31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 278/2012 tat-28 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 dwar id-determinazzjoni tal-livelli ta’ diossini u poliklorobifenili (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 843/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir, għall-ispeċijiet minuri tat-tjur għas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 870/2012 tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward għalf. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 31o (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009):

“, kif emendat minn:

32012 R 0278: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 278/2012 tat28 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 91, 29.3.2012, p. 8).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 69 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1021/2012):

“70.

32012 R 0843: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 843/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir, għall-ispeċijiet minuri tat-tjur għas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 23).

71.

32012 R 0870: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 870/2012 tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 257, 25.9.2012, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 278/2012, tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 843/2012 u (UE) Nru 870/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm isiru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 91, 29.3.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 252, 19.9.2012, p. 23.

(3)  ĠU L 257, 25.9.2012, p. 10.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.