30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 8/2013

tal-1 ta’ Frar 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza closantel (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza triklabendażol (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0221: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 75, 15.3.2012, p. 7),

32012 R 0222: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 75, 15.3.2012, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 221/2012 u (UE) Nru 222/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 75, 15.3.2012, p. 7.

(2)  ĠU L 75, 15.3.2012, p. 10.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.