ dak l-Anness u mal-implimentazzjoni tiegħu u biex jitwettqu l-kompiti previsti fih. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt biex jemenda l-Appendiċijiet tiegħu, b’mod partikolari bil-għan li jadattahom u jaġġornahom.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt (2) kienet dik li emendat l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għall-ewwel darba.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt (3) kienet dik li emendat l-aħħar l-Appendiċijiet 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu.

(5)

Saru emendi f’għadd ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropa u tal-Isvizzera mill-aħħar emendament tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu li sar bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. B’mod partikolari, ġiet emendata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropa li tikkonċerna l-prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(6)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropa dwar il-protezzjoni tal-annimali fil-mument tal-qatla ġiet emendata u r-Regolament (KE) Nru 1099/2009 tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (4) daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2009 u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Għall-prodotti tal-annimali esportati lejn l-Unjoni Ewropa, il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw rekwiżiti li tal-inqas huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dak ir-Regolament. L-Isvizzera adottat leġiżlazzoni ekwivalenti għal dik tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Għaċ-ċertifikazzjoni li prodotti Svizzeri fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali fil-mument tal-qatla jissodisfaw rekwiżiti li huma għall-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 ikun meħtieġ li jerggħu jiġu introdotti ċertifikati bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. Tali re-introduzzjoni ta’ ċertifikati toħloq piż amministrattiv sproporzjonat. Id-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt għandha għalhekk tipprovdi għall-applikazzjoni retroattiva tagħha b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

(8)

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

(9)

L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huma b’dan emendati b’konformità mal-Annessi I sa VI ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, stabbilita f’żewġ eżemplari, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti jew persuni oħrajn li jkollhom is-setgħa li jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-Ftehim Agrikolu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika retroattivament b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2013.

Għall-Konfederazzjoni Svizzera

Il-kap tad-delegazzjoni

Hans WYSS

Għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-kap tad-delegazzjoni

Lorenzo TERZI


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(2)  Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li temenda l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim (2004/78/KE) (ĠU L 23, 28.1.2004, p. 27).

(3)  Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tal-1 ta’ Diċembru 2010 fir-rigward tal-emendament tal-Appendiċijiet 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 50).

(4)  ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.


ANNESS I

I.

It-Taqsima II: Deni klassiku tal-ħnieżer, l-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“II.   Deni klassiku tal-ħnieżer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 2001/89/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).

1.

Il-liġi dwar il-mard epiżootiku tal-1 ta’ Lulju 1966 (LFE; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikoli 1, 1a u 9a (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna, skopijiet tal-ġlieda) u 57 (dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tat-tip tekniku, kollaborazzjoni internazzjonali) tagħha;

2.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna), 40 sa 47 (tneħħija u sfruttar tal-iskart), 49 (manipulazzjoni ta’ mikroorganiżmi patoġeni għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfettar), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna), 116 sa 121 (identifikazzjoni tad-deni tal-ħnieżer waqt it-tbiċċir, miżuri speċifiċi fir-rigward tal-ġlieda kontra d-deni tal-ħnieżer) tagħha;

3.

Ordni tal-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija, (OrgDFE; RS 172.216.1), b’mod partikolari l-Artikolu 8 (il-laboratorju ta’ referenza) tagħha;

4.

Ordni tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju veterinarju federali jikkomunikaw il-pjan tagħhom li jniedu tilqima ta’ urġenza. Fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt se jiġu organizzati xi konsultazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun.

2.

Jekk ikun hemm bżonn u b’konformità mal-Artikolu 117(5) tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Uffiċċju veterinarju federali joħroġ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tat-tip tekniku f’dak li għandu x’jaqsam mal-ittimbrar u t-trattament tal-laħmijiet li ġejjin minn żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza.

3.

B’konformità mal-Artikolu 121 tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera għandha pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2001/89/KE.

4.

B’konformità mal-Artikolu 97 tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq il-websajt tal-Uffiċċju veterinarju federali.

5.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2001/89/KE u l-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

6.

Jekk ikun hemm bżonn, b’konformità mal-Artikolu 89(2) tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Uffiċċju veterinarju federali joħroġ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tat-tip tekniku f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll seroloġiku tal-ħnieżer fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza skont il-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE (**).

7.

Il-laboratorju komuni ta’ referenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer għandu jkun Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, 15 Bünteweg 17, D-30559, Hannover, il-Ġermanja. L-Isvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għall-operazzjonijiet li jirriżultaw minn din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-kompitu huma dawk previsti mill-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.

(*)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012."

(**)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE tal-1 ta’ Frar 2002 li tapprova Manwal Djanjostiku li jwaqqaf proċeduri djanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-majjali (ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71).”."

II.

It-Taqsima III: Deni Afrikan tal-ħnieżer, l-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“III.   Deni Afrikan tal-ħnieżer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (***)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 2002/60/KE tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

1.

Il-liġi dwar il-mard epiżootiku tal-1 ta’ Lulju 1966 (LFE; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikoli 1, 1a u 9a (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna, skopijiet tal-ġlieda) u 57 (dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tat-tip tekniku, kollaborazzjoni internazzjonali) tagħha;

2.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna), 40 sa 47 (tneħħija u sfruttar tal-iskart), 49 (manipulazzjoni ta’ mikroorganiżmi patoġeni għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfettar), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna), 116 sa 121 (identifikazzjoni tad-deni tal-ħnieżer waqt it-tbiċċir, miżuri speċifiċi fir-rigward tal-ġlieda kontra d-deni tal-ħnieżer) tagħha;

3.

Ordni tal-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija (OrgDFE; RS 172.216.1), b’mod partikolari l-Artikolu 8 (il-laboratorju ta’ referenza) tagħha;

4.

Ordni tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għad-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa: Centro de Investigación en Sanidad Animal, 28130 Valdeolmos, Madrid, Spanja. L-Isvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għall-operazzjonijiet li jirriżultaw minn din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-kompitu ta’ dan il-laboratorju huma dawk previsti mill-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE.

2.

B’konformità mal-Artikolu 97 tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq il-websajt tal-Uffiċċju veterinarju federali.

3.

Jekk ikun hemm bżonn, b’konformità mal-Artikolu 89, paragrafu 2 tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Uffiċċju veterinarju federali joħroġ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tat-tip tekniku skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2003/422/KE (****) fir-rigward tad-djanjostika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

4.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/60/KE u l-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

(***)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012."

(****)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 li tapprova manwal għad-dijanjosi ta’ African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35).”."

III.

It-Taqsima VI: Marda ta’ Newcastle, Appendiċi 1 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“VI.   Marda ta’ Newcastle

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 92/66/KEE tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1).

1.

Il-liġi dwar il-mard epiżootiku tal-1 ta’ Lulju 1966 (LFE; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikoli 1, 1a u 9a (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna, skopijiet tal-ġlieda) u 57 (dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tat-tip tekniku, kollaborazzjoni internazzjonali) tagħha;

2.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (LFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna), 40 sa 47 (tneħħija u sfruttar tal-iskart), 49 (manipulazzjoni ta’ mikroorganiżmi patoġeni għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfettar), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed malajr ħafna), 122 sa 125 (miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda ta’ Newcastle) tagħha;

3.

Ordni tal-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija (OrgDFE; RS 172.216.1), b’mod partikolari l-Artikolu 8 (il-laboratorju ta’ referenza) tagħha;

4.

Struzzjoni (id-Direttiva teknika) tal-Uffiċċju veterinarju federali tal-20 ta’ Ġunju 1989 dwar il-ġlieda kontra l-paramyxovirus tal-ħamiem (Bull. Uff. vet. fed. 90(13) p. 113 (tilqima eċċ.));

5.

Ordni tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda ta’ Newcastle huwa: Central Veterinary Laboratory, New Haw, Weybridge, Surrey KT15 3NB, United Kingdom. L-Isvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għall-operazzjonijiet li jirriżultaw minn din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-kompitu ta’ dan il-laboratorju huma dawk previsti mill-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE.

2.

B’konformità mal-Artikolu 97 tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ urġenza ppubblikat fuq il-websajt tal-Uffiċċju veterinarju federali.

3.

It-tagħrif previst fl-Artikolu 17 u 19 tad-Direttiva 92/66/KEE huwa r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt.

4.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 92/66/KEE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

(*****)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.”"

IV.

It-Taqsima VIII: Enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu, l-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“VIII.   Enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu

A.   LEĠIŻLAZZJONI (******)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

1.

Ordni tat-23 ta’ April 2008 dwar it-trattament xieraq tal-annimali (OPAn; RS 455.1), u b’mod partikolari l-Artikolu 184 (Metodi ta’ sturdament) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

3.

Liġi tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar il-prodotti tal-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (LDAl; RS 817.0), u b’mod partikolari l-Artikoli 24 (Spezzjoni u teħid ta’ kampjuni), 40 (Kontroll tal-prodotti tal-ikel) tagħha;

4.

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFI dwar il-prodotti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 7 (partijiet mill-karkassa li l-użu tagħhom huwa pprojbit) tagħha;

5.

Ordni tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 6 (Definizzjonijiet u taqsiriet), 36 (Liċenzji), 61 (Obbligu ta’ tħabbir), 130 (Sorveljanza tal-bhejjem mill-Isvizzera), 175 sa 181 (Enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu), 297 (Twettiq ġewwa l-pajjiż), 301 (Kompiti tal-veterinarju tad-distrett awtonomu), 303 (Taħriġ u speċjalizzazzjoni tal-veterinarji uffiċjali) u 312 (Laboratorji għad-djanjostika) tagħha;

6.

Ordni tal-10 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Katalgu tal-għalf għall-annimali (OLALA; RS 916.307.1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 (Trasport ta’ għalf għall-annimali ta’ trobbija), l-Anness 1, parti 9 (Prodotti tal-annimali terrestri), parti 10 (Ħut, annimali oħrajn li jgħixu fil-baħar, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom), u l-Anness 4 (lista ta’ sustanzi projbiti) tagħha;

7.

Ordni tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSEs) huwa: The Veterinary Laboratories Agency, Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għall-operazzjonijiet li jirriżultaw minn din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-kompitu ta’ dan il-laboratorju huma dawk previsti mill-Anness X, Kapitolu B tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

2.

B’konformità mal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ urġenza għat-twettiq tal-miżuri tal-ġlieda kontra t-TSEs.

3.

B’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kull annimal issuspettat li huwa infettat b’enċefalopatija sponġiformi li tittieħed jiġi sottomess għal restrizzjoni uffiċjali fiċ-ċaqliq sakemm joħorġu r-riżultati ta’ analiżi klinika u epidemjoloġika mwettqa mill-awtorità kompetenti, jew jinqatel biex jiġi eżaminat fil-laboratorju taħt kontroll uffiċjali.

B’konformità mal-Artikoli 179b u 180a tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera tipprojbixxi t-tbiċċir tal-annimali ssuspettati li huma infettati b’TSE. L-annimali ssuspettati għandhom jinqatlu bla ħruġ ta’ demm u jinħarqu, u moħħhom irid jiġi ttestjat fil-laboratorju Svizzeru ta’ referenza għal TSEs.

B’konformità mal-Artikolu 10 tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera tidentifika l-annimali bovini bl-għajnuna ta’ sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li terġa’ tinstab ommhom u l-merħla ta’ oriġini tagħhom u sabiex jiġi kkonfermat li mhumiex wild ta’ baqar issuspettati jew baqar infettati b’enċefalopatija sponġiformi bovina.

B’konformità mal-Artikolu 179c tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, fl-Isvizzera jinqatlu l-annimali infettati b’BSE, mhux iktar tard minn wara tmiem il-fażi ta’ produzzjoni, l-annimali kollha tal-ispeċi bovina mwielda bejn sena qabel u sena wara t-twelid tal-annimal ikkontaminat u li, matul dan il-perjodu ta’ żmien, kienu jagħmlu parti mill-merħla, kif ukoll kull wild dirett tal-baqar ikkontaminati mwielda fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjożi.

4.

B’konformità mal-Artikolu 180b tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera toqtol l-annimali bi scrapie, l-ommijiet tagħhom, l-ulied diretti tal-ommijiet ikkontaminati kif ukoll in-nagħaġ u l-mogħoż kollha l-oħrajn tal-merħla, minbarra:

nagħaġ li tal-inqas għandhom allel ARR u ebda allel VRQ; u

annimali ta’ inqas minn xahrejn, li huma mrobbija għall-qatla biss. Ir-ras u l-organi tal-kavità addominali ta’ dawn l-annimali jitneħħew f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ordni dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA).

Bħala eċċezzjoni, fil-każ ta’ razez b’numri dgħajfa, tista’ tiġi evitata l-qatla tal-merħla. F’dan il-każ, il-merħla titqiegħed taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali għal sentejn u matulha jsir eżami kliniku tal-annimali darbtejn fis-sena. Jekk matul dan il-perjodu jinqatlu xi annimali, l-irjus tagħhom inklużi t-tunsilli tagħhom ikunu soġġetti għal analiżi fil-laboratorju Svizzeru ta’ referenza għal TSEs.

Dawn il-miżuri jiġu riveduti skont ir-riżultati tas-sorveljanza sanitarja tal-annimali. B’mod partikolari, il-perjodu ta’ sorveljanza jittawwal f’każ ta’ evidenza ta’ każ ġdid ta’ mard fost il-merħla.

Fil-każ ta’ konferma tal-BSE f’annimal ovin jew kaprin, l-Isvizzera timpenja ruħha sabiex tapplika l-miżuri previsti fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

5.

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu l-użu ta’ proteini ta’ annimali mibdula f’għalf tal-annimali ta’ trobbija miżmuma, imsemmna jew imrobbija għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea japplikaw projbizzjoni assoluta fuq l-użu ta’ proteini minn annimali fl-għalf ta’ ruminanti.

B’konformità mal-Artikolu 27 tal-Ordni dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA), l-Isvizzera implimentat projbizzjoni totali fuq l-użu tal-proteini minn annimali fl-għalf ta’ annimali ta’ trobbija.

6.

B’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u b’konformità mal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament imsemmi, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jimplimentaw programm annwali ta’ sorveljanza tal-BSE. Dan il-pjan jinkludi test rapidu tal-BSE fuq il-bovini kollha ta’ iktar minn 24 xahar imbiċċra b’urġenza, maqtula fir-razzett jew li jinstab li huma morda waqt l-ispezzjoni ante mortem u fuq l-annimali kollha ta’ iktar minn 30 xahar maqtula biex jiġu kkunsmati mill-bniedem.

It-testijiet rapidi għall-BSE użati mill-Isvizzera huma elenkati fl-Anness X, il-Kapitolu C tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

B’konformità mal-Artikolu 179 tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera twettaq test rapidu għal BSE b’mod obbligatorju fuq kull annimal bovin ta’ iktar minn 30 xahar maqtul b’urġenza, maqtul fir-razzett jew li jinstab li huwa marid matul l-ispezzjoni ante mortem kif ukoll fuq kampjun ta’ bovini ta’ iktar minn 30 xahar maqtula biex jiġu kkunsmati mill-bniedem.

7.

B’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u b’konformità mal-Kapitolu A tal-Anness III, tar-Regolament imsemmi, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jimplimentaw programm annwali ta’ sorveljanza ta’ scrapie.

B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 177 tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Isvizzera implimentat programm ta’ sorveljanza tat-TSEs fuq ovini u kaprini ta’ iktar minn 12-il xahar. L-annimali mbiċċra b’urġenza, maqtula fir-razzett jew li nstabu li huma morda matul l-ispezzjoni ante mortem kif ukoll l-annimali mbiċċra biex jiġu kkunsmati mill-bniedem ġew eżaminati matul il-perjodu li beda minn Ġunju 2004 u ntemm f’Lulju 2005. Meta l-kampjuni kollha rriżultaw negattivi għall-BSE, saret sorveljanza fuq kampjun ta’ annimali suspettati kliniċi, annimali maqtula b’urġenza u annimali li mietu fir-razzett.

L-għarfien tax-xebh tal-leġiżlazzjonijiet fir-rigward tas-sorveljanza tat-TSEs f’ovini u kaprini ser jerġa’ jiġi kkunsidrat fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt.

8.

It-tagħrif previst fl-Artikolu 6 u mal-Kapitolu B tal-Anness III u fl-Anness IV (3.III) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt.

9.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

C.   TAGĦRIF ADDIZZJONALI

1.

Mill-1 ta’ Jannar 2003 u wara li daħlet fis-seħħ l-Ordni tal-10 ta’ Novembru 2004 dwar l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet biex jitħallsu l-ispejjeż tat-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (RS 916.407), l-Isvizzera nediet inċentiv finanzjarju li jibbenefika lill-irziezet fejn jitwieldu l-bovini u l-biċċeriji fejn jinqatlu l-bovini, dejjem jekk jirrispettaw il-proċeduri ta’ dikjarazzjoni tal-moviment tal-annimali previsti mill-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

2.

B’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u b’konformità mal-Anness XI, punt 1 tar-Regolament imsemmi, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jneħħu u jeqirdu l-materjali speċifiċi ta’ riskju (SRM).

Il-lista tal-SRM estratti minn bovini jinvolvu l-kranju, ħlief ix-xedaq, inklużi l-enċefalu u l-għajnejn, kif ukoll is-sinsla tad-dahar tal-bovini ta’ iktar minn tnax-il xahar; il-kolonna vertebrali, ħlief għall-vertebri tad-denb, l-apofisi xewwieka u trasversali tal-vertebri ċervikali, toraċiċi u lombari u tal-krinjiera sagra medjana u l-ġwienaħ tal-ossu sagru, iżda inklużi l-gangliji tas-sinsla tad-dahar u s-sinsla tad-dahar ta’ annimali bovini li għandhom aktar minn erbgħa u għoxrin xahar; it-tunsilli, l-intestini, mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-annimali bovini ta’ kull età.

Il-lista tal-SRM estratti minn bovini jinvolvu l-kranju, inklużi l-enċefalu u l-għajnejn, it-tunsilli u s-sinsla tad-dahar ta’ ovini u kaprini ta’ iktar minn tnax-il xahar jew li għandhom sinna inċiżiva permanenti li spuntat fil-ħanek, kif ukoll il-milsa u l-ileu, ta’ ovini u kaprini tal-etajiet kollha.

B’konformità mal-Artikolu 179d tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku u tal-Artikolu 4 tal-Ordni dwar il-prodotti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Isvizzera implimentat politika ta’ rtirar tal-SRM mill-ktajjen alimentari tal-annimali u tal-bniedem. Il-lista ta’ SRM estratti minn bovini tinkludi primarjament il-kolonna vertebrali tal-annimali ta’ iktar minn 30 xahar, it-tunsilli, l-intestini mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-annimali ta’ kull età.

B’konformità mal-Artikolu 180c tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku u tal-Artikolu 4 tal-Ordni dwar il-prodotti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Isvizzera implimentat politika ta’ rtirar tal-SRM mill-ktajjen alimentari tal-annimali u tal-bniedem. Il-lista ta’ SRM estratti minn bovini tinkludi primarjament il-moħħ mhux estratt mill-kranju, is-sinsla tad-dahar bid-dura mater u t-tunsilli tal-annimali ta’ iktar minn 12-il xahar jew li għandhom sinna inċiżiva permanenti li spuntat fil-ħanek, il-milsa u l-ileu tal-annimali ta’ kull età.

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (*******) u r-Regolament (UE) Nru 142/2011 (********) jistabbilixxu r-regoli tas-saħħa applikabbli għall-prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

B’konformità mal-Artikolu 22 tal-Ordni dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, l-Isvizzera taħraq il-prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 1, inklużi l-materjali ta’ riskji speċifikati u l-annimali li jmutu fir-razzett.

(******)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012."

(*******)  Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1)."

(********)  Regolament (UE) Nru 142/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).”."



ANNESS II

L-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“Appendiċi 2

SAĦĦA TAL-ANNIMALI: KUMMERĊ U TQEGĦID FIS-SUQ

I.   Annimali Bovini u ħnieżer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 64/432/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi tal-pulizija sanitarja fir-rigward ta’ skambji intrakomunitarji ta’ annimali ta’ speċi bovina u ħnieżer (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 27 sa 31 (swieq, fieri), 34 sa 37 (kummerċ), 73 u 74 (tindif u diżinfettar), 116 sa 121 (deni Afrikan tal-ħnieżer), 135 sa 141 (marda ta’ Aujeszky), 150 sa 157 (bruċellożi bovina), 158 sa 165 (tuberkulożi), 166 sa 169 (lewkosi bovina enżootika), 170 sa 174 (IBR/IPV), 175 sa 195 (enċefalopatiji sponġiformi), 186 sa 189 (infezzjonijiet fil-ġenitali ta’ bovini), 207 sa 211 (bruċellożi tal-ħnieżer), 297 (ftehim tas-swieq, ċentri tal-ġbir, stazzjonijiet ta’ diżinfettar) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; 916.443.10).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

B’konformità mal-Artikolu 297, l-ewwel inċiż, tal-Ordni dwar il-mard epiżootiku, l-Uffiċċju veterinarju federali jipproċedi għall-approvazzjoni taċ-ċentri tal-ġbir hekk kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/432/KEE. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Isvizzera tħejji l-lista taċ-ċentri tal-ġbir approvati tagħha, tat-trasportaturi u tal-kummerċjanti.

2.

L-informazzjoni prevista fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 64/432/KEE titħalla f’idejn il-Kumitat veterinarju konġunt.

3.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Anness A, parti II, paragrafu 7, tad-Direttiva 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-bruċellożi bovina. Sabiex il-merħla bovina żżomm l-istatus tagħha b’mod uffiċjali bħala ħielsa mill-bruċellożi, l-Isvizzera hija marbuta li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Kull annimal tal-ispeċi bovina ssuspettat li huwa infettat bil-bruċellożi jrid ikun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti u jkun sottomess għat-testijiet uffiċjali ta’ riċerka għall-bruċellożi li jinkludu mill-inqas żewġ testijiet seroloġiċi bl-iffissar tal-komplement kif ukoll eżami mikrobijoloġiku ta’ kampjuni adattati meħuda f’każijiet ta’ abort;

(b)

Matul il-perjodu ta’ suspett li jinżamm sakemm it-testijiet speċifikati fil-punt (a) jagħtu riżultati negattivi, l-istatus ta’ uffiċċjalment ħielsa mill-bruċellożi jiġi sospiż fil-każ li l-merħla tinkludi l-annimal (jew l-annimali) issuspettat(i) tal-ispeċi bovina.

Tiġi kkomunikata informazzjoni dettaljata dwar il-bhejjem pożittivi kif ukoll rapport epidemjoloġiku lill-Kumitat veterinarju konġunt. Jekk l-Isvizzera ma tissodisfax xi waħda mill-kundizzjonijiet previsti fl-Anness A(II)(7) tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Uffiċċju veterinarju federali jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni. Is-sitwazzjoni tiġi eżaminata fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt biex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

4.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Anness A, parti I, paragrafu 4, tad-Direttiva 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mat-tuberkulożi bovina. Għall-fini taż-żamma tal-istatus tal-merħla bovina bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, l-Isvizzera hija marbuta tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

titwaqqaf sistema ta’ identifikazzjoni li tippermetti li wieħed jista’ jasal għall-merħliet ta’ oriġini ta’ kull annimal bovin;

(b)

kull annimal maqtul irid ikun sottomess għal spezzjoni post mortem li ssir minn veterinarju uffiċjali;

(c)

kull suspett ta’ tuberkulożi f’annimal ħaj, mejjet jew maqtul irid ikun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti;

(d)

f’kull każ, l-awtoritajiet kompetenti jipproċedu għall-investigazzjonijiet meħtieġa biex jinvalidaw jew jikkonfermaw is-suspett, inklużi għar-riċerki b’lura għall-merħliet tal-oriġini u ta’ ġarr. Meta jinstabu feriti suspettati b’tuberkulożi waqt l-awtopsja jew fil-biċċerija, l-awtoritajiet kompetenti jissottomettu dawn il-feriti għal eżami f’laboratorju;

(e)

l-istatus li l-merħliet tal-oriġini u ta’ ġarr tal-annimali bovini suspettati huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi huwa sospiż u din is-sospensjoni tinżamm sakemm l-eżamijiet kliniċi jew tal-laboratorju jew it-testijiet għat-tuberkulina jeliminaw l-eżistenza tat-tuberkulożi bovina;

(f)

meta s-suspett ta’ tuberkulożi huwa kkonfermat mit-testijiet għat-tuberkulina, permezz tal-eżamijiet kliniċi jew tal-laboratorju, jiġi rtirat l-istatus ta’ merħla uffiċċjalment ħielsa mit-tuberkulożi tal-merħliet tal-oriġini u ta’ ġarr;

(g)

l-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi ma jiġix stabbilit sakemm l-annimali kollha maħsuba li huma infettati ma jiġux eliminati mill-merħla; il-postijiet u t-tagħmir ma jiġux diżinfettati; il-bqija tal-annimali kollha, li għandhom iktar minn sitt ġimgħat, ma jkollhomx reazzjoni negattiva għal mhux inqas minn żewġ testijiet intradermali għat-tuberkulina uffiċjali f’konformità mal-Anness B tad-Direttiva 64/432/KEE, fejn tal-ewwel ikun sar mill-inqas sitt xhur wara li l-annimal infettat ikun ħalla l-merħla u t-tieni mill-inqas sitt xhur wara l-ewwel wieħed.

Għandha tiġi kkomunikata informazzjoni dettaljata dwar il-bhejjem pożittivi kif ukoll rapport epidemjoloġiku lill-Kumitat veterinarju konġunt. Jekk l-Isvizzera ma tibqax tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet previsti fl-Anness A, parti I, paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 64/432/KEE l-Uffiċċju veterinarju federali jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni. Is-sitwazzjoni tiġi eżaminata fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

5.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Anness D, Kapitolu I (F) tad-Direttiva 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-lewkosi bovina enżootika. Sabiex jinżamm l-istatus tal-merħla bovina bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enżootika, l-Isvizzera hija marbuta tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merħla Svizzera tiġi ssorveljata permezz ta’ kontroll bi stħarriġ. Il-volum tal-kampjun huwa ddeterminat b’mod li jrid jiġi kkonfermat, b’fiduċja ta’ 99 % li inqas minn 0,2 % tal-merħliet huma infettati bil-lewkosi bovina enżootika;

(b)

kull annimal maqtul irid jiġi sottomess għal spezzjoni post mortem li ssir minn veterinarju uffiċjali;

(c)

kull suspett waqt eżami kliniku, awtopsja jew kontroll tal-laħam irid jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti;

(d)

f’każ ta’ suspett jew meta hemm evidenza tal-ewkosi bovina enżootika, l-istatus uffiċjalment ħielsa huwa sospiż fil-merħla kkonċernata sakemm jintemm il-perjodu ta’ iżolament;

(e)

l-iżolament jintemm jekk, wara t-tneħħija tal-annimali infettati u, jekk jinqala’ l-każ, tal-għoġiela tagħhom, żewġ eżamijiet seroloġiċi li jsiru f’intervall ta’ mill-inqas 90 ġurnata jagħtu riżultat negattiv.

Jekk il-lewkosi bovina enżootika tkun ġiet ikkonfermata f’0,2 % tal-merħliet, l-Uffiċċju veterinarju federali jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni. Is-sitwazzjoni tiġi eżaminata fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

6.

Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa minn rinotrakeite bovina infettuża. Għall-fini taż-żamma ta’ dan l-istatus, l-Isvizzera hija marbuta tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merħla Svizzera hija ssorveljata permezz ta’ kontroll bi stħarriġ. In-numru tal-għażla għat-teħid ta’ kampjuni huwa ddeterminat b’mod li jikkonferma, b’fiduċja ta’ 99 %, li inqas minn 0,2 % tal-merħliet huma infettati bir-rinotrakeite bovina infettuża;

(b)

il-barrin ta’ trobbija li għandhom aktar minn 24 xahar għandhom jiġu sottomessi għal eżami seroloġiku;

(c)

kull suspett irid ikun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti u jrid jiġi sottomess għat-testijiet uffiċjali għal riċerka tar-rinotrakeite bovina infettuża li jinkludu testijiet viroloġiċi jew seroloġiċi;

(d)

f’każ ta’ suspett jew meta jkun hemm evidenza ta’ rinotrakeite bovina infettuża, l-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa jiġi sospiż fil-merħla kkonċernata sakemm jintemm l-iżolament;

(e)

l-iżolament jintemm, jekk eżami seroloġiku li jsir mhux aktar kmieni minn 30 ġurnata wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jagħti riżultat negattiv.

Bis-saħħa tar-rikonoxximent tal-istatus tal-Isvizzera, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2004/558/KE (1) japplikaw mutatis mutandis.

L-Uffiċċju veterinarju federali jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet li wasslu għar-rikonoxximent tal-istatus. Is-sitwazzjoni tiġi eżaminata fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt, sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

7.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky. Għall-fini taż-żamma ta’ dan l-istatus, l-Isvizzera hija marbuta tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merħla Svizzera tiġi ssorveljata permezz ta’ kontroll bi stħarriġ. In-numru ta’ kampjuni meħuda jiġi ddeterminat b’tali mod li jikkonferma, b’fiduċja ta’ 99 %, li inqas minn 0,2 % tal-merħliet huma infettati bil-marda ta’ Aujeszky;

(b)

kull suspett irid ikun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti u jrid jiġi sottomess għat-testijiet uffiċjali ta’ riċerka għall-marda ta’ Aujeszky li jinkludu testijiet viroloġiċi jew seroloġiċi;

(c)

f’każ ta’ suspett jew meta hemm evidenza tal-marda ta’ Aujeszky, l-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa jiġi sospiż fil-merħla kkonċernata sakemm jintemm l-iżolament;

(d)

l-iżolament jintemm meta, wara t-tneħħija tal-annimali infettati, żewġ eżamijiet seroloġiċi tal-annimali kollha ta’ trobbija u ta’ numru rappreżentattiv ta’ annimali tas-smin li jsiru f’intervall ta’ mill-inqas 21 ġurnata jagħtu riżultat negattiv.

Bis-saħħa tar-rikonoxximent tal-istatus tal-Isvizzera, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/185/KE (2) kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2010/434/UE (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L-Uffiċċju veterinarju federali jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet li wasslu għar-rikonoxximent tal-istatus. Is-sitwazzjoni tiġi eżaminata fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt, sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

8.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-gastroenterite trasmissibbli tal-ħnieżer (TGE) u s-sindromu riproduttiv u respiratorju tal-ħnieżer (PRRS), il-kwistjoni dwar garanziji addizzjonali eventwali ser tiġi eżaminata malajr kemm jista’ jkun mill-Kumitat veterinarju konġunt. Il-Kummissjoni tgħarraf lill-Uffiċċju veterinarju federali dwar l-iżvilupp ta’ din il-kwistjoni.

9.

Fl-Isvizzera, l-Istitut tal-batteroloġija veterinarja tal-Università ta’ Zurich huwa inkarigat mill-kontroll uffiċjali tat-tuberkulini fis-sens tal-Anness B punt 4 tad-Direttiva 64/432/KEE.

10.

Fl-Isvizzera, iċ-Ċentru għaż-żoonożijiet, il-mard batterjali fl-annimali u r-reżistenza għall-antibijotiċi (ZOBA) huwa inkarigat mill-kontroll uffiċjali ta’ antiġeni (bruċellożi) fit-tifsira tal-Anness C(A) punt 4 tad-Direttiva 64/432/KEE.

11.

Il-bovini u l-ħnieżer li jkunu soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji li jikkonformaw mal-mudelli li jidhru fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE. Japplikaw l-adattamenti li ġejjin:

għall-mudell 1, taħt it-Taqsima C, iċ-ċertifikazzjonijiet huma adattati kif ġej:

fil-punt 4, dwar il-garanziji addizzjonali, l-inċiżi jimtlew hekk kif ġej:

“—

marda: rinotrakeite bovina infettuża,

b’konformità mad-Deċiżjoni 2004/558/KE tal-Kummissjoni, li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw mutatis mutandis;”,

għall-mudell 2, taħt it-Taqsima C, iċ-ċertifikazzjonijiet huma adattati kif ġej:

fil-punt 4, dwar il-garanziji addizzjonali, l-inċiżi jimtlew hekk kif ġej:

“—

marda ta’ Aujeszky

b’konformità mad-Deċiżjjoni 2008/185/KE tal-Kummissjoni, li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw mutatis mutandis;”.

12.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-bovini li jkunu soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji komplimentarji li fuqhom ikun hemm miktub id-dikjarazzjonijiet tas-saħħa li ġejjin:

Il-bovini:

huma identifikati bl-għajnuna ta’ sistema permanenti ta’ identifikazzjoni li tippermetti li tinstab l-omm u l-merħla tal-oriġini u li tiddikjara li dawn mhumiex dixxendenti diretti ta’ bovini femminili ssuspettati jew milquta b’enċefalopatija sponġiformi bovina li twieldu fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjosi;

ma jkunux ġejjin minn merħliet li fosthom qiegħed jiġi investigat każ ta’ suspett ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina;

twieldu wara l-1 ta’ Ġunju 2001.

II.   Ovini u kaprini

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 91/68/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU KE L 46, 19.2.1991, p. 19).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 27 sa 31 (swieq, fieri), 34 sa 37 (kummerċ), 73 u 74 (tindif u diżinfettar), 142 sa 149 (idrofobija), 158 sa 165 (tuberkulożi), 166 sa 169 (coenurus cerebralis), 190 à 195 (bruċellożi ovina u kaprina), 196 à 199 (agalactia infettuża), 200 sa 203 (artrite/enċefalite kaprina), 233 sa 235 (bruċellożi tal-muntun), 297 (ftehim tas-swieq, ċentri tal-ġbir, stazzjonijiet ta’ diżinfettar) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; 916.443.10).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/68/KEE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

F’każ ta’ feġġa jew ta’ tifqigħa mill-ġdid tal-bruċellożi ovina u kaprina, l-Isvizzera tgħarraf lill-Kumitat veterinarju konġunt, sabiex jitwaqqfu l-miżuri meħtieġa skont kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.

2.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa minn bruċellożi ovina u kaprina. Għall-fini taż-żamma ta’ dan l-istatus, l-Isvizzera hija marbuta sabiex timplimenta l-miżuri previsti fl-Anness A, Kapitolu I, punt II (2), tad-Direttiva 91/68/KEE.

3.

L-ovini u l-kaprini li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikati sanitarji li jikkonformaw mal-mudelli li jidhru fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE.

III.   Ekwini

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 2009/156/KE tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 112 sa 115 (pesta tal-ekwini), 204 à 206 (dourine, enċefalomjelite, anemija infettuża, glanders), 240 sa 244 (metrite tal-ekwini li tittieħed) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/156/KE, l-informazzjoni tingħata f’idejn il-Kumitat veterinarju konġunt.

2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/156/KE, l-informazzjoni tingħata f’idejn il-Kumitat veterinarju konġunt.

3.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/156/KE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

4.

Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III tad-Direttiva 2009/156/KE japplikaw mutatis mutandis għall-Isvizzera.

IV.   Tjur u bajd għat-tfaqqis

A.   LEĠIŻLAZZJONI (***)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 2009/158/KE tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 25 (trasport), 122 sa 125 (marda tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle), 255 sa 261 (Salmonella Enteritidis), 262 sa 265 (larinġotrakeite infettuża avjarja) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/158/KE, l-Isvizzera tippreżenta pjan lill-Kumitat veterinarju konġunt li jispeċifika l-miżura li hija beħsiebha timplimenta għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħha.

2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/158/KE, il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għall-Isvizzera huwa l-Istitut tal-batterjoloġija veterinarja tal-Università ta’ Berna.

3.

Ir-rekwiżit li jikkonċerna l-bajd miżmum qabel il-kunsinna stabbilit fl-Artikolu 8(1)(a)(i) tad-Direttiva 2009/158/KE għandu japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera.

4.

F’każ ta’ kunsinni ta’ bajd għat-tfaqqis lejn l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet tal-Isvizzera huma marbutin jirrispettaw ir-regoli ta’ mmarkar stipulati fir-Regolament (KE) Nru 617/2008 (4).

5.

Ir-rekwiżit taż-żamma speċifikat fl-Artikolu 10(a) tad-Direttiva 2009/158/KE għandu japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera.

6.

Ir-rekwiżit taż-żamma speċifikat fl-Artikolu 11(a) tad-Direttiva 2009/158/KE għandu japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera.

7.

Ir-rekwiżit li jikkonċerna l-bajd miżmum qabel il-kunsinna stabbilit fl-Artikolu 14(2)(a) tad-Direttiva 2009/158/KE għandu japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera.

8.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2009/158/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-marda ta’ Newcastle, u għalhekk għandha l-istatus ta’ “mhux għat-tlaqqim kontra l-marda ta’ Newcastle”. L-Uffiċċju veterinarju federali jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe modifika tal-kundizzjonijiet li wasslu għar-rikonoxximent ta’ dan l-istatus. Is-sitwazzjoni tiġi eżaminata fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt, sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

9.

Fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/158/KE, ir-referenzi f’isem l-Istat Membru japplikaw mutatis mutandis għall-Isvizzera.

10.

It-tjur u l-bajd għat-tfaqqis li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji komplimentarji li jikkonformaw mal-mudelli li jidhru fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE.

11.

Fil-każ tal-kunsinni mill-Isvizzera lejn il-Finlandja jew l-Isvezja, l-awtoritajiet Svizzeri huma marbutin jipprovdu l-garanziji dwar is-salmonella li huma meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

V.   Annimali u prodotti tal-akkwakultura

A.   LEĠIŻLAZZJONI (****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 2006/88/KE tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 (mard epiżootiku speċifikat), 18a (reġistrazzjoni tal-unitajiet tat-trobbija tal-ħut), 61 (obbligi tal-lokaturi ta’ drittijiet ta’ sajd u tal-korpi responsabbli għall-monitoraġġ tas-sajd), 62 sa 76 (miżuri ġenerali għall-ġlieda kontra l-mard), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-mard tal-ħut, laboratorju ta’ dijanjożi) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

3.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITA; RS 916.443.12).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa minn anemija infettuża tas-salamun u minn infezzjonijiet mill-Marteilia refringens u mill-Bonamia ostreae.

2.

Il-Kumitat veterinarju konġunt irid jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni eventwali tal-Artikoli 29, 40, 41, 43, 44, 50 tad-Direttiva 2006/88/KE.

3.

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali akkwatiċi ornamentali, annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, inklużi żoni ta’ stabbiliment mill-ġdid, ta’ pixkeriji u ta’ faċilitajiet ornamentali miftuħa, kif ukoll għar-ripopolazzjoni u tal-annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti tal-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 (5).

4.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

VI.   Embrijoni bovini

A.   LEĠIŻLAZZJONI (****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 89/556/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet ta’saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 56 sa 58 (trasferiment ta’ embrijoni) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 89/556/KEE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

2.

L-embrijoni bovini li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji li jikkonformaw mal-mudell li jidher fl-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE.

VII.   Sperma bovina

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 88/407/KEE tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozensemen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 51 sa 55 (inseminazzjoni artifiċjali) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 88/407/KEE, ta’ min jinnota li fl-Isvizzera ċ-ċentri jinkludu biss annimali li jippreżentaw riżultat negattiv għas-seronewtralizzazzjoni jew għall-ELISA.

2.

L-informazzjoni prevista fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 88/407/KEE tingħata f’idejn il-Kumitat veterinarju konġunt.

3.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 88/407/KEE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

4.

L-isperma bovina li hija soġġetta għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera trid tkun akkumpanjata minn ċertifikti tas-saħħa konformi mal-mudell li jidher fl-Anness D tad-Direttiva 88/407/KEE.

VIII.   Sperma tal-ħnieżer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva 90/429/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 51 sa 55 (inseminazzjoni artifiċjali) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

L-informazzjoni prevista fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/429/KEE titħalla f’idjen il-Kumitat veterinarju konġunt.

2.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 90/429/KEE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

3.

L-isperma tal-ħnieżer li hija soġġetta għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera trid tkun akkumpanjata minn ċertifikti tas-saħħa konformi mal-mudell li jidher fl-Anness D tad-Direttiva 90/429/KEE.

IX.   Speċijiet oħrajn

A.   LEĠIŻLAZZJONI (******)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Direttiva 92/65/KEE tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A, it-Taqsima I tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).

1.

Ordni dwar il-mard epiżootiku tas-27 ta’ Ġunju 1995 (OFE; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 51 sa 55 (inseminazzjoni artifiċjali) u 56 sa 58 (trasferiment ta’ embrijoni) tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, dan il-punt ikopri l-kummerċ ta’ annimali ħajjin li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punti I sa V, u ta’ sperma, ta’ bajd u ta’ embrijoni li mhumiex soġġetti għall-punti VI sa VIII.

2.

L-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera jintrabtu li l-kummerċ tal-annimali ħajjin, ta’ sperma, ta’ bajd u ta’ embrijoni msemmi fil-punt 1 ma jkunx projbit jew ristrett għal raġunijiet ta’ politika sanitarja ħlief għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Anness, u b’mod partikolari tal-miżuri ta’ salvagwardja li eventwalment jittieħdu skont l-Artikolu 20 tiegħu.

3.

L-ungulati tal-ispeċi oħra ħlief għal dawk imsemmija fil-punti I, II u III li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Isvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji li jikkonformaw mal-mudell li jidher fl-ewwel parti tal-Anness E, il-parti I tad-Direttiva 92/65/KEE kompluti biċ-ċertifikat li jidher fl-Artikolu 6(a)(1)(e) tad-Direttiva 92/65/KEE.

4.

Il-lagomorfi li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Isvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji li jikkonformaw mal-mudell li jidher fl-ewwel parti tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, kompluti eventwalment biċ-ċertifikat li jidher fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/65/KEE.

Dan iċ-ċertifikat jista’ jkun addattat mill-awtoritajiet Svizzeri sabiex jinkludi in extenso ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE.

5.

L-informazzjoni prevista fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/65/KEE titħalla f’idejn il-Kumitat veterinarju konġunt.

6.

(a)

Il-kunsinni mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera ta’ klieb u qtates huma soġġetti għall-eżiġenzi tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 92/65/KEE.

(b)

Il-kunsinni ta’ klieb u qtates mill-Isvizzera lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea minbarra r-Renju Unit, l-Irlanda, Malta u l-Isvezja huma soġġetti għall-eżiġenzi previsti fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 92/65/KEE.

(c)

Il-kunsinni ta’ klieb u qtates mill-Isvizzera lejn ir-Renju Unit, l-Irlanda, Malta u l-Isvezja huma soġġetti għall-eżiġenzi previsti fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 92/65/KEE.

(d)

Is-sistema ta’ identifikazzjoni hija dik prevista fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. Il-passaport li jrid jintuża huwa dak previst fid-Deċiżjoni 2003/803/KE (6). Il-validità tat-tilqima kontra l-idrofobija u, f’każ li jkun hemm bżonn, tat-tilqim mill-ġdid, hija rikonoxxuta skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-laboratorju ta’ manifattura skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u tad-Deċiżjoni 2005/91/KE (7).

7.

L-isperma, il-bajd u l-embrijoni tal-ispeċi ovini u kaprini li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikati previsti mid-Deċiżjoni 2010/470/UE (8).

8.

L-isperma tal-ispeċi tal-ekwini li hija soġġetta għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera trid tkun akkumpanjata miċ-ċertifikati previst fid-Deċiżjoni 2010/470/UE.

9.

Il-bajd u l-embrijoni tal-ispeċi tal-ekwini li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikati previsti mid-Deċiżjoni 2010/470/UE.

10.

Il-bajd u l-embrijoni tal-ispeċi porċini li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikati previsti mid-Deċiżjoni 2010/470/UE.

11.

Il-kolonji tan-naħal (doqqajs jew irġejjen flimkien mal-attendenti) li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji li jikkonformaw mal-mudell li jidher fit-tieni parti tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE.

12.

L-annimali, l-ispermi, l-embrijoni u l-bajd li ġejjin minn organiżmi, istituti jew ċentri approvati skont l-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji li jikkonformaw mal-mudell li jidher fit-tielet parti tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE.

13.

Għall-finijiet tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 92/65/KEE, l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2 titħalla f’idejn il-Kumitat veterinarju konġunt.

X.   Movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*******)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni ta’ annimali domestiċi (OIAC; RS 916.443.14).

B.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Is-sistema ta’ identifikazzjoni hija dik prevista fir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2.

Il-validità tat-tilqima kontra l-idrofobija, u, jekk ikun hemm bżonn, tat-tilqim mill-ġdid, hija rikonoxxuta skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-laboratorju ta’ manifattura b’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u mad-Deċiżjoni 2005/91/KE.

3.

Il-passaport li għandu jintuża huwa dak previst fid-Deċiżjoni 2003/803/KE.

B’deroga mit-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/803/KE, il-passaport Svizzeru huwa ta’ lewn aħmar u għandu fuqu s-salib Svizzeru minflok stilel.

4.

Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II (dispożizzjonijiet relatati mal-movimenti bejn l-Istati Membri) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, japplikaw mutatis mutandis.


(*)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

(1)  

(1)*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward ta’ garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini li jirrelataw ma’ rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).

(2)  

(2)*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).

(3)  

(3)*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/434/UE tas-6 ta’ Awwissu 2010 li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tas-Slovenja fil-lista ta’ Stati Membri ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-inklużjoni tal-Polonja fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda (ĠU L 208, 7.8.2010, p. 5).

(**)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

(***)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

(4)  

(4)*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5).

(****)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

(5)  

(5)*

Regolament (KE) Nru 1251/2008 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).

(*****)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

(******)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

(6)  

(6)*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE rigward il-format taċ-ċertifikati u l-passaporti għall-moviment intra-Komunitarju mhux għal skopijiet kummerċjali tal-klieb, qtates u inmsa (ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1).

(7)  

(7)*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/91/KE tat-2 ta’ Frar 2005 li tistabbilixxi l-perijodu li warajh it-tilqim kontra l-idrofobija/rabja huwa kkunsidrat bħala validu (ĠU L 31 4.2.2005, p. 61).

(8)  

(8)*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15).”.

(*******)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.


ANNESS III

L-Appendiċi 3 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“Appendiċi 3

IMPORTAZZJONI TA’ ANNIMALI ĦAJJIN, L-ISPERMA, IL-BAJD U L-EMBRIJONI TAGĦHOM MINN PAJJIŻI TERZI

I.   Unjoni Ewropea — leġiżlazzjoni  (*)

A.   Ungulati ħlief għall-ekwini

Id-Direttiva 2004/68/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320).

B.   Ekwini

Id-Direttiva 2009/156/KE tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

C.   Tjur u bajd għat-tfaqqis

Id-Direttiva 2009/158/KE tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

D.   Annimali tal-akkwakultura

Id-Direttiva 2006/88/KE tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

E.   Embrijoni bovini

Id-Direttiva 89/556/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 1989, dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).

F.   Sperma bovina

Id-Direttiva 88/407/KEE tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1988, li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozensemen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).

G.   Sperma tal-ħnieżer

Id-Direttiva 90/429/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).

H.   Annimali ħajjin oħrajn

1.

Id-Direttiva 92/65/KEE tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A, it-Taqsima I tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).

I.   Dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn

1.

Id-Direttiva 96/22/KE tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

2.

Id-Direttiva 96/23/KE tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 1996, dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

II.   L-Isvizzera — leġiżlazzjoni  (**)

1.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITA; RS 916.443.12);

3.

Ordni tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ prodotti tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

4.

Ordni tad-DFE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontroll tal-importazzjoni u tal-ġarr ta’ annimali u prodotti tal-annimali (Ordni dwar il-kontrolli OITE; RS 916.443.106);

5.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni ta’ annimali domestiċi (OIAC; RS 916.443.14);

6.

Ordni tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-mediċini veterinarji (OMédV; RS 812.212.27);

7.

Ordni tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar l-emolumenti riċevuti mill-Uffiċċju veterinarju federali (OEVET; RS 916.472).

III.   Regoli ta’ Implimentazzjoni

L-Uffiċċju veterinarju federali japplika, b’mod simultanju mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni stabbiliti fl-atti fil-punt I ta’ dan l-Appendiċi, il-miżuri ta’ applikazzjoni u l-listi ta’ stabbilimenti li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet korrispondenti. Dan l-impenn japplika għall-atti adattati kollha tkun xi tkun id-data ta’ adozzjoni tagħhom.

L-Uffiċċju veterinarju federali jista’ jadotta miżuri iktar restrittivi u jitlob garanziji addizzjonali. Se jsiru konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet xierqa.

L-Uffiċċju veterinarju federali u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jgħarrfu lil xulxin b’mod reċiproku dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni stabbiliti b’mod bilaterali li mhumiex soġġetti għal armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għall-Isvizzera, l-istituzzjonijiet approvati bħala ċentru approvat b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE huma ppubblikati fuq il-websajt tal-Uffiċċju veterinarju federali.


(*)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

(**)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.”


ANNESS IV

I.

Il-Kapitolu I tal-Appendiċi 5 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali - Is-Sistema TRACES

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Deċiżjoni 2004/292/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).

1.

Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE; RS 916.40);

2.

Ordni tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE; RS 916.401);

3.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; (RS 916.443.10);

4.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITA; RS 916.443.12);

5.

Ordni tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ prodotti tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

6.

Ordni tad-DFE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontroll tal-importazzjoni u tal-ġarr ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (Ordni dwar il-kontrolli OITE; RS 916.443.106);

7.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzoni ta’ annimali domestiċi (OIAC; RS 916.443.14).

B.   DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Il-Kummissjoni f’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju veterinarju federali, tintegra lill-Isvizzera fis-sistema informatika Traces, b’konformità mad-Deċiżjoni 2004/292/KE.

Jekk ikun hemm bżonn, jiġu ddefiniti miżuri transitorji u komplimentarji fi ħdan il-kumitat veterinarju konġunt.

(*)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.”"

II.

Il-Kapitolu IV tal-Appendiċi 5 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU IV

Kontrolli veterinarji applikabbli għall-importazzjonijiet li ġejjin minn pajjiżi terzi

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**)

Il-kontrolli relatati mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jsiru b’konformità mal-atti li ġejjin:

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 282/2004 tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1);

3.

Id-Direttiva 91/496/KEE tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56);

4.

Id-Direttiva 96/22/KE tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

5.

Id-Direttiva 96/23/KE tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 1996, dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10);

6.

Id-Deċiżjoni 97/794/KE tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 1997 li tistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE rigward il-kontrolli veterinarji tal-annimali ħajjin li għandhom jiġu importati mill-pajjiżi terzi (ĠU L 323 26.11.1997, p. 31).

7.

Id-Deċiżjoni 2007/275/KE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).

1.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITA; RS 916.443.12);

3.

Ordni tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ prodotti tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

4.

Ordni tad-DFE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontroll tal-importazzjoni u tal-ġarr ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (Ordni dwar il-kontrolli OITE; RS 916.443.106);

5.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzoni ta’ annimali domestiċi (OIAC; RS 916.443.14);

6.

Ordni tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar l-emolumenti riċevuti mill-Uffiċċju veterinarju federali (OEVET; RS 916.472);

7.

Ordni tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-mediċini veterinarji (OMédV; RS 812.212.27).

B.   DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/496/KEE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri tal-Istati Membri għall-kontrolli veterinarji fuq l-annimali ħajjin jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/821/KE (***).

2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/496/KEE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri għall-Isvizzera huma dawn li ġejjin:

Isem

Kodiċi TRACES

Tip

Ċentru ta’ spezzjoni

Tip ta’ approvazzjoni

L-Ajruport ta’ Zurich

CHZRH4

A

Ċentru 3

O - Annimali oħrajn (inklużi annimali taż-żoos) (****)

L-Ajruport ta’ Ġinevra

CHGVA4

A

Ċentru 2

O - Annimali oħrajn (inklużi annimali taż-żoos) (****)

Il-modifiki ulterjuri tal-lista tal-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera, taċ-ċentri ta’ spezzjoni tagħhom u tat-tip ta’ approvazzjoni tagħhom huma r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt.

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat veterinarju konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 91/496/KEE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku.

3.

L-Uffiċċju veterinarju federali japplika, b’mod simultanju mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness kif ukoll il-miżuri ta’ applikazzjoni.

L-Uffiċċju veterinarju federali jista’ jadotta miżuri iktar restrittivi u jitlob garanziji addizzjonali. Ser isiru konsultazzjonijiet fi ħdan il-kumitat veterinarju konġunt bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet xierqa.

L-Uffiċċju veterinarju federali u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jgħarrfu lil xulxin b’mod reċiproku bil-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni stabbiliti b’mod bilaterali li mhumiex soġġetti għal armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

4.

Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea stipulati fil-punt 1 iwettqu l-kontrolli relatati mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u li sejrin lejn l-Isvizzera b’konformità mad-dispożizzjonijiet previsti fil-punt A. tal-Kapitolu IV ta’ dan l-Appendiċi.

5.

Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera stipulati fil-punt 2 iwettqu l-kontrolli relatati mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u li sejrin lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea b’konformità mad-dispożizzjonijiet previsti fil-punt A. tal-Kapitolu IV ta’ dan l-Appendiċi.

(**)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012."

(***)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).”."

III.

It-Taqsima B: Protezzjoni tal-Annimali tal-Kapitolu V tal-Appendiċi 5 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“B.   Protezzjoni tal-annimali

1.   LEĠIŻLAZZJONI (*****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/97 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 174, 2.7.1997 p. 1).

Ordninanza tat-23 ta’ April 2008 dwar it-trattament xieraq tal-annimali (OPAn; RS 455.1), u b’mod partikolari l-Artikoli 169 sa 176.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI

(a)

L-awtoritajiet Svizzeri huma marbutin jirrispettaw id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 għall-kummerċ bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea u għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(b)

Fil-każ previst fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jidħlu bla dewmien f’kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ tluq.

(c)

L-implimentazzjoni tal-Artikoli 10, 11 u 16 tad-Direttiva 89/608/KEE (******) hija r-responsabbiltà tal-kumitat veterinarju konġunt.

(d)

L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u tal-Artikolu 208 tal-Ordninanza tat-23 ta’ April 2008 dwar it-trattament xieraq tal-annimali (OPAn; RS 455.1).

(e)

B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 175 tal-Ordni tat-23 ta’ April 2008 dwar it-trattament xieraq tal-annimali (OPAn; RS 455.1), il-ġarr mill-Isvizzera ta’ bovini, nagħaġ, mogħoż u ħnieżer, żwiemel għall-qatla u ta’ tjur għall-qatla huwa permess biss bil-ferrovija jew bl-ajruplan. Din il-kwistjoni ser tiġi eżaminata mill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

(*****)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012."

(******)  Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34).”."


(****)  B’referenza għall-kategoriji ta’ approvazzjoni definiti fid-Deċiżjoni 2009/821/KE.


ANNESS V

I.

Fl-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, fl-Appendiċi 6, fil-Kapitolu I, it-Tabella Prodotti tal-annimali għall-konsum mill-bniedem, il-parti s-Saħħa tal-Annimali, il-punt 10: Bajd u prodotti tal-bajd jinbidel b’dan li ġej:

 

Esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet tal-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

 

Kundizzjonijiet kummerċjali

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Saħħa tal-annimal:

10.

Bajd u prodotti tal-bajd

 

 

 

Id-Direttiva 2009/158/KE

Il-liġi dwar il-mard epiżootiku tal-1 ta’ Lulju 1966, (LFE; RS 916.40)

Iva”

Id-Direttiva 2002/99/KE

Ordni tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE; RS 916.401)

II.

Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi 6, Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, it-taqsima li tikkonċerna l-esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u l-esportazzjonijiet tal-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea tinbidel b’din li ġejja:

Esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet tal-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet kummerċjali

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Is-saħħa pubblika  (*)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1);

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1);

Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55);

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206);

Ir-Regolament (KE) Nru 882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1);

Ir-Regolament tal-Kummossjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1);

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 5 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27);

Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60).

Liġi federali tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar il-prodotti tal-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (LDAl; RS 817.0);

Ordni tat-23 ta’ April 2008 dwar it-trattament xieraq tal-annimali (OPAn; RS 455.1);

Ordni tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar it-taħriġ bażi, it-taħriġ għall-kwalifika u t-taħriġ kontinwu tal-persuni li jaħdmu fis-Servizz veterinarju pubbliku (RS 916.402);

Ordni tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE; RS 916.401);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-produzzjoni primarja (OPPr; RS 916.020);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qtil ta’ annimali u l-kontroll tal-laħmijiet (OAbCV; RS 817.190);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-prodotti tal-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (ODAlOUs; RS 817.02);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFI dwar l-eżekuzzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel (RS 817.025.21);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFE dwar l-iġjene fil-produzzjoni primarja (OHyPPr; RS 916.020.1);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFI dwar l-iġjene (OHyG; RS 817.024.1);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFE dwar l-iġjene matul il-qatla tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFI dwar il-prodotti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108).

Iva b’kundizzjonijiet speċjali

Protezzjoni tal-annimali  (*)

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

Liġi federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar it-trattament xieraq tal-annimali (LPA; RS 455);

Ordni tat-23 ta’ April 2008 dwar it-trattament xieraq tal-annimali (OPAn; RS 455.1);

Ordni tal-OVF tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (OPAnAb; RS 455.110.2);

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qatla ta’ annimali u l-kontroll tal-laħmijiet (OAbCV; RS 817.190).

Iva b’kundizzjonijiet speċjali

Kundizzjonijiet speċjali

(1)

Il-prodotti tal-annimali għall-konsum mill-bniedem li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera jiċċirkolaw bl-istess u l-uniċi kundizzjonijiet bħall-prodotti tal-annimali għall-konsum mill-bniedem li huma soġġetti għal kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, anki f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni tal-annimali fil-mument tal-qatla tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikati sanitarji previsti għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew li huma ddefiniti minn dan l-Anness u disponibbli fis-sistema TRACES.

(11)

Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi ta’ mediċini veterinarji u ta’ kontaminanti fil-prodotti tal-ikel li ġejjin mill-annimali huma dawn li ġejjin:

(a)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, grupp A, 1), 2), 3) u 4), grupp B, 2) d) u grupp B, 3) d), tad-Direttiva 96/23/KE (**):

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

NL-3720 BA Bilthoven

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

(b)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, grupp B, 1) u grupp B, 3) e), tad-Direttiva 96/23/KE, kif ukoll għall-carbadox u l-olaquindox:

Laboratoire d’étude et de recherches sur les médicaments vétérinaires u les désinfectants

AFSSA - site de Fougères, BP 90203

F-35302 Fougères

FRANZA

(c)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, grupp A, 5) u grupp B, 2) a), b) u e), tad-Direttiva 96/23/KE:

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit

Diedersdorfer Weg 1

D-12277 Berlin

IL-ĠERMANJA

(d)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, grupp B, 3) c), tad-Direttiva 96/23/KE:

Istituto Superiore di Sanità- ISS

Viale Regina Elena, 299

I-00161 Ruma

L-ITALJA

L-Isvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għall-operazzjonijiet li jirriżultaw minn din il-kapaċità. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dawn il-laboratorji huma dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 (***).

(12)

Sakemm jiġi rikonoxxut l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-leġiżlazzjoni Svizzera, għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, l-Isvizzera għandha tissorvelja l-konformità tal-atti msemmija minn hawn ‘il quddiem u tat-testi ta’ applikazzjoni tagħhom:

1.

Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 299 23.11.1996, p. 1).

3.

Id-Direttiva 96/22/KE tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

4.

Id-Direttiva 96/23/KE tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 1996, dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

5.

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16).

6.

Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24).

7.

Id-Deċiżjoni 1999/217/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 1999 li taddotta reġistru ta’ sustanzi tat-taħwir wżati ġewwa jew fuq oġġetti tal-ikel imfassal f’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 (ĠU L 84, 27.3.1999, p. 1).

8.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40).

9.

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1).

10.

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

11.

Ir-Regolament (KE) Nru 884/2007 tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu l-użu ta’ E 128 Aħmar 2Ġ bħala kulur alimentari (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 8).

12.

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).

13.

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

14.

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill -16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

15.

Id-Direttiva 2008/128/KE tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2008 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi ta’ taħlil għall-użu fl-ikel (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20)

16.

Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3).

17.

Id-Direttiva 2008/60/KE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17).

18.

Id-Direttiva 2008/84/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1).

19.

Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment tal-imiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(**)  Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10)."

(***)  Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).”."

III.

Fl-Appendiċi 6 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, il-parti li tikkonċerna l-prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem tinbidel b’din li ġejja:

Prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u

Esportazzjonijiet tal-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet kummerċjali

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea (****)

L-Isvizzera (****)

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1);

3.

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

1.

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qatla ta’ annimali u l-kontroll tal-laħmijiet (OAbCV; RS 817.190);

2.

Ordni tad-DFE tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt il-qatla tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1);

3.

Ordni tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE; RS 916.401);

4.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

5.

Ordni tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

Iva b’kundizzjonijiet speċjali

Kundizzjonijiet speċjali

Għall-importazzjonijiet tagħha, l-Isvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikoli 25 sa 28 u 30 sa 31 u tal-Annessi XIV u XV (ċertifikati) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, b’konformità mal-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Il-kummerċ ta’ materjali tal-kategoriji 1 u 2 jaqa’ taħt l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Il-materjali tal-kategorija 3 soġġetti għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati ma’ dokumenti kummerċjali u ċertifikati sanitarji previsti mill-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u mal-Artikoli 21 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

B’konformità mat-Titolu II, Kapitolu I, Taqsima 2, tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u mal-Kapitolu IV u l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, l-Isvizzera tfassal il-lista tal-istabbilimenti korrispondenti tagħha.”


(*)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal Att għandha titqies bħala referenza għat-tali Att hekk kif ġie mmodifikat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

(****)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.


ANNESS VI

I.

It-Taqsima A: Leġiżlazzjonijiet, Kapitolu I. Dispożizzjonijiet ġenerali, tal-Appendiċi 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Deċiżjoni 2004/292/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

1.

Il-liġi dwar il-mard epiżootiku tal-1 ta’ Lulju 1966, (LFE; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

3.

Ordni tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ prodotti tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

4.

Ordni tad-DFE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontroll tal-importazzjoni u tal-ġarr ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (Ordni dwar il-kontrolli OITE; RS 916.443.106);

5.

Ordni tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar l-emolumenti riċevuti mill-Uffiċċju veterinarju federali (OEVET; RS 916.472).

(*)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.”"

II.

It-Taqsima A: Leġiżlazzjonijiet, Kaptiolu II. Kontrolli veterinarji applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, tal-Appendiċi 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“A.   LEĠIŻLAZZJONI (**)

Il-kontrolli veterinarji applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera jsiru b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati minn hawn ‘il quddiem:

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Direttiva 89/608/KEE tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 1989, dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34);

2.

Id-Direttiva 89/662/KEE tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 1989, dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13);

3.

Id-Direttiva 2002/99/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).

1.

Il-liġi dwar il-mard epiżootiku tal-1 ta’ Lulju 1966, (LFE; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

3.

Ordni tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ prodotti tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

4.

Ordni tad-DFE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontroll tal-importazzjoni u tal-ġarr ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (Ordni dwar il-kontrolli OITE; RS 916.443.106);

5.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzoni ta’ annimali domestiċi (OIAC; RS 916.443.14);

6.

Ordni tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar l-emolumenti riċevuti mill-Uffiċċju veterinarju federali (OEVET; RS 916.472).

(**)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.”"

III.

It-Taqsima A: Leġiżlazzjonijiet, Kapitolu III. Kontrolli veterinarji applikabbli għall-importazzjonijiet applicables minn pajjiżi terzi, tal-Appendiċi 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu tinbidel b’din li ġejja:

“A.   LEĠIŻLAZZJONI (***)

Il-kontrolli relatati mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jsiru b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati hawn taħt:

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 136/2004 tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 206/2009 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1);

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206);

4.

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1);

5.

Id-Direttiva 89/608/KEE tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 1989, dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34);

6.

Id-Direttiva 96/22/KE tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

7.

Id-Direttiva 96/23/KE tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 1996, dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10);

8.

Id-Direttiva 97/78/KE tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9);

9.

Id-Deċiżjoni 2002/657/KE tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Awwissu 2002 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8);

10.

Id-Direttiva 2002/99/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11);

11.

Id-Deċiżjoni 2005/34/KE tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi standards armonizzati għall-ittestjar ta’ ċerti residwi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 61);

12.

Id-Deċiżjoni 2007/275/KE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).

1.

Il-liġi dwar il-mard epiżootiku tal-1 ta’ Lulju 1966, (LFE; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tagħha;

2.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; (RS 916.443.10);

3.

Ordni tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ prodotti tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

4.

Ordni tad-DFE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontroll tal-importazzjoni u tal-ġarr ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (Ordni dwar il-kontrolli OITE; RS 916.443.106);

5.

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzoni ta’ annimali domestiċi (OIAC; RS 916.443.14);

6.

Ordni tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar l-emolumenti riċevuti mill-Uffiċċju veterinarju federali (OEVET; RS 916.472);

7.

Liġi tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar il-prodotti tal-ikel (LDAl; RS 817.0);

8.

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-prodotti tal-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (ODAlOUs, RS 817.02);

9.

Ordni tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-eżekuzzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel (RS 817.025.21);

10.

Ordni tad-DFI tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar is-sustanzi barranin u l-kompisti fil-prodotti tal-ikel (OSEC; RS 817.021.23).

(***)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal Att għandha titqies bħala referenza għat-tali Att kif ġie emendat l-aħħar.”"

IV.

Is-Sottokapitolu 2: L-Isvizzera - Leġiżlazzjonijiet, Katitolu V. Il-kundizzjonijiet sanitarji u l-kundizzjonijiet ta’ kontroll tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, Appendiċi 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-Isvizzera - Leġiżlazzjoni  (****)

A

Ordni tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

B

Ordni tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ prodotti tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13).

(****)  Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal att tfisser dak l-att kif ġie emendat qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.”"

V.

L-ewwel paragrafu tal-parti D fis-sottokapitolu 3. Regoli ta’ applikazzjoni, Kapitolu V. Il-kundizzjonijiet sanitarji u l-kundizzjonijiet ta’ kontroll tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, Appendiċi 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“D

B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ordni tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ prodotti tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13), il-Konfederazzjoni Svizzera żżomm il-possibilità li timporta laħmijiet bovini minn bovini potenzjalment ittrattati b’sustanzi ormonali tat-tkabbir. L-esportazzjoni ta’ dan il-laħam lejn l-Unjoni Ewropea huwa projbit. Barra minn hekk, il-Konfederazzjoni Svizzera:”.