31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 63/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittivi fl-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1048/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1049/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tax-xiropp tal-poligliċitol f’diversi kategoriji tal-ikel (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1050/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tax-xiropp tal-Poligliċitol (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1056/2012 tat-12 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enżimi tal-ikel fir-rigward tal-miżuri ta’ tranżizzjoni (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1057/2012 tat-12 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-dimetilpolisilossan (E 900) bħala aġent għal kontra r-ragħwa fis-supplimenti tal-ikel (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1058/2012 tat-12 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-aflatossini fit-tin imnixxef (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2012 tal-4 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tax-xama’ tan-naħal (E 901), ix-xama’ tal-karnawba (E 903), ix-xellak (E 904) u x-xama’ mikrokristallina (E 905) fuq ċertu frott (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1148/2012 tal-4 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tas-sulfiti tad-diossidu - sulfiti (E 220-228) u l-alġinat tal-Propan-1, 2-diol (E 405) f’xarbiet b’bażi ta’ most tal-għeneb iffermentat (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2012 tal-4 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ estratti tar-rożmarin (E 392) fil-mili ta’ għaġin niexef (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1183/2012 tat-30 ta’ Novembru 2012 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(12)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(13)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzt (ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 1047: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 36).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006):

“—

32012 R 1058: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1058/2012 tat-12 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 313, 13.11.2012, p. 14).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzzq (ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendant minn:

32012 R 1056: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1056/2012 tat-12 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 313, 13.11.2012, p. 9).”

4.

L-inċiżi li ġejjin jiżiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 1049: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1049/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 41),

32012 R 1057: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1057/2012 tat-12 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 313, 13.11.2012, p. 11),

32012 R 1147: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2012 tal-4 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 333, 5.12.2012, p. 34),

32012 R 1148: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1148/2012 tal-4 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 333, 5.12.2012, p. 37),

32012 R 1149: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2012 tal-4 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 333, 5.12.2012, p. 40).”

5.

Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011):

“—

32012 R 1183: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1183/2012 tat-30 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 338, 12.12.2012, p. 11).”

6.

Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 69 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012):

“, kif emendant minn:

32012 R 1050: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1050/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 45).”

7.

Il-punt li jmiss jiddaħħal wara l-punt 72 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 489/2012):

“73.

32012 R 1048: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1048/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1047/2012, (UE) Nru 1048/2012, (UE) Nru 1049/2012, (UE) Nru 1050/2012, (UE) Nru 1056/2012, (UE) Nru 1057/2012, (UE) Nru 1058/2012, (UE) Nru 1147/2012, (UE) Nru 1148/2012, (UE) Nru 1149/2012 u (UE) Nru 1183/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jkunu ġew magħmula (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 310, 9.11.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 310, 9.11.2012, p. 38.

(3)  ĠU L 310, 9.11.2012, p. 41.

(4)  ĠU L 310, 9.11.2012, p. 45.

(5)  ĠU L 313, 13.11.2012, p. 9.

(6)  ĠU L 313, 13.11.2012, p. 11.

(7)  ĠU L 313, 13.11.2012, p. 14.

(8)  ĠU L 333, 5.12.2012, p. 34.

(9)  ĠU L 333, 5.12.2012, p. 37.

(10)  ĠU L 333, 5.12.2012, p. 40.

(11)  ĠU L 338, 12.12.2012, p. 11.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.