30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 15/2013

tal-1 ta’ Frar 2013

li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 (1) jemenda r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li t-tnejn huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-Regolament (UE) Nru 1244/2010 għandu jissemma fil-punt 2 tal-Anness VI.

(2)

L-Anness VI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2 (ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VI tal-Ftehim ŻEE:

“—

32010 R 1244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.