31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2012/14/UE tat-8 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-metilnonilketon jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2012/15/UE tat-8 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tikludi l-estratt tal-margoża bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2012/16/UE tal-10 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tikludi l-aċidu idrokloriku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2012/20/UE tas-6 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tikludi l-flufenossuron bħala sustanza attiva prodotti tat-tip 8 fl-Anness I għaliha (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2012/22/UE tat-22 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tikludi l-KarbonatDDA bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/254/UE tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tad-diklorvos għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/257/UE tal-11 ta’ Mejju 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tan-naled għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/483/UE tal-20 ta’ Awwissu 2012 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ fajls dwar ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma fuq 14-il sena imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jinżdiedu mal-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 L 0014: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/14/UE tat-8 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 36),

32012 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/15/UE tat-8 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 39),

32012 L 0016: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/16/UE tal-10 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 124, 11.5.2012, p. 36),

32012 L 0020: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/20/UE tas-6 ta’ Lulju 2012 (ĠU L 177, 7.7.2012, p. 25),

32012 L 0022: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/22/UE tat-22 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 227, 23.8.2012, p. 7).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012):

“12zzj.

32012 D 0254: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/254/UE tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tad-diklorvos għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 125, 12.5.2012, p. 53).

12zzk.

32012 D 0257: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/257/UE tal-11 ta’ Mejju 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tan-naled għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 126, 15.5.2012, p. 12).

12zzl.

32012 D 0483: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/483/UE tal-20 ta’ Awwissu 2012 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ fajls dwar ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma fuq 14-il sena imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 226, 22.8.2012, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2012/14/UE, 2012/15/UE 2012/16/UE, 2012/20/UE u 2012/22/UE u d-Deċiżjonijiet 2012/254/UE, 2012/257/UE u 2012/483/UE, bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE ikunu ġew magħmula (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 123, 9.5.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 123, 9.5.2012, p. 39.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2012, p. 36.

(4)  ĠU L 177, 7.7.2012, p. 25.

(5)  ĠU L 227, 23.8.2012, p. 7.

(6)  ĠU L 125, 12.5.2012, p. 53.

(7)  ĠU L 126, 15.5.2012, p. 12.

(8)  ĠU L 226, 22.8.2012, p. 6.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.