30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 12/2013

tal-1 ta’ Frar 2013

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (1), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/877/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (2) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim.

(3)

L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 24a (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/952/KE):

“24b.

32011 D 0877: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91).”

2.

Jitħassar it-test tal-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE).

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/877/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91.

(2)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.